{"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2013/02/il-parowl-bewsa-ta-guda.html", "title": "Il-Parowl: Bewsa ta' Ġuda", "text": ["Waħda mill-wegħdiet elettorali li l-aktar kienu jinteressawni fl-aħħar elezzjoni ġenerali tal-2008 kienet dik tal-Parowl.", "Sħabi u jien, flimkien mal-priġunieri, il-familji tagħhom u bosta kollaboraturi, konna ħdimna ħafna sabiex nippromovuha, u konna ferm kuntenti li l-wegħda elettorali ġiet magħmula.", "Emminna ħafna fit-twettiq tagħha.", "Illum, ħames snin wara, u lejlet elezzjoni ġenerali oħra, ikollna nammettu li l-wegħda kienet biss bewsa ta' Ġuda.", "Wegħda elettorali", "Biex inkun eżatt, il-wegħda kienet li l-gvern idaħħal is-sistema tal-Parowl fil-leġislatura li jmiss (2008–13).", "Din kienet iswed fuq l-abjad fil-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista (PN) fil-gvern.", "Iddaħħlet wara li, f'laqgħa semi-pubblika ftit qabel l-elezzjoni fil-Kwartieri Ġenerali tal-PN, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien għamilha bil-fomm u ta l-assigurazzjonijiet tiegħu għat-twettiq tagħha.", "Il-Parowl hija sistema li biha priġunier jiġi rilaxxat mill-ħabs fuq kundizzjonijiet speċifiċi bil-patt li jekk jiksirhom jerġa' jiddaħħal il-ħabs.", "Is-sistema, użata fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi ċivilizzati, tispostja l-piż tar-responsabbiltà minn fuq is-soċjetà għal fuq il-priġunier innifsu.", "Biha, ikun il-ħati nnifsu responsabbli mil-libertà tiegħu.", "Is-sistema hija xjentifikament ippruvata li taħdem b'suċċess kulfejn teżisti.", "Il-laqgħa ma' Dr Gonzi ma kinetx xi sulluzzu ta' qabel l-elezzjoni ġenerali.", "Kienet il-quċċata ta' ħafna u ħafna laqgħat oħra, kemm pubbliċi u kemm privati, kemm ta' non-esperti u kemm ta' esperti, sabiex il-kunċett, il-legalità u l-amministrazzjoni tal-Parowl tiġi studjata, mistħarrġa, adoperata u mwettqa fil-qafas tal-kuntest Malti.", "Wegħda miksura", "X'ġara minn dak iż-żmien?", "Sal-elezzjoni tal-2008, il-Ministru responsabbli għall-introduzzjoni tal-Parowl fil-liġi Maltija kien Dr Tonio Borg.", "Wara, sar responsabbli Dr Karm Mifsud Bonnici, li laħaq Ministru minfloku.", "Imbagħad, fl-2012, meta Dr Karm kellu jirriżenza, sar responsabbli Dr Chris Said.", "Il-liġi tal-Parowl saret tabilħaqq parti mil-liġi Maltija.", "Dan kien fi Frar tal-2012 taħt il-ħarsien ta' Dr Mifsud Bonnici.", "IŻDA MA ĠIET IMĦADDMA QATT.", "Sa ċertu punt, il-wegħda elettorali tal-2008 inżammet.", "Sa ċertu punt biss però.", "Għax il-fatt li s'issa ebda priġunier, imqar wieħed, ma gawda minnha, huwa bħallikieku ma mżammet xejn.", "Hu għalhekk li nsejħilha 'bewsa ta' Ġuda', għax il-bewsa ħadd ma jista' jgħid li ma saritx.", "Bħal kull bewsa oħra, hi ħelwa u sabiħa.", "Iżda kienet bewża, mhux ta' mħabba, iżda ta' tradiment.", "It-tradiment jinsab fil-fatt tal-fregatura politika li twettqet.", "Legalment Malta għandha l-Parowl.", "Fil-konkret, m'għandha xejn, għax ma twettaq xejn.", "Meta fl-2008 emminna fit-twettiq tal-Parowl, ma bsarniex li din se tkun biss fuq il-karta u xejn aktar.", "Emminna li se tkun imħaddma tabilħaqq fil-prattika.", "Iżda ġejna mqarrqin, għax minn dan ma sar xejn.", "Tiġdid tat-tama", "Kulmin jemmen fis-sistema tal-Parowl ma jistax, illum, ma jkunx iddiżappuntat ħafna u ħafna minn din is-sitwazzjoni deplorevoli.", "Wara snin u snin ta' ħidma iebsa għall-introduzzjoni tagħha, kif ukoll wara t-tama qawwija li ġabet magħha l-wegħda elettorali ta' ħames snin ilu, in-nuqqas assolut tat-tħaddim tal-Parowl fil-prattika hija daqqa ta' ħarta kbira.", "Għal dan il-falliment, u għal dan il-ksur – wara kollox – tal-wegħda elettorali tal-2008, hu responsabbli Dr Said daqskemm Dr Mifsud Bonnici.", "Fl-aħħar mill-aħħar, hu responsabbli Dr Gonzi.", "Naturalment, il-wegħda tal-Parowl la kienet l-aktar wegħda importanti tal-Programm Elettorali tal-PN u tal-gvern fl-2008, u lanqas ma hi l-aktar kwestjoni importanti issa.", "Fiha nnifisha, il-ksur prattiku ta' din il-wegħda m'għandhiex għalfejn tinfluwixxi l-għażla elettorali ta' xi ħadd f'din l-elezzjoni.", "Kulma qiegħed nagħmel hawnhekk, għar-rekord, hu li ngħid x'sar minn dik il-wegħda li fuqha kienet u għadha tiddependi l-kuntentizza ta' eluf ta' nies u familji Maltin u Għawdxin.", "Nittama li, ikun min ikun fil-gvern fi żmien ġimgħatejn oħra, dak li llum hu biss liġi mejta titqajjem mill-mewt u saflaħħar tingħata l-ħajja."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2013/04/next-south-korea.html", "title": "Next: North Korea", "text": ["Wara l-operazzjonijiet militari tal-Istati Uniti tal-Amerika fl-Iraq, il-Libja u l-Afganistan, issa jidher li ġejja d-daqqa tan-Nord Korea.", "It-tensjonijiet ilhom jinbnew ix-xhur, sa millanqas Diċembru li għadda, meta n-Nord Korea sostniet li tefgħet satellita fl-ispazju.", "Iżda issa, li hemm suspett li qed tħejji taħriġ nukleari ġdid, l-Amerika donnha qiegħda tikkarga għal ġlieda.", "Ferq fratiċida", "Il-Korea tan-Nord u l-Korea tas-Sud qishom żewġ t'itfal żgħar imqabbdin ma' xulxin.", "L-ossessjoni inkredibbli li għandhom b'xulxin tasal sal-punt ta' inkejja banali.", "Il-problema tagħhom bdiet fl-1945—kważi 70 sena ilu—meta l-art relattivament ċkejkna ta' 200,000 km kwadrat fil-lvant tal-Asja ġie mifruq fi tnejn: il-parti tan-nord maħkum mill-Unjoni Sovjetika u l-parti tas-sud mill-Istati Uniti tal-Amerika.", "Dan seħħ wara li l-Ġappun, li kien ilu jaħkem il-Korea sa mill-1910, tilef it-Tieni Gwerra Dinjija.", "Fl-1948, sentejn wara l-ferq taż-żewġ Korej minn xulxin, il-Ġnus Magħquda ħolqot żewġ gvernijiet separati, wieħed għal kull żona maħkuma.", "Il-ġlied bejniethom beda millewwel u skala fl-1950 f'gwerra fratiċida.", "Wara tliet snin ta' ġlied aħrax, għalkemm ftehmu li jieqfu mill-ġlied, iż-żewġ Korej qatt ma ffirmaw trattat formali ta' paċi u hekk baqgħu sallum uffiċjalment fi stat ta' gwerra kontra xulxin.", "Il-Ġnus Magħquda seħbithom magħha separatament fl-1991.", "Kemm in-Nord u kemm is-Sud huma armati sa snienhom u t-theddida tagħhom hija saħansitra nukleari.", "Kemm ir-Russja u kemm l-Amerika qatt ma waqfu jindaħlu fi ħwejjeġ interni tal-Koreani tan-Nord u tas-Sud rispettivament.", "Amerika ġellieda", "L-Istati Uniti tal-Amerika donnha ma tafx toqgħod mingħajr xi gwerra.", "Mir-Revoluzzjoni kontra l-Gran Britannja fl-1774 lil hawn, jiġifieri f'madwar żewġ seklu u nofs, prattikament ma kien hemm qatt sena waħda li fiha l-Amerika ma kellhiex suldati qegħdin jiġġieldu xi mkien f'darha stess jew fid-dinja.", "F'dawn is-snin, l-Amerika kellha madwar 100 operazzjoni militari maġġuri madwar id-dinja kollha, b'14 minnhom jitwettqu fl-aħħar 25 sena biss.", "L-aħħar operazzjonijiet kbar kienu fil-Libya u l-Afganistan, iżda bħalissa l-Amerika għandha madwar disgħa oħrajn għaddejjin, fosthom fl-Irak, il-Pakistan, il-Jemen, is-Somalja u fil-Magreb.", "Fis-Sud Korea, bl-iskuża perenni li trid tħares l-interessi demokratiċi tas-Sud-Koreani, l-Amerika żżomm bażijiet militari preżenti bħala strateġija kontra ċ-Ċina, li tinsab mal-elf kilometru biss 'il bogħod.", "L-oppożizzjoni ta' ħafna Sud-Koreani kontra l-indħil Amerikan f'pajjiżhom hija konsiderevoli.", "Iżda dan ftit jaffettwa lill-politiċi Amerikani u Sud-Koreani li jibqgħu labranzetta u mlebilbin għall-ġlied.", "Paċi u ftehim", "Anzi, minħabba l-azzjonijiet paċifiċi u paċifisti tagħhom, iluf ta' Sud-Koreani ġew arrestati, mitfugħa l-ħabs u saħansitra ġarrbu l-konfiska tal-artijiet u d-drittijiet ċivili tagħhom fl-aħħar ħames snin.", "Dawn mingħand gvern suppost demokratiku mija fil-mija appoġġjat mill-Amerika.", "Fost dawn in-nies, hemm għexieren ta' sorijiet u saċerdoti Kattoliċi bħalna.", "Is-sitwazzjoni qiegħda ssir dejjem aktar preokkupanti minħabba li issa s-Sud Korea u l-Amerika reġgħet qed tisħnilhom rashom kontra n-Nord Korea.", "Min-naħa l-oħra, in-Nord Korea qiegħda żżid fid-diskorsi anti-Sud u anti-Amerika tagħha.", "Minn Marzu lil hawn, l-akkużi ta' naħa kontra oħra ħraxu.", "Aktar kmien dan ix-xahar, żdiedu fuq iż-żewġ naħat it-tħejjijiet għal gwerra diretta kontra xulxin.", "L-Amerika donnha reġgħet qed tfittex skuża biex, wara l-Afganistan, ma tħallix is-suldati tagħha b'idejhom fuq żaqqhom.", "Għalkemm madwar 7,500 kilometru 'l bogħod minna, jidhirli li aħna l-Maltin kollha, bħala ċittadini ta' nazzjon kostituzzjonalment iddedikat għall-paċi, għandna nappoġġjaw bis-sħiħ lil kulmin fid-dinja jħobb il-paċi u jaħdem għaliha, inkluż dawk il-qalbiena fost is-Sud-Koreani u n-Nord Koreani li jridu l-paċi f'pajjiżhom u fl-Asja.", "Żgur li kulmin fostna jħobb il-paċi ma jridx li terġa' tiġi gwerra oħra Koreana, li l-aħħar waħda, bejn l-1950 u l-1953, ħalliet maż-żewġ miljuni u nofs ruħ mejta.", "Paċi u ftehim fil-Korea!"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2013/02/il-patologija-tal-partitizmu.html", "title": "Il-patoloġija tal-partitiżmu", "text": ["Kull kampanja elettorali f'sistema politika bħal tagħna hija xalata ta' partitiżmu.", "Huma kemm huma inklużivi l-programmi elettorali tal-partit politiċi kollha, ma jistgħux jevitaw il-partitiżmu.", "Kull partitiżmu, politiku daqskemm reliġjuż, huwa separatista, u ma jistax ma joħloqx l-inugwaljanza u n-nuqqas ta' rispett tal-individwu.", "Stat patoloġiku", "Nitkellmu dwar patoloġija kulmeta għandna devjazzjoni minn kundizzjoni li hi b'saħħitha, ordnata u/jew effiċjenti.", "Il-partitiżmu hu patoloġiku għax la hu b'saħħtu, la ordna u wisq anqas effiċjenti.", "Mhuwiex b'saħħtu, iżda marid, għax jifred is-soċjetà, inassas in-nies kontra xulxin u joħloq kategoriji artifiċjali li jitqiesu wieħed aħjar mill-ieħor.", "Il-partitiżmu mhuwiex ordnat, iżda diżordnat, għax il-familja umana hi waħda u l-bnedmin huwa ugwali għal xulxin, jekk mhux fil-ħiliet u s-snajja, għall-anqas fid-dinjità.", "Mhuwiex effiċjenti, iżda ineffiċjenti, għax jagħżel bejn in-nies fuq pretesti foloz, jiżvantaġġja lil xi wħud u mhux lil oħrajn, u joħloq sistema ta' klijentiliżmu u nepotiżmu korrott.", "Minn kull lat, il-partitiżmu huwa vjolenza fuq in-natura oriġinarja tal-bniedem li n-natura tiegħu ma tafx fruntieri, firdiet settarji jew xi tip ta' qsim ibbażat fuq ideoloġiji, etnika, reliġjon, sess jew kwalitajiet oħrajn simili.", "Kontra l-imħabba", "L-umanità hi waħda u l-iskop tagħha, jiġifieri li tgħix hienja fuq l-art, hi l-istess f'kull parti tagħha.", "Il-partitiżmu, bil-pretest li hu meħtieġ u li d-dinja jew is-soċjetà ma tistax tgħaddi mingħajru, bħal kull patoloġija jagħmel lilu nnifsu indispensabbli.", "Dan hu l-mod tiegħu kif jibqa' jkattar lilu nnifsu minkejja l-perversità profonda li jiġġenera.", "Il-partitiżmu huwa vjolazzjoni tal-ewwel u l-aqwa liġi li l-bniedem għandu, jiġifieri tal-imħabba.", "Hija l-imħabba biss li tista' tiggarantixxi l-ferħ tal-umanità, kif ukoll il-ġustizzja fost in-nies, u r-rispett ta' kull bniedem bid-dinjità tiegħu.", "Iżda l-imħabba u l-partitiżmu huma inkompatibbli ma' xulxin.", "Għax fejn hemm il-firda, il-pika, l-esklussività, il-kburija ideoloġika, id-dommatiżmu u l-intolleranza ma jistax ikollox imħabba.", "U fejn mhemmx imħabba ma jistax ikollok libertà, għax in-nuqqas tagħha jixħet in-nies fi stat ta' difiża jew ta' attakk, u hekk jingħalqu għal xulxin u jinżammu 'l bogħod minn xulxin.", "Proċess mibdi", "Il-partitiżmu llum sar qisu sinonimu mad-demokrazija.", "Iżda d-demokrazija awtentika, li tagħti lil kulħadd li jfassal ħajtu kif iħoss li hi l-aħjar għall-ferħ tiegħu f'għaqda ma' ħaddieħor, ma tippermettix partitiżmi.", "Infatti, il-partitiżmu jnawwar kull demokrazija awtentika, u jibda jsejjaħ 'demokratiku' dak li mhuwiex.", "Id-demokrazija tabilħaqq hija l-aqwa sistema li l-bniedem skopra sabiex jissalvagwardja ir-rispett lejn kull individwu u s-sens għoli ta' ġustizzja li għandu.", "Iżda din mhijiex l-istess bħad-'demokrazija partitistika' li aħna mdorrijin biha llum.", "Din tal-aħħar tikkontradixxi kull prinċipju tad-demokrazija awtentika.", "Kull partit li jeżisti fid-dinja, kemm jekk hu politiku u kemm jekk hu reliġjuż (u ħafna drabi ma hemmx differenza bejn il-waħda u l-oħra), jeqred l-isbaħ kwalitajiet tal-bniedem u jirrendi l-umanità bejta ta' ħallelilin li jitqabdu ma' xulxin.", "Sabiex ikollok demokrazija awtentika, u sabiex ikollox umanità sabiħa, ma jistax ikollok partiti partiġġjani fiha.", "Għax dawn huma sistemi morda patoloġikament li jmarrdu kull sanità mentali u affettiva fil-bniedem.", "Dan narawh madwarna l-ħin kollu.", "Aktar ma jkollna nies li jeħilsu minnu, aktar ikollna soċjetà u demokrazija li jixirqu n-natura u d-dinjità tal-bniedem.", "Jien nemmen li dan il-proċess diġà beda.", "Iżda jeħtieġlu jitqawwa u jsib għeruq aktar b'saħħithom filosofikament u spiritwalment."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2013/04/bidliet-kostituzzjonali.html", "title": "Bidliet kostituzzjonali", "text": ["Il-gvern il-ġdid, immexxi minn Joseph Muscat, rebaħ il-mandat li jmexxi l-pajjiż b'intenzjoni, fost", "ħafna intenzjonijiet oħrajn, li jibdel il-Kostituzzjoni ta' Malta u jinawgura dak li qiegħed isejjaħ it-'Tieni Repubblika'.", "Dwar dan bdew id-diskussjonijiet fil-magħluq u fil-miftuħ.", "L-intenzjoni tidher li se titwettaq.", "Liema attitudni?", "Il-problema mhijiex li l-intenzjoni se titwettaq, għax din aktarx li nistgħu nkunu xi ftit jew wisq ċerti minnha.", "Il-problema hi", "KIF", "se titwettaq.", "M'għandix f'moħħi hawnhekk", "IL-PROĊESS", "li bih se titwettaq, għax jidher li se jkun hemm, bħalma diġà hawn, konsultazzjoni xi ftit jew wisq wiesgħa.", "Minn daqshekk, il-proċess demokratiku jidher li qiegħed (u se) jiġi rrispettat.", "Għandi aktar f'moħħi hawnhekk", "L-ATTITUDNI", "li qiegħda (jew se tkun qiegħda) tittieħed sabiex titwettaq l-intenzjoni, jiġifieri", "L-ISPIRTU", "li bih se din il-biċċa xogħol importanti qiegħda (jew se tkun qiegħda) tissawwar u titgħaġġen.", "Pass bħal dan mhuwiex ħafif u lanqas ma hu superfiċjali ... dejjem jekk l-intenzjoni titwettaq bis-serjetà u mhux b'xi mod superfiċjali jew perfunzjonarja, li ma nemmix.", "Għaldaqstant, jeħtieġ ħafna kuraġġ.", "Jekk l-attitudni bażika ta' xi bidla fil-Kostituzzjoni hija kkaratterizzata minn biża' jew pussillanimità, aħjar ma jsir xejn u nħallu kollox kif inhu.", "Bil-biża' u l-pussillanimità ma jitwaqqfux Tieni Repubblikijiet.", "'Il quddiem mhux lura", "Qiegħed ngħid hekk għax diġà jidher li xi konservattivi qegħdin jilqgħu din l-intenzjoni tal-gvern sabiex IREĠĠGĦU LURA jew idghajfu ċerti provviżjonijiet kostituzzjoni li ma jogħġbuhomx wisq.", "Iridu li, flok ifasslu Kostituzzjoni li hi aktar avvanzata fl-ideali repubblikani tagħha, joħolqu waħda li trattab jew saħansitra xxejjen għal kollox l-istess ideali.", "Jien nifhem li jekk il-gvern għażel li jwettaq din l-intenzjoni tiegħu, li għaliha għandu mandat qawwi, daħal għaliha bil-ħsieb li l-affarijiet imorru 'l quddiem mhux lura.", "Il-gvern għandu jkun kuraġġuż biżżejjed sabiex ma jibżax 'iħarrax' il-provvedimenti repubblikani li diġà jeżistu fil-Kostituzzjoni u għandu jdaħħal fiha provvedimenti repubblikani u liberali li s'issa mhumiex fiha.", "L-agħar ikun li l-gvern stess, b'xi politika ta' 'nikkuntentaw lil kulħadd', iwettaq din il-biċċa xogħol mingħajr il-kuraġġ meħtieġ jew ukoll mingħajr fermezza, awdaċità jew kunfidenza.", "Jekk jiġri hekk, mhux it-'Tieni Repubblika' ma jkollniex, imma lanqas l-ewwel waħda!", "Infatti, inkunu tlifna opportunità storika rari li Alla biss jaf meta tista' terġa' titfaċċa.", "Kuraġġ u awdaċità", "Dan m'inix qiegħed noħolmu.", "Ċerti stqarrijiet li l-gvern", "DIĠÀ", "għamel rigward xi partijiet tal-Kostituzzjoni donnhom juru (Nittama li żbaljat) li dan it-taħriġ se jkun wieħed fjakk, indulġenti u forsi saħansitra patetiku, għallanqas f'xi partijiet minnu.", "Din mhijiex l-attitudni x-xierqa għal taħriġ bħal dan.", "Il-gvern għandu mandat tant qawwi li jista' u għandu jkun esiġenti u ambizzjuz ħafna fil-bidliet kostituzzjonali li jitlob li jsiru.", "B'denbu taħt il-blat m'għandux għalfejn joqgħod.", "U wisq anqas b'denbu bejn saqajh.", "Jidhirli li l-mudelli kostituzzjoni barranin li lejhom inħarsu f'dan kollu għandha tkun lejn Kostituzzjonijiet li l-ideali liberali laħħmuhom fl-implikazzjonijiet kollha tagħhom, u mhux lejn Kostituzzjonijiet li huma miżgħuda kompromessi mal-prinċipji repubblikani.", "Kien biss il-kuraġġ u l-awdaċità li għamlu possibbli l-bidliet kostituzzjonali l-kbar fl-istorja reċenti ta' pajjiżna.", "Mingħajrhom ebda bidliet sinifikattivi u storiċi ma jistgħu jsiru.", "Il-gvern jeħtieġ li la jabbanduna l-waħda u lanqas l-oħra jekk irid iniedi xi 'Tieni Repubblika'."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2013/09/ic-cada-l-kbira-5.html", "title": "Iċ-ċaħda l-kbira (5)", "text": ["Minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija lil hawn, iċ-ċaħda l-kbira li ġarrbu l-Knejjes Insara (għall-anqas fil-punent) kienet dovuta għal diversi fatturi, kemm esterni u kemm interni.", "Għalkemm dawn il-fatturi għandhom it-toqol u l-gravità tagħhom, b'xi mod jew ieħor jistgħu ma jitqisux għal kollox irrikonċiljabbli ma' tiġdid evanġeliku possibbli.", "Fi kliem ieħor, tiġdid serju, drastiku, impenjattiv u sostenut tal-ħajja tal-Knejjes Insara jista' possibbilment jibda jinnewtralizzaw l-fatturi li għamlu possibbli u ġġeneraw iċ-ċaħda l-kbira.", "Iżda hemm fattur li mhuwiex ta' din il-klassi.", "Fih innifsu hu velenuż aktar mill-oħrajn l-oħra kollha.", "Dan għaliex waħdu kapaċi jrażżan kull tiġdid u jibqa' jintensifika ċ-ċaħda sakemm ixejjen il-Knejjes għal kollox.", "Hu l-fattur tal-ekkleżjoloġija, jiġifieri ta' dak li l-Knejjes jaħsbu li huma jew li għandhom ikunu.", "* * *", "Fi tmiem it-tielet parti ta' din il-kitba ktibt li xi wħud jimmaġinaw li meta ċ-ċaħda l-kbira tilħaq proporzjonijiet eċċessivi u devastanti, isservi ta' 'wake-up call' biex sa fl-aħħar il-Knejjes jieħdu t-tiġdid tagħhom infushom bis-serjetà.", "Għedt ukoll li jien dan ma nemmnux.", "U ma nemmnux għaliex, jekk ma tinbidilx l-ekkleżjoloġija li għandhom il-Knejjes; jekk ma jinbidilx il-kunċett ta' x'jaħsbu li hi r-raġuni għalfejn jeżistu, ebda katastrofu, kbir kemm hu kbir, ma ġġibhom f'sensihom.", "Dan għaliex, la darba jaħsbu li qegħdin fis-sewwa, ma jħossu ebda bżonn li jinbidlu jew li jibdlu l-istrutturi tagħhom.", "Dan hu evidenzjat mill-fatti.", "F'bosta pajjiżi, meta l-Knejjes raw il-knejjes tagħhom vojta, meta raw li ma jistgħux jibqgħu jiftħu l-knejjes, meta kellhom jagħalqu l-kunventi, meta kellhom iżarmaw il-parroċċi, meta kellhom ixolju djoċesijiet sħaħ, ... xorta waħda ma stenbħux!", "Xorta waħda ma qalux: Ejjew naraw x'se nagħmlu.", "Għala dan?", "Għax qatt ma ammettew li jinsabu fl-iżball.", "Il-ġustifikazzjoni tagħhom infushom, il-konvinċiment li għandhom raġun f'dak li kienu u f'dak li qed jagħmlu, rażżnilhom għal kollox il-possibbiltà li jieħdu miżuri drastiċi biex jeqirdu l-kankru li kien trabba fi ħdanhom.", "Għaldaqstant, ipperseveraw fl-iżball u fir-ras iebsa tagħhom.", "B'hekk, kulma għamlu hu kien li ġabu l-qerda tagħhom infushom.", "Saru huma stess parti miċ-ċaħda l-kbira.", "* * *", "Din kienet l-akbar problema li kellhom il-Knejjes Insara.", "'Kellhom' ngħid, għax il-lum f'ħafna postijiet tal-punent il-Knejjes infushom sempliċiment m'għadhomx jeżistu; saru estinti.", "Iżda hi wkoll l-akbar problema li għandha l-Knisja Kattolika f'Malta u Għawdex: l-ekkleżjoloġija tagħha hi difettuża; mhux biss difettuża, iżda saħansitra velenuża.", "Hija ekkleżjoloġija li qed toqtolha minn ġewwa.", "Qed toqtolha u, jekk tippersisti, għad toqtolha għal kollox.", "X'mudell ta' ekkleżjoloġija hi din?", "Hi ekkleżjoloġija tas-setgħa.", "Hi ekkleżjoloġija li tinvesti fis-setgħa, li titkellem lingwaġġ ta' setgħa, li għandha simboliżmi ta' setgħa, li mhijiex kapaċi żżarma l-istrutturi tagħha ta' setgħa, u li temmen li s-setgħa tista' xi darba ssalva.", "Iżda l-aħbar it-tajba hi din: li din l-ekkleżjoloġija mhijiex dik awtentika.", "Ekkleżjoloġija awtentika hi dik li l-mudell tagħha huwa Ġesù u Ġesù biss: Ġesù l-umli, is-sempliċi, il-fqir, il-kumpann mingħajr privileġġi u mingħajr setgħa.", "Fl-aħħar mill-aħħar, meta tqis kollox, kien għalhekk li seħħet u għadha sseħħ u tibqa' sseħħ iċ-ċaħda l-kbira: minħabba li l-Knejjes warrbu u sa ttradew lil Ġesù filwaqt li lagħbuha li huma tiegħu.", "B'hekk saru parodija tagħhom infushom.", "Huwa biss meta jagħarfu dan l-iżball fatali li qatt jistgħu jerġgħu jibdew jiksbu lura l-kredibbiltà u l-fiduċja tal-mases.", "TMIEM", "Ara ta' qabel"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2013/02/it-tafal-meri-tas-superficjalita.html", "title": "It-tafal merħi tas-superfiċjalità", "text": ["Meta ngħidu li xi ħadd huwa superfiċjali, inkunu rridu nfissru li mhuwiex kapaċi, ma jridx jew ma jaqbillux jara l-implikazzjonijiet jew il-kawżi ta' dak li jkun qiegħed jikkunsidra.", "La jara l-ħaġa minfejn ġiet u lanqas fejn ikun sejjer biha.", "Għalkemm jaħseb li qiegħed fis-sod, il-bniedem superfiċjali jimxi fuq art taflija li għada jew pitgħada tintreħa taħtu u ċċedi minn taħt saqajh.", "Għala s-superfiċjalità?", "Il-kelma 'superfiċjalità' ġejja minn żewġ termini Latini:", "'super'", ", li tfisser 'fuq' jew ''il fuq minn', u", "'facies'", ", li tfisser 'wiċċ' jew 'qoxra'.", "Għaldaqstant, il-kelma 'superfiċjalità' tfisser 'il fuq mill-wiċċ jew fuq il-qoxra ta' xi ħaġa.", "Hija kelma li tindika li l-bniedem hu frivoluż jew m'għandu ebda profondità ta' ħsieb.", "Il-bniedem superfiċjali hu dejjem wieħed li għandu viżjoni dejqa, restritta, limitata; viżjoni tipika tat-tfal.", "Jista' jkun hemm tliet raġunijiet ewlenin għala bniedem jaħseb, jitkellem jew jaġixxi b'mod superfiċjali.", "L-ewwel nett, jista' sempliċiment ma jkunx kapaċi jaħseb ftit fil-fond.", "Moħħu ma jagħtihx.", "Dan jista' jkun dovut għal żewġ raġunijiet ewlenin: jew għax ikun injorant minn qaddisu, jew għax it-tħejjija intellettwali (u, aktarx, akkademika) tiegħu tkun ikkripatlu moħħu u ġabitulu qisu lembut b'żennuna daqs naqra.", "Raġuni oħra li tista' tispjega s-superfiċjalità ta' bniedem hija n-nuqqas ta' rieda li jkollu li jara l-affarijiet f'kuntest wiesgħa.", "Dan jista' jkun dovut għall-fatt li jkun mentalment għażżien.", "Għalhekk, ma jindenjax ruħu sabiex ikun informat jew aġġornat biżżejjed.", "L-aħħar raġuni għala jista' jkun superfiċjali hija għax ma jkunx jaqbillu jkun profond.", "Kemm għax, kif għedna qabel, ikun għażżien, u għalhekk ma jkunx irid iqanqal il-ħama, u kemm għax il-profondità tkun tiżvantaġġja lilu jew lill-istituzzjoni li jirrapreżenta.", "Qtugħ mir-realtà", "Is-superfiċjalità tistrieħ fuq tafal merħi għax tħalli barra ħafna mir-realtajiet li jsawru ċ-ċirkustanzi.", "Meta jiġri hekk, wieħed fil-fatt ikun maqtugħ mir-realtajiet qishom ma jeżistux.", "B'dan il-mod, il-bniedem superfiċjali jkun qiegħed jittratta ma' ċirkustanzi li jkunu jeżistu biss f'moħħu, iżda mhux fid-dinja ta' madwaru.", "Min hu superfiċjali la jara l-ħafna kawżi li flimkien ikunu wasslu għaċ-ċirkustanzi u lanqas ma jkun qed jara l-implikazzjonijiet taċ-ċirkustanzi għar-realtajiet li jkun ħalla barra.", "B'hekk, li jiġri hu li l-ħsieb, il-kliem u l-aġir tiegħu jkun għal kollox irrelevanti kemm għaċ-ċirkustanzi kif ukoll għar-realtajiet.", "Attitudni bħal din ma tistax ma ġġegħilx l-art ta' taħt il-bniedem superfiċjali ċċedi.", "Għax meta jkun maqtugħ mir-realtà, u l-ġudizzju tiegħu taċ-ċirkustanzi u r-realtajiet ikunu limitati jew foloz, allura ma jistax jonqos li jiżbalja f'dak li jaħseb, jgħid u jagħmel.", "Dawn l-iżbalji tiegħu ma jkunux frott ta' ċirkustanzi jew realtajiet ġodda li ma setax jipprevedihom, iżda frott l-injoranza tiegħu u l-falzità li biha jkun qies l-affarijiet.", "Rebħa fuq is-superfiċjalità", "Ħafna drabi, il-bniedem superfiċjali jemmen li s-superfiċjalità tiegħu hija profonda.", "Dan għaliex ġeneralment iqis li dak li jaħseb, jgħid u jagħmel huwa biżżejjed sabiex jasal għal interpretazzjoni ġusta tar-realtajiet ta' madwaru.", "Fuq il-livell proprju tiegħu dan hu possibbli.", "Iżda mhux meta jitqiesu livelli oħra ta' ċirkustanzi, speċjalment dawk li l-bniedem superfiċjali jippretendi li għandu jirrelazzjona magħhom.", "Is-superfiċjalità titmantna u tgħix fuq in-nuqqas tas-sens kritiku.", "Bniedem jew grupp ta' bnedmin li mhumiex miftuħa għall-kritika, la tagħhom infushom u lanqas ta' ħaddieħor, jgħixu ġo bozza għalihom infushom.", "Dawn lanqas biss għandhom il-ħila jintebħu li l-viżjoni tagħhom hija maqtugħa u distruttiva.", "Is-superfiċjalità tintrebaħ meta wieħed jitgħallem jirrikonoxxi u japprezza l-livelli differenti ta' tifsir li jeżistu fil-ħajja.", "Ma teżistix profondità waħda, bħalma ma teżistix realtà waħda.", "Jeżistu ħafna realtajiet għax jeżistu ħafna interpretazzjonijiet u stili ta' ħajja.", "Jekk wieħed irid iqis l-istampa kollha u jkun ġust fil-viżjoni tiegħu ma jistax iħalli dawn l-interpretazzjonijiet barra mill-kunsiderazzjoni tiegħu.", "Hu dan li jibdel it-tafal merħi fi blat."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2013/07/il-qalb-imassra-ta-poplu-nisrani.html", "title": "Il-qalb imħassra ta' poplu 'nisrani'", "text": ["X'sitt t'ijiem dawk ta' rivelazzjoni!", "Ġrajja wara l-oħra li flimkien għamlu storja tajba!", "Fl-4 ta' Lulju daħlu Malta 291 refuġjat.", "Dak in-nhar stess, il-Prim Ministru qal li biħsiebu jibgħathom lura l-Libja minfejn ġew.", "Tmien t'ijiem wara, fit-8 ta' Lulju, il-Papa żar Lampedusa fejn appella biex 'nisimgħu d-dmugħ' tar-refuġjati.", "L-għada, 9 ta' Lulju, l-isqfijiet kattoliċi Maltin appellaw lill-gvern li \"jkompli jwettaq politika ta' ospitalità\".", "Fl-istess jum daħlu Malta 102 refuġjat ieħor.", "Fl-istess jum, għad ta' żgħażagħ minn 11-il għaqda mhux-governattiva ipprotestaw quddiem id-Depot tal-Pulizija biex ir-refuġjati ma jintbagħtux lura.", "Bl-istess skop, f'dak il-jum ukoll 69 avukat (aktarx ta' xejra nazzjonalista) għamlu protest ġudizzjarju kontra l-Prim Ministru u oħrajn.", "Fl-istess jum, il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet \"temporanjament\" li l-gvern m'għandux jibgħat ir-refuġjati lura.", "Filgħaxija tal-istess jum, il-Prim Ministru ħabbar li ġibed lura d-deċizjoni li jibgħat ir-refuġjati lura l-Libja.", "L-għada, 10 ta' Lulju, daħlu Malta 68 refuġjat ieħor.", "Sadattant, in-nies taqtqet fuq li taqtqet.", "Fuq Facebook, fuq Twitter, fit-triq u għand tal-grocer.", "Il-biċċa l-kbira minnhom, laburisti u nazzjonalisti, kienu leħen wieħed fi qbil ma' Joseph Muscat.", "Iva, il-\"glandestini\" għandhom jintbagħtu lura.", "Fost dawn in-nies kien hemm bosta faxxisti nkallati.", "Ħaġa tal-għaġeb, li kieku l-Papa m'għamilx dak il-ġest meraviljuż li l-ewwel vjaġġ tiegħu 'l barra mill-Vatikan ikun f'Lampedusa, proprju biex \"jibki\" fuq id-dgħajjes imkissra tar-refuġjati, din l-istorja ma kinetx tieħu xejra daqshekk ironika.", "Milli smajt u rajt jien stess, il-biċċa l-kbira tan-nies li kkummentaw fuq iż-żjara tal-Papa kellhom kliem ta' tifħir għalih ... imma ... imma ...", "Dejjem hemm dik l-'imma', hux?.", "Imma din u imma l-oħra.", "Tabilħaqq, ħafna 'nsara' Maltin (bħal xi wħud f'Lampedusa stess u anki f'inħawi oħrajn) donnhom għandhom il-kapaċità straordinarja li jaqdu f'ħin wieħed lil Alla u x-xitan!", "Il-verità hi li, bħalma hu mistenni mitt darba u elf, l-eżortazzjonijiet u l-ġesti ma jimpressjonawhomx.", "Jien smajt saħansitra", "saċerdoti", "(u saċerdoti nazzjonalisti, jekk ma tridx) jaqblu mija fil-mija ma' Joseph Muscat li r-refuġjati kellhom jintbagħtu lura!", "Xi 'nsara' lanqas il-kelma tal-isqfijiet tagħhom ma jistmaw.", "Li tgħaġġbek f'dan kollu hu x'livell ta' baxxezza kapaċi jaqa' poplu—nisrani u mhux—li minn zokortu hu mħarreġ fil-karità nisranija!", "Ibellħek kif nies li għadhom midħla tal-Knisja kapaċi jkollhom sentimenti razzisti u inumani bħal dawn!", "Jien nitnixxef nisma' u nara l-kliem moqżież li 'nsara' prattikanti u mhux li jikxfu ebusija hekk ħarxa tal-qalb u nuqqas assolut ta' ġenerosità!", "Ħaġa waħda hi ċara: li fejn jidħlu razziżmu u inumanità, mhemmx laburisti u nazzjonalisti jew insara u ateji.", "Il-ħruxija, bħall-imħabba, m'għandhiex limiti u fruntieri.", "Min-naħa l-oħra, hu ta' niket bla qies tara li, biex \"inkunu iebsa mal-politiċi\", kif qal il-Prim Ministru meta ħa d-deċiżjoni li jreġġa' lura r-refuġjati, kienu se jħallsu l-prezz waħxi b'ħajjithom ir-refuġjati nfushom.", "L-istess kienu għamlu l-imsejkna 223 Eretrej mibgħuta lura għat-tortura u l-mewt minn Tonio Borg f'Ottubru tal-2002.", "Dan kien żball kbir ta' Joseph Muscat.", "Hu li wiegħed gvern uman u ħanin għall-Maltin kollha, għala kien daqshekk qalil ma' nies imsieken li qed jaħarbu mill-għaks u l-qerda?", "Is-sitt ijiem ta' Lulju 2013 urewna dak li aktarx diġà konna nafu: li hemm xi ħaġa", "ħażina ħafna", "fil-qalb ta' dan il-poplu 'nisrani', mhedi bil-festi u l-purċissjonijiet.", "Hi qalb imħassra", ".", "Forsi joqgħod għalih kliem Kristu nnifsu: \"Sewwa ħabbar Isaija fuqkom, ja nies ta' wiċċ b'ieħor, bħalma hu miktub: 'Dan il-poplu, bix-xufftejn biss jagħtini ġieħ, imma qalbhom hija 'l bogħod minni.", "Fiergħa hi l-qima li jagħtuni; jgħallmu duttrina li mhijiex għajr preċetti tal-bnedmin.'", "Hekk intom, twarrbu l-kmandamenti ta' Alla biex tħaddnu t-tradizzjoni tal-bnedmin\" (Mk 7: 6–9)."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2013/07/il-glieda-kontra-d-djuq.html", "title": "Il-ġlieda kontra d-djuq", "text": ["Jekk toqgħod tinnota, kulmeta tiltaqa' ma' argumenti ġejjin minn persuni konservattivi, wieħed mid-difetti ewlenin tagħhom ikun li l-kunċetti u d-definizzjonijiet jintużaw b'tifsira dejqa.", "Dak li dejjem jipprova jagħmel persuna ta' mentalità aktar liberali biex jirribatti dawn l-argumenti huwa li jwessa' t-tifsira tal-kunċetti u d-definizzjonijiet mogħtija.", "Dan hu meħtieġ għal viżjoni aktar inklużiva u komprensiva.", "Tifsiriet dojoq u wiesa'", "Hija ħaġa kurjuża kif il-kliem għandhom it-tendenza li jidjiequ maż-żmien.", "Jibdew minn tifsira wiesa', imbagħad, ftit ftit, it-tifsira tagħhom tagħhom tidjieq; min jużahom jibda jifhem bihom ħwejjeġ aktar speċifiċi u partikulari.", "Il-kelma 'blat', ngħidu aħna, kienet tirreferi għall-muntanji fi żmien il-qedem, iżda issa tirreferi biss għall-materjal li jagħmel muntanja jew għolja.", "It-tifsira tagħha djieqet u hekk ħafna drabi jiġri minn kliem ieħor.", "Dan jgħodd ukoll għall-kunċetti u l-ideat.", "Jibdew b'tifsiriet li jħaddnu fihom ħafna ħwejjeġ u jispiċċaw jirreferi għal ftit affarijiet jew għal ħaġa waħda biss.", "Ngħidu aħna, il-kelma 'ħobż' fil-qedem kienet tirreferi għal kwalunkwe biċċa ikel imsajra, iżda maż-żmien bdew jużawha biss għall-ikel magħmul mill-qamħ jew mix-xgħir.", "Naturalment, kull kelma jista' jkollha tifsiriet simboliċi, metaforiċi u l-bqija—u dan iwessa' t-tifsir tagħhom—iżda bl-użu normali u komuni tagħhom, il-kliem, bħall-kunċetti, ħafna drabi jieħdu tifsiriet dejjem aktar dojoq, speċifiċi u partikulari.", "Hekk, maż-żmien il-kelma titfaqqar; titlef tifsiriet sbieħ li kellha qabel, u tispiċċa tirreferi għal ħaġa waħda jew għal ftit affarijiet biss.", "Il-ħsieb konservattiv", "Il-mentalità konservattiva tisfrutta dan it-tidjieq tal-kliem u l-kunċetti.", "Ir-raġuni għala tagħmel dan tidher li hi minħabba li l-konservattiv isibu skomdu jkollu x'jaqsam ma' tifsiriet li huma fluwidi żżejjed jew li jħallu lok għal aktar minn interpretazzjoni waħda.", "Il-konservattiv jidher li jħossu aktar komdu b'tifsiriet univoċi milli ekwivoċi.", "Ma jħobbx kumplikazzjonijiet.", "Għaldaqstant, ifittex dejjem li jissimplifika l-affarijiet kemm jista' jkun, ukoll akkost li jsiru kważi kważi banali.", "Il-konservattiv irid ikun dejjem ċert minn kollox.", "Mhuwiex kapaċi jgħix fejn jeżistu ħafna possibbiltajiet.", "Ma jistax iġerraħ sitwazzjonijiet li jistgħu jkunu validi b'ħafna modi.", "Id-dinja tal-mentalità tiegħu hija, mhux biss sempliċi, iżda saħansitra simplistika.", "Imma huwa f'din id-dinja li jħossu ċert u żgur minnu nnifsu.", "Hi aktarx għal din ir-raġuni li l-viżjoni tiegħu hija dejqa, restritta u limitata ... bħall-kunċetti u t-tifsira tal-kliem li juża.", "Il-konservattiv hu dejjaq fil-ħsieb daqskemm fit-terminoloġija u l-aġir tiegħu.", "Aktar minn hekk, qajla jittollera tifsiriet u interpretazzjonijiet li mhumiex ta' din l-għamla.", "Il-ħarsa tiegħu lejh innifsu u lejn id-dinja ta' madwaru mhijiex imlewna, iżda biss iswed u abjad.", "Kull ħaġa hija għalih ta' sura waħda u mhux oħra, iżda qatt ta' żewġ suriet flimkien, u wisq anqas ta' tlieta, erba' jew aktar suriet.", "Il-ġlieda perenni", "Mentalità li hi aktar liberali minn hekk tilmaħ ilwien u sfumaturi f'dak kollu li jiżisti, inkluż fil-kliem u fl-interpretazzonijiet.", "Kull ħaġa jista' jkollha ħafna suriet ... skont kif tħares lejha, skont kif tqisha u skont iċ-ċirkustanzi storiċi tagħha.", "Il-biċċa l-kbira tal-affarijiet, il-liberali ma jarahomx univoċi.", "Għaldaqstant, ħafna mix-xogħol tal-liberali huwa li jopponi d-dinja simplistika tal-konservattiv; jopponi d-dinja tal-abjad u l-iswed biss.", "Xogħlu huwa li jibqa' jindika l-implikazzjonijiet, il-komplikazzjonijiet u l-kumplessitajiet tal-affarijiet daqskemm tal-kliem u l-kunċetti.", "Xogħlu hu li jwessa' l-viżjoni u joħroġha mill-għeluq speċifiku u partikularistiku li tkun daħlet fih.", "Il-ġlieda perenni tal-liberali huwa kontra d-djuq tal-mentalitajiet, tal-perspettivi u tat-twemmin.", "Huwa jeħodha kontra l-mentalitajiet u l-viżjonijiet li jridu dejjem jiċkienu u jċekknu; li dejjem iridu jingħalqu fuqhom infushom u jagħlqu lil ħaddieħor; li jridu dejjem iħossuhom żguri biss f'irqajja' żgħar ta' ħsieb u azzjoni.", "Moħħ il-bniedem mhuwiex magħmul għad-djuq, u lanqas qalbu għall-għeluq."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2013/07/soluzzjoni-logika-gas-sirja.html", "title": "Soluzzjoni 'loġika' għas-Sirja", "text": ["Ftit tal-ġimgħat ilu, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Dr George Vella, bħala rappreżentant tal-gvern Malti fil-qasam tiegħu fl-Unjoni Ewropea, kien parti minn deċiżjoni li ttieħdet li, fl-aħħar tax-xahar li għadda, ma jiġġeddidx l-embargo tal-armi li kien hemm fil-konfront tas-Sirja u li kull pajjiż individwali tal-Unjoni seta' jiddeċiedi għal rasu jagħtix l-armi li 'xi wħud' mir-ribelli Sirjani jew le.", "Appoġġ għall-armi", "Fil-Parlament, Dr Vella ġġustifika din il-pożizzjoni bħala waħda li evitat deċiżjonijiet agħar, ċjoè evitat li l-embargo jitneħħa għal kollox mingħajr ma jinħaseb xejn floku jew li l-Unjoni nnifisha tibgħat l-armi lil 'xi wħud' mir-ribelli ta' kontra l-gvern ta' Baxar Al-Assad.", "Wieħed jista' jiddiskuti jekk din il-ġustifikazzjoni hijiex valida jew le.", "Ngħidu aħna, Malta dejjem setgħet tieħu l-pożizzjoni li tibqa' bħal qabel tinsisti fuq l-embargo totali tal-armi lis-Sirja.", "Minflok, għażlet li, minkejja l-istat kostituzzjonalment newtrali tagħha (jiġifieri li ma tagħżilx bejn ġellied u ieħor), iddeċidiet li tieħu naħa u mhux oħra.", "Hekk ġabet fix-xejn il-vantaġġ morali li jagħtiha l-istat newtrali tagħha li timmedja bejn il-partijiet.", "Barra minn hekk, ħadet ukoll il-pożizzjoni li tiġġudika l-moralità tal-ġellieda (jiġifieri li l-vjolenza tar-ribelli hija moralment aktar ġustifikata mill-vjolenza tal-gvern ta' Assad).", "Ta' min jgħid li pajjiżi newtrali oħra fi ħdan l-Unjoni Ewropea, bħall-Awstrija, il-Finlandja, l-Irlanda u l-Iżvezja, ħadu pożizzjoni differenti minn Malta.", "Sabiex ikollhom il-libertà meħtieġa li jwaqqfu l-ġlied (u mhux iżiduh), huma ċaħdu li jiġu mġiegħla minn Franza u l-Ingilterra (bil-pressjoni Amerikana warajhom) jieħdu naħa fil-konflitt.", "Loġika żbaljata", "Minkejja l-istat kostituzzjonalment newtrali tagħna u minkejja l-possibbiltà li Malta tibqa' libera li tilgħab il-parti ta' medjattriċi fil-konflitt, għal xi wħud l-appoġġ ta' Malta għall-għoti tal-armi lil 'xi wħud' mir-ribelli kienet waħda 'loġika' ... ukoll jekk dan qiegħed", "iżid", "il-ġlied u wkoll qiegħed", "iżid", "il-qerda u l-imwiet tal-popolazzjoni ċivili.", "'Loġika' għal dawn tfisser li twieġeb vjolenza bi vjolenza akbar.", "Qabel xejn, aktarx irid jingħad li dawn in-nies donnhom ma tgħallmu xejn mill-gwerra Libjana ta' ftit ilu.", "F'dik l-okkażjoni, l-armi li ngħataw lir-ribelli ma setgħux jinġabru lura wara.", "Illum għandna s-sitwazzjoni fejn, ħtija ta' dawn l-armi fl-idejn, il-vjolenza effettiva fi ħdan il-popolazzjoni ċivili għadha għaddejja u ma jista' jwaqqafha ħadd.", "Imma apparti dan, l-għoti tal-armi lil 'xi wħud' mir-ribelli u mhux lil oħrajn hija idea fantastika.", "Għax hu prattikament impossibbli li l-armi ma jinxterrdux fl-idejn jew li ma jintużawx minn dawk ix-'xi wħud' fuq xi wħud oħrajn fost ir-ribelli stess.", "Dan l-eventwalità mhijiex fantasija, għax dan diġà qiegħed jiġri.", "Mhux biss, iżda x-'xi wħud' li għandhom l-armi wżawhom ukoll fuq il-popolazzjoni ċivili stess għal raġunijiet mhux biss politiċi iżda wkoll reliġjużi (li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-kwestjoni).", "Intervenzjoni għall-paċi", "Żball ieħor kbir li qegħdin jagħmlu dawk li jaċċettaw li Malta tapprova l-għoti tal-armi lil 'xi wħud' mir-ribelli huwa li qegħdin jidentifikaw in-newtralità man-non-intervenzjoni.", "Dan juri d-djuq li għandhom fir-rigward tal-konċett tan-newtralità.", "In-newtralità", "ma tfissirx", "non-intervenzjoni.", "Dan wieħed jista' jarah mill-azzjonijiet li jibqgħu jieħu pajjiżi bħall-Awstrija u l-Finlanda, fost oħrajn (bħall-Vatikan), sabiex isibu soluzzjoni paċifika u mhux beliġeranti għall-problema Sirjana.", "Fir-rigward tal-paċi, huwa fil-fatt it-tkabbir tal-ġlied li huwa non-intervenzjonista, għax flok jintervjeni sabiex jiġġenera l-paċi, kemm issa (li għaddejja l-gwerra) u kemm wara (meta tirbaħ xi naħa, jekk tirbaħ), qiegħed jintervjeni sabiex ikabbar il-firda u l-inkwiet, kemm issa u kemm wara.", "Din mhijiex 'loġika'.", "Il-loġika tgħidlek li jekk trid il-paċi trid taħdem", "għall-paċi", ", mhux għall-gwerra.", "Il-mezzi huma parti mill-objettiv; ma jistax ikollok mezzi mod u objettiv mod ieħor.", "Dan tgħallimhulna l-istorja: għax kulmin uża l-vjolenza biex iwaqqaf il-vjolenza, dejjem spiċċa fl-użu tal-vjolenza biex jikkonserva l-pożizzjoni tas-suppost non-vjolenza.", "Il-kwestjoni ewlenija", "Il-kwestjoni kollha mhijiex Assad għadux igawdi appoġġ wiesa' mill-poplu Sirjan, għax kulħadd jammetti li m'għadux.", "Lanqas ma hi kwestjoni jekk Assad tilifx il-jedd morali li jiggverna, għax kulħadd jammetti li tilfu.", "Trid tkun superfiċjali biex taħseb li huma dawn il-kwestjonijiet ewlenin.", "Il-kwestjoni ewlenija hija li l-poplu Sirjan ma jkomplix iħallasx b'ħajtu għall-waqa' ta' Assad u li l-vojt li jħalli warajh ma jkunx agħar mir-reġim brutali tiegħu.", "Min jagħżel li jappoġġja l-miżura li jingħataw armi lil 'xi wħud' mir-ribelli qiegħed jara biss sa mnieħru."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2013/07/it-turment-ta-jean-pierre-abdilla.html", "title": "It-turment ta' Jean-Pierre Abdilla", "text": ["Il-każ tal-eks-pulizija Jean-Pierre Abdilla jmur lura għal tmien snin u nofs ilu, fil-bidu tal-2005.", "F'Diċembru tal-2009, tliet snin u nofs ilu, Jean-Pierre weħel sentenza ta' 16-il sena ħabs, 40,600 Ewro multa u l-konfiska tal-assi kollha tiegħu.", "Daqshekk—tliet snin u nofs—ilu jistenna Jean-Pierre fil-ħabs biex jinqatagħlu l-appell tiegħu.", "F'dan iż-żmien, tellgħuh il-qorti xejn anqas minn 25 darba!", "Dejjem deferita.", "Dejjem it-turment tiegħu jitwal bi ftit xhur oħra.", "Każ stramb", "Dwar il-każ ta' Jean-Pierre kont diġà ktibt tliet snin u nofs ilu,", "f'Jannar tal-2010", ".", "U mhux jien", "biss", ".", "Dan il-missier ta' żewġt t'itfal li llum għandu 37 sena, l-Avukat Ġenerali kien tellgħu ġuri fuq nofs gramma droga li", "qatt", "ma ġiet ippreżentata l-qorti!", "Il-prosekuzzjoni kienet serrħet l-akkużi tagħha kontra Jean-Pierre fuq ix-xhieda ta' kriminal ikkonfermat, eks-pulizija ieħor, li jidher li kien qrib ħafna ta' xi membri għolja fil-Korp tal-Pulizija.", "Iżda dawn mhumiex l-uniċi stramberiji fil-każ ta' Jean-Pierre.", "Minkejja li kellu l-kondotta nadifa, minkejja li l-pulizija fittxewlu l-proprjetà tiegħu għad-droga u qatt sabulu xejn, minkejja li ebda prova ma ttellgħet li qatt ittraffika d-droga jew kellu d-droga fil-pussess tiegħu, minkejja li l-provi wrew li x-xhud prinċipali kontrih kellu kull motiv biex jigdeb u li seta' jinqabad jigdeb, minkejja li xi provi kontrih kienu konflinġenti, minkejja li l-videos li ttellgħu kontrih kellhom biċċiet maqtugħa, minkejja li l-qorti ttellgħet xhud li kkonfermat il-versjoni tiegħu tal-fatti ... minkejja dan kollu, xorta waħda nstab ħati.", "Imma forsi l-aħħar fatt stramb huwa li l-appell ta' Jean-Pierre baqa' ma nqatax wara 25 seduta deferita, żewġ imħallfin u tliet snin u nofs ħabs.", "Jekk din hi ġustizzja, allura jien isqof ta' Ruma.", "Ħajja mdendla", "Forsi int ma tistax timmaġina biżżejjed it-turment li jgħaddi minnu bniedem meta, għal tliet snin u nofs sħaħ, jittella' l-qorti 25 darba għalxejn.", "Forsi ma tistax timmaġina biżżejjed x'tortura fiha li tara jinqatgħu l-appelli ta' ħaddieħor li kellhom każijiet ma' tiegħek jew ukoll warajk u int tibqa' l-art.", "Forsi ma tistax timmaġina biżżejjed xi jfisser tgħaddi aktar minn elf u tliet mitt jum u lejl (1,300), wieħed wara l-ieħor, tistenna bħal ruħ tal-purgatorju li ssir ħniena minnek.", "Tgħix imdendel iqattgħek minn ġewwa u jifnik minn barra.", "Mhux lilek biss, iżda wkoll lil martek, lil uliedek u lil kulmin hu qrib tiegħek.", "Int forsi dan ma tistax timmaġinah biżżejjed għax, għall-grazzja t'Alla, ma kellekx l-isfortuna li tgħaddi minn dan kollu jew kellek x'taqsam ma' nies li ħalfu li kissruk akkost ta' kollox.", "Minkejja dan, tista' faċilment timmaġina li dan l-infern jgħaddi minnu kulmin il-każ ġudizzjarju tiegħu jitwal b'mod irraġunevoli fuq medda twila ta' snin, u aktar u aktar meta wieħed ikun jaf li l-każ tiegħu huwa miżgħud stramberiji li b'xi mod daqstant stramb wasslu għall-qerda tiegħu.", "Inti tifhem daqsi u daqs kulmin għandu rasu fuq għonqu li ġustizzja bla ħniena ma hi ġustizzja", "xejn", ".", "Hija kattiverja.", "Hija għajb ta' nazzjon li suppost hu ċivilizzat.", "Lill-Imħallef David Scicluna", "Jien nappella minn hawnhekk lill-Imħallef David Scicluna, li f'idejh jinsab l-appell ta' Jean-Pierre Abdilla bħalissa, sabiex ifittex itemm dan l-imbierek appell u jġib fit-tmiem it-turment li għaddej minnu hu u l-familja tiegħu.", "Jien m'għandix dubju mill-integrità ta' Dr Scicluna u mis-serjetà u l-attenzjoni li biha jaħdem.", "Iżda jidhirli li hawnhekk jista' jsir ftit tal-isforz akbar sabiex l-appell ta' Jean-Pierre ma jittawwalx aktar milli assulatement meħtieġ.", "Ma jidhirlix li hawnhekk għandi għalfejn inżid wisq fuq il-fatt li Jean-Pierre diġà ra ħafna, forsi żżejjed, ma' wiċċu.", "Żgur li din it-tortura li jibqa' jiġi mgħoddi minn seduta deferita għal oħra mhijiex tgħin għas-saħħa fiżika u mentali tiegħu, u lanqas għall-paċi u l-għaqda tal-familja tiegħu.", "Huwa mis-sens ta' deċenza li nappella:", "F'ġieħ il-ħniena, waqqfu darba għal dejjem it-turment ta' Jean-Pierre Abdilla!"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2014/11/", "title": "L-aktar sodisfatti bil-klima soċjali", "text": ["Il-Maltin huma l-aktar Ewropej sodisfatti bil-klima soċjali li teżisti fil-preżent.", "Dan joħroġ minn riċerka magħmula għan-nom tal-Kummissjoni Ewropea f'Ġunju ta' din is-sena (2014) u ppubblikata issa.", "Riċerka simili saret f'Ġunju tas-sena l-oħra (2013).", "F'dan il-perjodu, il-Maltin intervistati wrew l-akbar titjib (meta mqabbla maċ-ċittadini l-oħra Ewropej) fis-sens ta' sodisfazzjon li għandhom f'dan ir-rigward.", "'Klima soċjali'", "Ir-riċerka hija s-sitt waħda li saret f'dan il-qasam mill-'Eurobarometer' tal-Unjoni Ewropea (UE).", "Il-ħsieb tar-riċerka huwa li tistħarreġ il-fehmiet taċ-ċittadini Ewropej fuq dik li tissejjaħ 'klima soċjali'.", "Din tirreferi għas-sentiment ġenerali li jħossu n-nies meta jaħsbu u jqisu ħmistax-il aspett differenti li jaffettwalhom ħajjithom.", "Dawn l-aspetti għandhom x'jaqsmu maċ-ċirkustanzi personali tagħhom, il-kwadru nazzjonali, kif ukoll l-ideat tagħhom dwar l-inklużjoni u l-protezzjoni soċjali.", "Ir-riċerka tfittex ukoll li tkejjel x'tip ta' tama għandhom iċ-ċitt..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2014/10/", "title": "Ir-riżenja tal-Arċisqof", "text": ["Dwar ir-riżenja tal-Arċisqof Pawlu Cremona ġimgħa ilu sar ħafna paroli fil-vojt.", "Kien hemm min ried jgħid xi ħaġa flok ma jgħid xejn.", "Kien hemm min ried jagħti impressjonijiet ħżiena.", "U kien hemm min parla mingħajr ma stħarreġ sewwa l-affarijiet.", "Jien qed nikteb hawnhekk sempliċiment għar-rekord.", "Biex, għall-anqas, min 'il quddiem jiġi biex jirriċerka l-istorja jkun jaf iqis xi ftit aħjar dak li ġie mxandar fil-gazzetti.", "Il-paroli li sar", "Dawk li qalu xi ħaġa flok ma qalu xejn għoġobhom jaraw fir-riżenja tal-Arċisqof storja ta' manuvrar u kompliċitajiet ta' natura primarjament politika.", "Dawn aktar tkellmu dwar dak li xtaqu li qiegħed iseħħ milli dwar dak li fil-fatt kien qed jiġri.", "Ma kellhomx is-sens jagħmlu s-sempliċi distinzjoni li teżisti bejn il-kwalitajiet personali li jkollu persuna u l-ħidma amminstrattiva li kapaċi jwettaq.", "Dawk li riedu jagħtu impressjonijiet ħżiena ċarlaw dwar it-tempesta f'kikkra li nħolqot minn ċerti qassisin f'Awwissu li għadda bħallikieku kienu dawn li w..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/05/", "title": "Nies imsallba; ħajjiet imkissra", "text": ["Spiss jiġri li bosta minna jgħixu ħajjithom imsallba.", "Għal xi raġuni jew oħra, ħajjithom ma toħroġx kif ippjanawha jew basru.", "Xi wħud jirnexxielhom jaċċettaw dan kollu filwaqt li oħrajn jitkissru taħt it-toqol tat-tiġrib.", "Ħajjiet imkissra hawn kemm trid.", "Nies imsallba hawn bla għadd.", "Iżda wkoll tama.", "Ħafna tama.", "U, fejn hemm it-tama, il-ħajja ma tmutx.", "Attività annwali", "Dan se jkun is-suġġett ewlieni ta' diskors li Karl Borg se jagħti nhar il-Ġimgħa li ġej, 3 ta' Ġunju, ġoċ-ċentru tal-kreattività, il-Kavallier ta' San Ġwann, il-belt Valletta, fl-okkażjoni tat-Taħdita Annwali tal-Filosofija.", "L-attività tibda fis-7.30 ta' filgħaxija.", "Din hija r-raba' darba li qiegħda ssir din l-attività prestiġjuża.", "Hija organizzata mill-fondazzjoni 'Philosophy Sharing' u fiha jiġi ppreżentat diskors li l-iskop ewlieni tiegħu hu li jiftaħ orizzonti ġodda ta' ħsieb u diskussjoni.", "L-attività ssir biss darba f'sena u uffiċjalment tissejjaħ l-'Annual Philosophy Lecture'.", "Għaliha jista' jattendi kulħadd u d-..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/03/", "title": "L-għażż demokratiku", "text": ["Il-valuri ta' komunità demokratika ma jiġux mgħallma imma mgħajxa.", "Ftit li xejn f'Malta u Għawdex hawn ċittadini li tabilħaqq għexu f'demokrazija.", "Jekk xi ħadd għadu jaħseb li bħalissa qegħdin ngħixu f'soċjetà demokratika huwa jew diżilluż jew ma jafx x'inhi demokrazija.", "Aktarx, fil-fatt, għandu mit-tnejn.", "Din li ngħixu fiha mhijiex soċjetà demokratika.", "Għax, għalkemm fuq il-karta tidher hekk, fil-prattika ftit li xejn hija dak li tgħid li hi.", "Evidentement, hija soċjetà li tfaħħar ħafna d-demokrazija.", "Imma mbagħad, fl-istess waqt, hija soċjetà li temmen f'ħafna għamliet ta' vjolenza, kemm fit-teorija u kemm fil-prattika, kemm b'mod espliċitu u kemm impliċitament.", "Hija soċjetà li tagħti setgħat bla qies (u bosta drabi immunabbli) lill-gvern.", "Hija soċjetà li tistrieħ fuq il-qawwa tal-pulizija u s-servizzi sigrieti tagħha.", "Hija soċjetà fejn iċ-ċittadin m'għandux setgħa effettiva, imma biss deputata u rappreżentattiva.", "Hija soċjetà li fiha ċ-ċittadin jinsab f'taqtiegħa għall-flus u għajx..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/04/", "title": "L-istruttura kjażtika tal-Kantilena", "text": ["Fis-7 ta' April li għadda, f'diskors li għamilt l-Università ta' Malta, ipproponejt li l-istruttura tal-Kantilena ta' Pietru Caxaru ma kinetx waħda lineari kif dejjem inħaseb sa dak in-nhar.", "Ipproponejt li l-istruttura tal-Kantilena hi waħda 'kjażtika', kif se nfisser hawn taħt.", "Kumbinazzjoni, din il-proposta tiegħi qed issir f'għeluq il-50 sena mis-sejba tal-Kantilena minn Mikiel Fsadni fl-1966.", "F'dawn l-aħħar 50 sena, ħadd ma jidher li ddubita li l-istruttura tal-poeżija medjevali tas-seklu 15 kienet waħda lineari.", "Kif se nuri, jien tajt evidenza kemm interna kif ukoll esterna biex nipprova din il-proposta tiegħi.", "Struttura kjażtika", "Il-fehma li l-istruttura tal-Kantilena kienet waħda lineari tistrieħ fuq is-suppożizzjoni li l-Kantilena hi poeżija konvenzjonali bħal kull poeżija oħra jew test letterarju ieħor.", "Din il-fehma kienet tonqos li tqis l-istruttura tal-Kantilena b'mod sħiħ jew ħolistiku.", "Qari aktar attent tal-Kantilena juri li l-istruttura tal-poeżija hija ferm aktar kumples..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/02/", "title": "L-Att kontra l-prattiċi ta' konverżjoni", "text": ["Mhuwiex eżattament ċar x'inhu l-punt ewlieni tal-'Position Paper' li ħarġet dil-ġimgħa l-Kummissjoni mqabbda mill-Kurja tal-Arċisqof dwar l-Att kontra l-prattiċi ta' konverżjoni.", "Il-Kummissjoni, f'dokument ċkejken ta' ftit aktar minn erbat elef kelma, donnha tfittex li tixħet kulma ġieha f'rasha mingħajr ma qisha kienet taf eżatt fejn kien il-versall.", "Akkużi flok djalogu", "Il-kritika li l-Kummissjoni xxejjer, jew aħjar l-akkużi li b'arja awtorevoli tfittex li tagħmel, fir-rigward tal-Att imsemmi huma diversi.", "Iżda, meta jarahom sewwa, wieħed jibqa' perpless eżattament fuq liema naħa tal-ħajt tinsab il-Kummissjoni.", "Wieħed jista' anki jaqgħalu s-suspett li l-Kummissjoni fittxet li tivvinta xagħra ħalli ssibha fl-għaġina.", "Insejħilhom 'akkużi' l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni għax f'ebda vers tad-dokument tagħha ma hemm ħjiel ta' djalogu.", "It-ton huwa konfrontazzjonali u ġellied; qisha qed tkellem lil xi għadu.", "Id-dokument ma japprezza kważi xejn fl-Att imsemmi filwaqt li jaqra affarijiet li..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/08/", "title": "In-Nasseriżmu bħala għajn tal-ħsieb politiku ta' Mintoff", "text": ["Mintoff ma waqax mis-sema.", "Kien hemm diversi kuntesti u bosta għejun għall-ħsibijietu u għall-personalità kumplessa tiegħu.", "Hawnhekk ma rridx intawwal wisq fuq xi waħda minnhom.", "Xtaqt biss insemmihom biex naħsbu ftit fuqhom u biex jgħinuna ħalli nibdew inwessgħu daqsxejn il-perspettiva li jista' jkollna tal-Perit.", "Niftaħ biss fuq waħda minn dawn l-għejun.", "Qabel xejn, nibda biex insemmi għadd ta' għejun ewlenin li jidhirli huma relevanti għat-tiswir tal-personalità u l-ħsibijiet tal-Perit Mintoff.", "Dawn li se nsemmi jistgħu ma jkunux l-uniċi għejun tiegħu, iżda aktarx huma l-ewlenin.", "L-għejun minuri għalissa mhu se nsemmihom xejn.", "L-ewwel, jidhirli li hemm mill-anqas tliet għejun ewlenin li, b'modi u intensitajiet differenti, sawru l-ħsieb u l-personalità bikrin ta' Mintoff.", "Dawn huma:", "Ommu,Il-familja ta' missieru uIt-tabib Pawlu Boffa.", "Dawn l-influwenzi jidhru li kienu determinanti, f'din l-ordni li semmejthom, għal dak li l-Perit Mintoff kellu jkun, kemm personalment u kemm pubblika..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/07/", "title": "Mintoff ta' 100 sena", "text": ["Nhar is-Sibt li ġej, 6 ta' Awwissu, festa tas-Salvatur, il-Perit Dom Mintoff jagħlaq 100 sena minn twelidu.", "Bosta attivitajiet din il-ġimgħa se jfakkru dan l-anniversarju speċjali.", "L-iskop ewlieni ta' dawn l-attivitajiet huwa, nobsor jien, li jagħtu opportunità ħalli nagħarfu lil Mintoff xi ftit aħjar, niċċelebraw ħajtu u ħidmietu, u nifhmu aktar is-sehem li kellu fil-bidla għall-aħjar li kiseb il-poplu Malti permezz tiegħu.", "Iċ-ċappa t'intietef", "Jista' jkun hemm skop ieħor ma' dawn, forsi anqas popolari llum.", "Jiġifieri dak li nisiltu l-prinċipji ewlenin tal-ħsieb u l-ħidma tiegħu li nagħarfuhom bħala tajba u nagħmlu ħilitna biex napplikawhom għaċ-ċirkustanzi l-ġodda ta' żmienna.", "Nifhem li għal bosta llum dan ma jagħmilx sens.", "Jemmnu li Mintoff kien bniedem ta' żmienu u llum m'għadx għandu post għax id-dinja u l-politika tbiddlu għal kollox.", "Li dawn tbiddlu m'għandix dubju.", "Li Mintoff m'għandux post aktar illum, għandi.", "Jidhirli li hemm ħwejjeġ fil-filosofija politika tiegħu li jistgħu ..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/10/", "title": "Il-ħaddiema barranin", "text": ["Qed issir ħaġa dejjem aktar komuni li ningħataw servizz minn ħaddiema barranin li ma jitkellmux bil-Malti.", "Imma bosta minnhom lanqas bl-Ingliż ma jafu jitkellmu, u spiss issib li bil-kemm kemm jifhmu dak li tgħidilhom.", "Ma jidhirlix li xi ħadd għandu jsiġ oġġezzjoni li l-barranin jaħdmu Malta la darba l-impjieg tagħhom huwa regolari, iżda li donnu ħadd ma jagħmel xejn bis-sengħa komunikattiva tagħhom ma naħsibx li hija xierqa.", "Ma jifhmux l-Ingliż", "F'restoranti, f'uffiċċji tal-gvern u tal-privat u f'servizzi oħra pubbliċi qed nidraw niġu wiċċ imb'wiċċ ma' ħaddiema barranin.", "Infatti, jidher li l-aktar servizzi bażiċi aktar qed jiġu popolati mill-barranin milli mill-Maltin.", "Din ma fiha xejn ħażin għalkemm il-fenomenu, fih innifsu, jagħti wieħed x'jaħseb fuq id-dinamika tal-impjiegi.", "Hu x'inhu, dawn il-barranin f'servizzi bażiċi wieħed jistenna li jkunu jafu jikkomunikaw, jekk mhux bil-Malti, għall-anqas bl-Ingliż.", "Apparti l-fatt li, ħafna drabi, l-Ingliż ta' dawn il-ħaddiema barranin huwa ..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/12/", "title": "Il-Milied li jgiddeb", "text": ["Il-Milied hu l-ewwel u qabel kollox festa tal-insara.", "Iżda aktarx li huma l-insara l-ewwel li jgiddbuh.", "U hu jgiddeb lilhom.", "L-istituzzjoni ewlenija tal-insara f'Malta u Għawdex, dik li tirrappreżentahom u dik li lilha jirrappreżentaw, jiġifieri l-Knisja Kattolika, mhijiex bħall-Knisja Kattolika f'ħafna nħawi barra mill-gżejjer Maltin.", "Hawnhekk donnu għandna Knisja għalina.", "Kulħadd jarah dan.", "Iżda ftit li xejn jistqarruh.", "Il-Milied, jekk xejn, ifakkarna fil-fondoq kbir li hemm bejn il-waħda u l-oħra.", "Wieħed wara l-ieħor, dawk li jirrappreżentaw ir-ras tax-xirka afdata f'idejhom ma jagħmlu xejn li xejn biex ireġġgħu x-xirka lejn l-ideali l-kbar tagħha.", "U l-Milied ifakkarna f'dawk l-ideali.", "Bil-kontra, aktarx ibegħduha dejjem aktar u aktar.", "Il-Milied hu festa ta' faqar.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka sinjura.", "Il-Milied hu festa ta' umiltà.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka kburija.", "Il-Milied hu festa ta' ħniena.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka li taħfirx.", "Il-Milied hu festa ta' qima.", "U x'għandn..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/09/", "title": "Librerija qatt mitmuma?", "text": ["Bieb il-belt Valletta, li tlesta aktar minn sena ilu, igawdih kulħadd, inkluż il-mijiet ta' turisti li jgħaddu minnu ta' kuljum.", "Id-disinn ta' Renzo Piano fih dehra, bla dubju, anki jekk xi wħud s'issa nsew il-miljuni li ntefqu minn flus il-poplu ħalli dan isir.", "Iżda hemm biċċa mill-proġett li baqa' ma tlestiex.", "Anzi, qatt ma nbeda.", "Din hi l-librerija tal-Parlament.", "Kif jgħidu, bogħod mill-għajn, bogħod mill-qalb.", "Dokumenti rari, uniċi u prezzjużi", "Il-librerija hija bogħod mill-għajn għax il-post fejn suppost li xi darba tiġi ma jidher minn inkien.", "Tidher biss il-mina ta' wieħed mit-truf tagħha, hemmhekk, fil-foss ta' Bieb il-Belt int u dieħel fuq il-lemin, minfejn qabel, sa l-1929, kienet taħdem il-ferrovija.", "Il-post intuża bħala xelter fl-aħħar gwerra.", "Minn dak iż-żmien lil hawn, il-mina baqgħet vojta, qisha ġerha li ma titfieqx.", "Fil-proġett ta' Piano, li tlesta bejn l-2011 u l-2015, il-librerija tal-Parlament kellha tiġi eżatt fejn illum naraw il-Parlament ta' Malta.", "Għalkemm il-Par..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/06/", "title": "Nies bla bonġu", "text": ["Filgħodu tiltaqa' ma' bosta nies li donnhom ma jafux jgħidu bonġu.", "Nitħassarhom.", "Il-jum hekk sabiħ bil-għaxqa tiegħu, ħafna drabi b'xemx glorjuża titbissem fuq rasna, u huma qishom ċappa dlam miexja.", "Wiċċhom donnu bixra ta' ruħhom.", "Mitlufin f'dinja għalihom.", "Maqtugħa mill-oħrajn.", "Bla ħila li jilqgħu s-sabiħ li ġej lejhom.", "Jinsġu n-nisġa tan-niket u l-hemm tagħhom.", "Mgħaffġa", "X'fiha billi ssellem lin-nies?", "Jew li tgħidilhom bonġu?", "Xejn.", "Imma għal bosta nies hija ħafna.", "Donnhom iridu jagħmlu sforz ta' tqanżiħ kbir jew joforqu ħitan sħaħ ta' għeluq u solitudni.", "Jgħaddu minn maġenbek qishom jeżistu weħedhom f'dinja li fiha lilhom biss u ħadd aktar.", "Nobsor li ħafna drabi huma nies li m'għandhom moħħ ħadd jew, agħar minn hekk, jibżgħu minn kulħadd.", "Tara lil xi wħud filgħodu kmieni qishom qamu bid-dinja tagħfas tqila fuq moħħhom u ruħhom.", "U x'aktarx hekk ikun tabilħaqq.", "Il-problemi tagħhom kiluhom.", "Qishom huma biss għandhom problemi.", "Żgur li mhux huma biss.", "Iżda huma minn dawk li l-problemi j..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/11/", "title": "L-eċċentriċi tad-dinja", "text": ["Teknikament, meta ħaġa tissejjaħ 'eċċentika' jkun ifisser li l-fus tagħha ma jkunx eżatt fin-nofs kif aktarx għandu jkun.", "Soċjalment, insejħu 'eċċentriku' bniedem li, għal xi raġuni jew oħra, huwa kemxejn stramb jew li għandu aġir, drawwiet jew personalità xi ftit jew wisq kurjuż.", "Għal bniedem hekk, bil-Malti għandna espressjoni li hi ftit aktar kulurita; ngħidu fuqu li għandu Alla għalih!", "Ħobbu jew obogħdu", "L-eċċentriċi huma l-aktar nies interessanti tad-dinja.", "Ma jagħmlux l-affarijiet kif jagħmilhom ħaddieħor.", "Huma qishom nies li qed jgħixu f'realtà tagħhom.", "Donnu ħsiebhom ma jinħakimx kif ġieb u laħaq mid-drawwiet ta' madwarhom.", "Jagħmlu l-affarijiet kif jagħtihom moħħhom, ħafna drabi mingħajr konsistenza u bla ma tista' tieħu kopja tagħhom.", "Bosta drabi ssib li l-eċċentriċi huma nies ta' weħidhom.", "Għalkemm għandhom il-ħbieb, mhux il-ħbieb jagħżlu lilhom imma huma jagħżlu l-ħbieb.", "U dan aktar ma jagħmluhx milli jagħmluh.", "Il-ħbieb tagħhom huma magħżula ferm, u aktar dawn jintagħżlu mhu..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/02/is-sirja-mdemma.html", "title": "Is-Sirja mdemma", "text": ["Il-waqfa mill-ġlied fis-Sirja din il-ġimgħa ftit għandha prospetti tajbin.", "Għalkemm il-waqta hi miftiehma, ma tapplikax għas-sellieta Ġiħadisti.", "Dan iġib il-ftehim xi ftit jew wisq fix-xejn.", "Ifisser ukoll li l-miljuni ta' Sirjani li jeħtieġu għajnuna urġenti umanitarja aktarx se jibqgħu jistennew għalxejn.", "Bħas-soltu, l-akbar ferita ta' din il-gwerra mdemma ta' bejn l-impikati tal-punent u r-Russja huma n-nies komuni li m'għandhom ebda ħajt ta' kenn.", "Gwerra tal-kliem u l-fatti", "Waqt li għaddejja l-ġlieda bl-armi, għaddejja oħra ta' kliem bejn l-impikati u stinati.", "Naħa takkuża lill-oħra ta' ħsarat u kattiverji li, evidentement, ħadd ma jista' jivverifikahom jew jagħmel xejn dwarhom.", "Bħalma kien intqal darba, 'il-verità hija l-ewwel fatalità ta' kull gwerra'.", "Hekk ġara dejjem u hekk qed jiġri issa.", "Iżda l-gwerra tal-kliem ma hi xejn ħdejn l-hemm li minnu għaddej il-poplu Sirjan.", "Dan kienu jafuh mill-bidu, kemm il-pajjiżi tal-punent u kemm ir-Russja.", "Kienu jafuh il-pajjiżi tal-punent, inkluż Malta, meta kienu ddeċidew li jagħtu armi fl-idejn lill-ġellieda.", "Issa taparsi jibku u jitkażaw.", "Donnu l-imgħoddi qrib tagħhom u ta' għemilhom insewh.", "Dal-pajjiżi donnhom jippretendu li kulħadd joqgħod għar-rieda tagħhom.", "Il-problema hi dejjem l-istess waħda li bdiet kull gwerra fl-istorja: min se jaħkem lil min.", "Il-punent jippretendi predominanza assoluta kullimkien bħallikieku d-dinja saret tiegħu.", "Huwa ovvju li dan mhux se jitħalla jsir.", "Gwerra injorata", "Iżda minkejja l-politika maħmuġa ta' din il-gwerra (bħal ta' kull gwerra oħra), id-dramma ewlenija qiegħed jgħixha l-poplu indifiż tas-Sirja; in-nies fit-toroq u fi djarhom li huma esposti għall-perikli, il-ħsarat u l-imwiet.", "Huma dawn li qegħdin iħallu għall-pika u l-instransiġenza tal-politiċi.", "Huma dawn li, fl-aħħar mill-aħħar, qegħdin jgħixu ta' kuljum, 'il bogħod mill-interess ta' ħafna mezzi tal-aħbarijiet, il-kruha tal-qerda.", "Din hi gwerra li, m'għandniex xi ngħidu, mhijiex importanti daqs l-'iscudetto' u l-'primera liga'; mhijiex importanti daqs l-Oscars; mhijiex importanti daqs il-ħmerijiet li ta' kuljum il-mezzi tal-aħbarijiet huma mehdija bihom.", "Mhijiex importanti għalihom, naturalment.", "Għal kulmin għandu qalb hi importanti ħafna u m'għandhiex tintesa qisu taħt il-bombi tagħha mhumiex nies li qegħdin imutu ta' kuljum.", "Il-gwerra fis-Sirja—partikularment din il-gwerra—hi tabilħaqq waħda maħmuġa.", "Inbdiet mill-politiċi u l-politiċi kienu l-ewwel nies li ħaslu jdejhom minnha.", "Dawn kienu minn ta' quddiem biex jinjorawha biex jinħlew fuq ħwejjeġ aktar 'importanti' għalihom.", "Hi tal-biki kemm jismawna ftit ilkoll kemm aħna.", "Il-'vittorja' tal-politiċi", "Minkejja l-indifferenza tal-politiċi u tal-midja, wieħed għandu jkun jaf li din il-gwerra fis-Sirja saret l-akbar kriżi umanitarja taż-żminijiet moderni.", "Nofs it-22 miljun ruħ li kienu jgħixu fis-Sirja qabel il-gwerra, mhux anqas minn NOFSHOM kellhom jaħarbu minn djarhom.", "Wieħed minn kull ħames Sirjan issa huwa refuġjat.", "Biss biss, 4.5 miljun ruħ marru jsibu kenn fil-pajjiżi tal-qrib.", "Interessanti, li l-biċċa l-kbira ta' dawn in-nies mhumiex mit-territorji tal-għedewwa ta' Assad, iżda mit-territorji tiegħu.", "Dan ifisser li dawn in-nies huma vittmi tal-bombi tal-punent mhux ta' min il-punent qal li huwa x-xitan inkarnat.", "Fost il-11-il miljun li baqa' għall-ħniena tal-bombi hemm 1.1 miljun tfal li m'għandhom aċċess għal ebda għajnuna umanitarja.", "Bosta minnhom huma ddestinati li jmutu bil-ġuħ.", "S'issa aktar minn kwart ta' miljun ruħ ġew maqtula, terz minnhom nies indifiżi għal kollox, 13-il elf minnhom tfal.", "Din hi l-'vittorja' tal-politiċi.", "Hekk jaf jagħmel min jiddeċiedi għal ħaddieħor minn wara skrivanija."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/02/sieb-manwel-dimech.html", "title": "Ħsieb Manwel Dimech", "text": ["Huwa rarissmu li f'Malta jew f'Għawdex isir kors ta' tagħlim fuq Manwel Dimech.", "Anzi, nista' ngħid b'ċerta ċertezza li qatt ma sar.", "Wisq anqas fuq ħsiebu.", "Jien naf li ħafna nies huma mxennqin għal dan għax ġustament iħobbu jitgħallmu dejjem aktar dwar Dimech.", "Għaldaqstant, issa hu l-mument li forsi ilek tistenna.", "Għall-ewwel darba se jsir kors qasir bil-Malti li għalih jista' jattendi kulħadd.", "Kors qasir għal kulħadd", "Jekk tixtieq titgħallem xi ftit aktar dwar Manwel Dimech u l-ħsieb tiegħu, agħti kas sewwa ta' dawn id-dettalji li se nagħtik ħalli ma titlifx opportunità bħal din.", "Ngħidlek millewwel li din mhijiex opportunità li se terġa' tiġi 'l quddiem tant malajr.", "Anzi, nista' kważi nassigurak li din l-opportunità hi kważi unika.", "Allura, aħtafha, jekk tista', għax mhux la kemm se tiġik oħra bħalha.", "Il-kors li se jsir hu wieħed qasir.", "Jieħu biss ħamest ijiem.", "Se jsir kull nhar ta' Tnejn għal ħames ġimgħat.", "Biex wieħed jattendi għalih ma jridx ikun mar korsijiet oħrajn jew attenda xi università.", "Xejn minn dan.", "Il-kors hu maħsub biex jolqot lil kulħadd.", "Kemm lil dawk li studjaw xi ftit u kemm lil dawk li ma studjawx.", "L-importanti hu li min jattendi jkun irid jitgħallem.", "Mill-bqija, il-kors se jkun għal-livell ta' kulmin jattendi.", "Dan hu importanti.", "Ħadd m'għandu jaqta' qalbu għax qatt m'attenda kors jew m'għamilx studji għolja.", "Il-kors mhuwiex għall-għoljin u għall-istudjużi biss.", "Hu mfassal biex jifhmu kulħadd u jipparteċipa fih kulħadd.", "Ħadd m'għandu għalfejn iħossu mhux kwalifikat biex jattendih.", "Laqgħat il-Belt", "Il-laqgħat tal-kors se jibdew it-Tnejn, 22 ta' Frar, 2016.", "Jiġifieri bħal għada ġimgħa.", "Il-kors ikompli kull nhar ta' Tnejn għal ħames ġimgħat wara xulxin.", "Jiġifieri jintemm it-Tnejn, 21 ta' Marzu, 2016.", "Il-ħames laqgħat tal-kors isiru kollha bejn is-6.30 u t-8.00 ta' filgħaxija.", "Il-laqgħat kollha tal-kors isiru l-belt Valletta, fiċ-Ċentru tal-Voluntarjat.", "Dan iċ-ċentru jinsab fi Triq Melita, kantuniera ma' Triq San Pawl, jiġifieri kantuniera 'l isfel mill-uffiċċji tat-Times of Malta.", "M'hemmx fejn titfixkel.", "Il-post jinsab fin-naħa ta' fuq tal-Belt u ma jridx ħafna mixi biex tilħqu b'tal-linja jew minn karozza pparkjata ħdejn Kastilja.", "Biex tattendi l-kors, m'hemmx għalfejn tinkiteb qabel.", "Ir-reġistrazzjoni ssir fl-ewwel laqgħa.", "Jekk se tattendi, qis li tkun fiċ-ċentru tal-laqgħat ftit qabel is-6.30 ta' filgħaxija nhar it-Tnejn, 22 ta' Frar, u hemmhekk, dak il-ħin, tinkiteb għall-kors.", "Ikun hemm ħlas ċkejken b'għotja għall-ispejjeż (ta' mhux aktar minn tletin ewro).", "L-istudenti reġistrati jħallsu nofs l-għotja.", "Interess ġenerali", "Biex tattendi għal dan il-kors uniku, m'hemm għalfejn iġġib xejn speċjali miegħek.", "Kollox jingħatalek waqt il-laqgħat stess.", "Il-kors għandu jinteressa lil kulmin iħobb jisma' u jitgħallem dwar Manwel Dimech.", "Għandu jinteressa wkoll lil kulmin iħobb il-ħsieb u l-filosofija Maltija.", "U għandu jinteressa wkoll lil kulmin iħobb jisma' affarijiet interessanti.", "L-importanti hu li ħadd m'għandu jaqta' qalbu għax jista' ma jkollux esperjenza ta' korsijiet u tagħlim formali.", "Dan hu kors għal-livell tiegħek.", "Huwa maħsub biex tieħu gost titgħallem aktar dwar bniedem li jistħoqqlu kull attenzjoni.", "Għaldaqstant, hawn huma d-dettalji għal darba oħra: ħames laqgħat bil-Malti bejn is-6.30 u t-8.00 ta' filgħaxija, kull nhar ta' Tnejn wara xulxin, mit-22 ta' Frar sal-21 ta' Marzu, 2016, fiċ-Ċentru tal-Voluntarjat, Triq Melita, il-belt Valletta (ikun hemm tabella mal-bieb ta' barra ħalli ma titfixkilx).", "Kulħadd hu mistieden u mħeġġeġ sabiex jattendi.", "Il-kors jingħata minn espert fil-qasam li għandu mal-ħamsa u għoxrin sena esperjenza fl-istudji ta' Manwel Dimech.", "Tassew opportunità tad-deheb!", "Titlifhiex!"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/04/partit-ieor.html", "title": "Partit ieħor", "text": ["Bħalissa bosta nies ma jieqfux jitħaddtu dwar il-partit ġdid li tħabbar li se jitwaqqaf.", "Xi wħud iweġġgħu rashom minħabba dan, oħrajn jgħorku jdejhom u xi ftit iħabblu xagħarhom.", "B'mod ġenerali, il-kuntest ta' din l-innovità hija ta' konflitt; ta' nies ma jkellmux lin-nies; ta' nies ma jridux jafu b'oħrajn.", "Iżda f'demokrazija dawn l-affarijiet suppost jittieħdu bħala sinjal pożittiv ta' sitwazzjoni b'saħħitha.", "Is-suspett tal-negattività", "Il-midja titħaddet dwar 'qasma' fil-Partit Nazzjonalista.", "'Qasma' timplika xi ħaġa negattiva.", "Xi wħud anki ħadu l-impenn li jfakkruna f''qasmiet' oħrajn tal-imgħoddi fiż-żewġ partiti ewlenin.", "Dejjem f'sens negattiv.", "Qasma tfisser għalihom firda, ġlied intern, dgħufija.", "Tfisser li l-affarijiet mhumiex sejrin sew.", "Li hemm l-inkwiet.", "Dawn in-nies li jagħmlu dawn l-implikazzjonijiet u jixħtu dawn il-botti donnhom aktar jemmnu f'dittatorjali u monopolji milli f'demokraziji.", "F'demokrazija, aktar ma jkollhom fehmiet, aktar aħjar.", "Hu biss f'dittatorjali u f'monopolji—f'ambjenti kontra d-demokrazija—li jkollok in-nagħaġ mixjin ilkoll f'direzzjoni waħda mingħajr sfumaturi ta' xejn.", "Il-monotonija għal dawn in-nies donnha virtù.", "Jitkellmu dwar 'qasma' u 'firda' għax fil-fatt la għandhom kultura demokratika konvinta u lanqas jemmnu fid-demokrazija.", "Donnhom jemmnu li d-demokrazija hija biss isem.", "Mill-bqija, għandha tintrefa' f'armadju u titħalla hemmhekk sakemm jasal il-jum tal-vot.", "Bil-fomm ifaħħru d-demokrazija, iżda bil-fatti juru l-kontra tagħha.", "Pożittiv il-bipartitiżmu?", "Il-partit il-ġdid li ġie mwiegħed m'għandniex għalfejn neħduh bħala sinjal negattiv.", "Milli jidher iż-żewġ partiti l-kbar it-tnejn ħaduh b'dan il-mod.", "Qalu, skont ma smajt, li se jkabbar l-instabbilità.", "Jiġifieri, mhuwiex se jħalli l-partiti l-kbar jibqgħu jagħmlu li jridu, dejjem u kullimkien, mingħajr ma joqogħdu attenti li ma jnafrux il-partit iż-'żgħir'.", "Dan mhuwiex negattiv.", "Huwa tajjeb li l-partiti l-kbar joqogħdu attenti.", "Huwa tajjeb li ma jkunx hemm monopolji.", "Huwa tajjeb li d-demokrazija jkollha aktar ilħna b'qawwa ta' vot parlamentari.", "Ovvjament, minn iħobb il-bipartitiżmu dan mhuwiex se jdoqqlu.", "Irid l-affarijiet aktar ċari u sempliċi.", "Imma ħadd qatt ma qal li d-demokrazija hija sempliċi jew li għandha tkun hekk.", "Tassew, f'Malta d-demokrazija dejjem kellha aktar minn żewġ ilħna kbar f'kuntest ta' ġlied u firda; wieħed jew tnejn li jinfirdu mill-oħrajn għax ikollhom xi jgħidu magħhom, għax jiġġieldu magħhom.", "Dejjem f'Malta d-demokrazija tagħmel il-passi sbieħ tagħha f'kuntest ta' taqtiegħ u nkwiet.", "Hija ħasra.", "Għax id-demokrazija, għallanqas f'pajjiżi fejn hi matura u żviluppata, mhuwiex hekk, għallanqas mhux għal kollox.", "L-interessi taċ-ċittadin", "F'Malta hawn terrur minn partiti 'żgħar' li jistgħu jtellgħu mqar siġġu wieħed fil-parlament.", "Hawn terrur akbar meta l-partit iż-'żgħir' ikollu diġà siġġu.", "It-terrur jindika l-imħabba ta' dawk li jiftaħru bid-demokrazija għall-monopolji u d-dittatorjali.", "Għax min iħobb id-demokrazija għandu jifraħ li l-parlament tagħna dalwaqt ikollu aktar minn żewġ qniepen.", "Jibżgħu li l-bilanċ perfett u l-istabbilità se jbatu.", "Iżda d-demokrazija dik hi.", "Id-demokrazija mhijiex gwerra ta' trunċieri jew xi ring tal-boxing.", "Id-demokrazija, safejn naf jien, hija djalogu kontinwu.", "U fejn hemm monopolju ta' żewġ partiti biss f'kamra ta' rappreżentanti, ftit jista' jkollok djalogu suriet in-nies.", "Għax min jgħid vi u min jgħid va, u daqshekk.", "Marlene Farrugia bħalissa aktarx qiegħed iħares lejha b'ikrah kulħadd.", "Kull naħa.", "Għax marret kontra l-kanoni sagrosant tal-monopolji u d-dittatorjali.", "Għandhiex raġun twaqqaf partit ġdid għal rasha hija ħaġa oħra.", "Iżda l-fatt jibqa' li d-demokrazija qed tifraħ għax tħobb il-varjetà u l-għażla tal-fehmiet.", "B'hekk biss tista' timmatura u tikber.", "Forsi l-partiti l-'kbar' b'dan ma jeħdux gost.", "Iżda ċ-ċittadin x'jirbaħ għandu, mhux x'jitlef.", "U huma suppost l-interessi taċ-ċittadin li f'dan il-pajjiż kulħadd qed ifittex, le?"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/02/l-att-kontra-l-prattici-ta-konverzjoni.html", "title": "L-Att kontra l-prattiċi ta' konverżjoni", "text": ["Mhuwiex eżattament ċar x'inhu l-punt ewlieni tal-'Position Paper' li ħarġet dil-ġimgħa l-Kummissjoni mqabbda mill-Kurja tal-Arċisqof dwar l-Att kontra l-prattiċi ta' konverżjoni.", "Il-Kummissjoni, f'dokument ċkejken ta' ftit aktar minn erbat elef kelma, donnha tfittex li tixħet kulma ġieha f'rasha mingħajr ma qisha kienet taf eżatt fejn kien il-versall.", "Akkużi flok djalogu", "Il-kritika li l-Kummissjoni xxejjer, jew aħjar l-akkużi li b'arja awtorevoli tfittex li tagħmel, fir-rigward tal-Att imsemmi huma diversi.", "Iżda, meta jarahom sewwa, wieħed jibqa' perpless eżattament fuq liema naħa tal-ħajt tinsab il-Kummissjoni.", "Wieħed jista' anki jaqgħalu s-suspett li l-Kummissjoni fittxet li tivvinta xagħra ħalli ssibha fl-għaġina.", "Insejħilhom 'akkużi' l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni għax f'ebda vers tad-dokument tagħha ma hemm ħjiel ta' djalogu.", "It-ton huwa konfrontazzjonali u ġellied; qisha qed tkellem lil xi għadu.", "Id-dokument ma japprezza kważi xejn fl-Att imsemmi filwaqt li jaqra affarijiet li mhumiex fl-Att.", "Fost dawn hemm li l-omosesswali huma ttrattati b'mod preferenzjali minn ħaddieħor.", "Hemm ukoll analoġija perikoluża bejn l-omosesswalità u l-pedofelija.", "Knisja ta' djalogu, fi żmien appuntat għad-djalogu tal-Att mill-leġislatur, kont aktar nistenna li tieħu attitudni ta' djalogu milli wieħed antagonista.", "Id-dokument imkien ma jsemmi l-abbużi oxxeni li saru u għadhom isiru f'dan il-qasam—le, mhux bl-eslużjoni ta' xi professjonalisti—kontra nies vulnerabbli sabiex 'ifejquhom' mill-'marda' jew il-patoloġija tal-ġeneru tagħhom.", "Jekk xejn, il-Kummissjoni kien imissha l-ewwel ma għamlet huwa li turi sensittività għall-abbużati u l-vittmi.", "Oġġezzjonijiet frivoli?", "Ibda biex, il-Kummissjoni tgħid li kulħadd se jibda jiġi miċħud mill-kunsill professjoni f'oqsma ta' identità sesswali.", "Dan ma jirriżultax mill-Att imsemmi.", "L-Att jagħmilha ċara li l-protezzjoni qiegħda tingħata lil nies vulnerabbli (definititi skont il-proviżjonijiet tal-liġi).", "Dak li ssostni l-Kummissjoni li ċ-ċaħda tal-Att se jkun estiż għal nies mhux vulnerabbli wkoll ma jirriżultax mill-Att.", "Mela għalfejn issemma'?", "L-istess meta l-Kummissjoni ssemmi l-każ ta' Goodwin vs UK tal-2002.", "Ma jirriżultax mill-Att li min irid jagħmel bidla sesswali se jiġi miċħud milli jieħu kunsill xieraq.", "Dan is-suppost preċedent legali jissemma', bħalma tissemma' wkoll il-Kostituzzjoni ta' Malta, sabiex sempliċiment jiżdied il-ħatab fin-nar.", "Il-fatt hu li mhemmx relevanza għad-diskussjoni.", "Għal darba oħra: mela għalfejn issemma'?", "It-tielet, imkien ma l-Att isemmi d-direzzjoni tal-kunsilli ta' trattament: jekk mhumiex minn omosesswali għal eterosesswali jew bil-kontra.", "Fid-dokument il-kwestjoni tinġieb biss bħala argument ta' bla sustanza ħalli, għal darba oħra, in-nar jitfgħulu l-ħatab.", "Ir-raba' oġġezzjoni tidher li donnha tinteressa lill-Kummissjoni aktar mill-oħrajn: din hija l-protezzjoni tal-professjonisti li, skont il-Kummissjoni, l-Att se jimminalhom il-kondotta tagħhom f'każi relevanti għall-Att.", "Il-Kummissjoni hawnhekk ma ssemmix l-abbużi u l-vittimizzazzjonijet li saru minn xi wħud minn dawn il-professjonalisti b'mod sistematiku kontra kull etika u morali.", "Anzi, f'dan il-kuntest id-Dokument għandu l-ardir isemmi r-reliġjon, jekk ma tridx, meta hu bosta drabi f'isem ir-reliġjon, sfortunatament, li jsiru dawn il-barbaritajiet fuq nies vulnerabbli.", "Il-Gulijiet tas-soċjetà", "Wieħed isibha tabilħaqq iebsa kif, prattikament, kull darba li xi ħadd jitkellem f'isem il-Knisja, ma joħroġx, la fit-ton tiegħu u lanqas fil-kontenut ta' dak li jgħid, il-ħniena li l-Knisja trid dejjem turi lejn min hu vulnerabbli u għandu storja twila ta' vittimizzazzjoni fis-soċjetà.", "L-impressjoni pessma li dawn in-nies jagħtu tal-Knisja u tal-'Evanġelju tal-Ħniena' (f'sena li suppost hi ddedikata għal hekk) hi deplorevoli u tal-biki.", "Id-Dokument tal-Kummissjoni mkien ma juri bl-iċken mod li jaf japprezza li pajjiżna jista' jkun l-ewwel fost dawk Ewropej kollha li qiegħed jaħseb biex joħloq protezzjonijiet f'dan il-qasam hekk delikat u sinifikattiv.", "Imkien ma juri li hu dokument ta' Knisja li tħobb lid-Davidijiet tas-soċjetà kontra l-Gulijiet.", "Minflok, tidher qisha qed tiddefendi l-Gulijiet."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/02/niena-ma-godfrey-ellul.html", "title": "Ħniena ma' Godfrey Ellul", "text": ["Godfrey Ellul huwa priġunier li qiegħed jiskonta sentenza twila ta' ħabs.", "Jinsab marid serjament.", "Fil-fatt, diżrazzjatament jinsab fi stat prekarju ħafna ta' saħħa.", "Is-sejħat lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jitħalla jiġi sospiż mill-ħabs minħabba l-istat fiżiku tiegħu ilhom isiru.", "Iżda s'issa ma hi qed tintwera ebda rieda politika li tiġi applikat l-liġi f'każijiet bħal dawn billi jingħata 'ħelsien kompassjonali'.", "Hawnhekk il-gvern għandu opportunità biex juri l-qalb kbira tiegħu.", "Jien inħeġġu sabiex jippermetti lil Godfrey jgħaddi l-aħħar jiem tiegħu f'ambjent aktar dinjituż u uman.", "Provediment għaqli", "Xi wħud, malli se ssemmilhom lil Godfrey Ellul, millewwel—m'għandix dubju—se jqajmu s-sens ta' ġudizzju tagħhom u jwaqqfu widnejhom.", "Il-każijiet kriminali tiegħu, ir-raġuni għalfejn jinsab il-ħabs, se jiġu kkwotati u mwejra bħal bandiera.", "Godfrey instab ħati mill-qrati tal-ġustizzja u qed jieħu li ħaqqu, jgħidulek.", "B'dan li qiegħed ngħid hawnhekk, però, m'iniex se niċħad dan kollu.", "Imqar għas-saħħa tal-argument.", "Ħadd ma hu se jgħid—jien inkluż—li l-imgħoddi għandu jiġi minsi issa li Godfrey jinsab fi stat ta' saħħa pjetuża u tabilħaqq prekarja.", "Ħadd ma hu se jgħid li dak li kien kien u issa nibdew paġna ġdida.", "Ħadd ma hu se jiċħad is-sewwa tal-ħaqq li sar.", "Dan huwiex il-punt.", "Anzi, bil-kontra.", "F'każ bħal dan, hu proprju għax il-persuna hi ssentenzjata u misjuba ħatja li għandha tintwera r-rieda li jiġi applikat il-provediment legali tal-'ħelsien kompassjonali'.", "Dan il-provediment sar mill-amministratur proprju biex, f'każijiet bħal dan ta' Godfrey Ellul, jitħaddem sabiex juri li l-liġi u r-rappreżentanti tagħha, għalkemm iebsa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, jafu jkunu wkoll ħanina.", "Min hu ġust m'għandux ikun ukoll kattiv.", "Appelli meqjusin", "Fl-imgħoddi, taħt diversi amministrazzjonijiet governattivi, kemm Nazzjonalisti kif ukoll Laburisti, kien hemm każijiet bħal dawn.", "F'xi wħud minnhom, intwera tabilħaqq li l-amministratur jaf jagħder u jifhem is-sitwazzjoni partikulari li tkun qamet u l-'ħelsien kompassjonali' ngħata.", "F'oħrajn, diżrazzjatament, id-deċiżjoni ttieħdet wisq fit-tul u mbagħad ma kienx hemm bżonnha aktar.", "F'dan il-każ partikulari ta' Godfrey Ellul, il-gvern hu konxju tas-sitwazzjoni.", "Saru diversi appelli meqjusin u informati tajjeb.", "Iżda s'issa għad hemm ħafna tħassib mingħajr deċiżjonijiet.", "Jiena jidhirli li, la darba hu aċċertat b'ċertezza assoluta x'inhi s-sitwazzjoni fiżika ta' Godfrey, m'għandux ikun hemm aktar indeċiżjoni f'dan ir-rigward.", "Godfrey għandu jingħata l-'ħelsien kompassjonali' minnufih.", "Dan ma jkunx biss għall-benefiċju ta' Godfrey, biex jgħaddi l-jiem tiegħu b'mod dinjituż u rispettabbli.", "Iżda jkun għall-familja tiegħu wkoll u b'rispett lejha.", "Barra minn hekk, ikun ukoll għall-benefiċju tal-gvern u tas-soċjetà nnifishom, għax b'hekk jigbru fl-istima tagħhom infushom u f'għajnejn il-pubbliku; li huma istituzzjonijiet li jafu juru ħniena daqskemm ġustizzja.", "Il-mument hu issa", "Il-gvern qiegħed jaħsibha fit-tul wisq f'dan il-każ.", "L-appelli quddiemu rahom u jafhom.", "Iżda d-dewmien jista' ma jibdiex jitqies aktar bħala għaqal daqskemm bħala ebusija tal-qalb jew għallanqas menefregiżmu.", "Il-gvern m'għandu qatt jippermetti li ċ-ċittadini tiegħu jaħsbu hekk dwaru.", "L-Istat ġust mhuwiex ġust jekk mhuwiex ukoll ħanin.", "Għaldaqstant, nappella bis-saħħa kollha li, fl-istat aċċertat li jinsab fih, Godfrey Ellul għandu jingħata l-'ħelsien kompassjonali' minnufih mingħajr aktar dewmien u mingħajr aktar tidwir mal-lewża.", "Jien nippretendi li l-gvern, speċjalment f'dan il-każ li hu wieħed partikulari, għandu juri l-ħniena tiegħu.", "Għax il-ħniena li juri lil wieħed hi ħniena li tkun tidher li hi aċċessibbli għal kulħadd.", "Jiena ma nemminx li l-gvern se jħalli din l-opportunità tgħaddi mingħajr ma juri ħniena mal-ġustizzja li diġà wrew il-qrati tal-ġustizzja.", "F'ġieħ dak kollu li hu deċenti u ċivilizzat, jien ngħid li l-mument hu ISSA.", "La Godfrey Ellul u la ħadd m'għandu jtemm ħajtu f'ambjent diżuman u indinjituż, u f'qagħda degradanti.", "Aħna aħjar minn hekk."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/04/it-tnessija-tal-fer.html", "title": "It-tnessija tal-ferħ", "text": ["Il-filosofija neoliberali tas-sistema ekonomika kapitalista rnexxielha tnessi lil dawk kollha li ħatfitilhom moħħhom u qalbhom x'inhu l-ferħ tassew.", "In-nies saru qishom magni ta' konsum li minn idejhom itteħdulhom il-mezzi li bihom setgħu jipproduċu l-kundizzjonijiet, il-ferħ u l-ġejjieni ta' ħajjithom.", "Il-kapitaliżmu neoliberali huwa l-akbar oppju li qatt eżista u l-effetti tiegħu qatt ma kien hawn suċċess akbar minnhom.", "Ferħ taparsi", "Ħafna minna jilagħbuha ta' nies kuntenti.", "Jagħmlu sforz kbir biex jidhru ferħana.", "Bosta minna jagħtuha għax-xalar għali tagħhom b'xorb, sess, vaganzi u kull xorta ta' tbaħrit ieħor.", "Jagħmlu dan biex jistrieħu mit-toqol u t-tensjoni tax-xogħol u biex jieħdu ftit tal-gost kif jistgħu.", "Wara din il-btala żgħira, jerġgħu lura għar-realtà.", "Għall-piż tal-jum.", "Għat-tirannija tas-suq.", "Il-ferħ u l-kuntentizza ma jistgħux ikunu riżultat ta' xi sforz.", "Bniedem jew huwa kuntent u ferħan b'mod ordinarju u normali jew xejn.", "Jekk, biex ikollu farka ferħ u kuntentizza, irid jaqla' fwiedu jew ibattal butu, allura dan huwa sinjal ċar li mhuwiex ferħan jew kuntent.", "Anzi, juri li huwa indannat u mdejjaq.", "Din hi l-esperjenza repetuta ta' ħafna minna li jitbagħlu jaħdmu minn sbiħ Alla sa filgħaxija ħalli jaqilgħu erba' soldi tajba ħalli mbagħad ikunu jistgħu jieqfu mix-xogħol u jonfqu dak li jkunu qalgħu.", "Dak li taqla' id tonfqu l-oħra.", "Is-suq tirann", "Dan l-isforz kontinwu biex ikollna ftit tal-mistrieħ u l-hena f'ħajjitna, wieqfa mix-xogħol ta' bilfors li l-biċċa l-kbira minna huma mġiegħla li jagħmlu, donnu jagħtina l-impressjoni qarrieqa li aħna kuntenti u li aħna liberi.", "Meta fil-fatt la aħna waħda u lanqas oħra.", "Dan għaliex is-suq kapitalista, illum miżmum fuq wiċċ l-idejn bil-filosofija neoliberali tiegħu, hekk irid.", "Iridna biss snien f'magna kbira li tagħmel il-profitti u s-superprofitti lil min hu minn fuq.", "Iżda min hu minn taħt, jiġifieri l-biċċa l-kbira minna flimkien ma' eluf ta' miljuni oħra madwar id-dinja, min hu minn taħt irid biss isefter u jinkera fix-xogħol għal ħaddieħor.", "Ma jistax jagħmel mod ieħor.", "Is-suq huwa t-tirann ta' ħajjet il-biċċa l-kbira minna li dħalna biex nibqgħu f'din is-sistema kapitalista li jinportah biss minnu nnifsu.", "Iżda, fl-istess waqt, hija sistema li tagħtik il-mumenti ta' illużjoni li għandek bżonn; mumenti ta' mistrieħ mix-xogħol; mumenti ta' divertiment ... biex taparsi int kuntent; taparsi għandek il-lussu tal-għażla; taparsi ferħan.", "Nies imdejqin", "Il-kapitaliżmu, speċjalment bl-iskuża filosofika neoliberali tiegħu tallum, irnexxielu jnessi għal kollox lill-biċċa l-kbira minna x'inhu l-ferħ tassew, x'jiġifieri tkun persuna kuntenta.", "Huwa seraq l-hena mix-xogħol u mill-istess ħajja tagħna ta' kuljum, u jippermetti l-ftit waqtiet ta' divertiment nevrotiku, biex b'hekk ikompli jsaltan u jixxaħħxaħ fuq dahar kulħadd.", "Il-biċċa l-kbira tagħna illoppjati mill-qerq tal-kapitaliżmu li huwa s-sid tal-mezzi li bihom aħna nistgħu nipproduċu l-ferħ tagħna nfusna, li bihom aħna nistgħu niddeterminaw ħajjitna u l-ġejjieni tagħna.", "Il-kapitaliżmu saħansitra sar is-sid ta' x'aħna u min aħna; tal-identità nnifisha tagħna.", "Nies ferħanin tabilħaqq kważi għadek ma tara mkien.", "Tiltaqa' ma' nies imdejqin, nies jaħdmu bla heda, nies b'dippressjonijiet ta' kull għamla u sura, nies morda, nies maqbudin f'tellieqa mal-kontijiet, nies ukoll li jieqfu ftit mit-thewdin u l-hemm tagħhom biex taparsi jiddevertu xi ftit (sakemm ix-xogħol iħallihom).", "Dinja oħra possibbli", "Is-soċjetà tagħna saret waħda dippressiva.", "Tnessiet x'inhu li jagħmilha ferħana.", "Tnessiet min hi u għalfejn teżisti.", "Tnessiet ukoll għalfejn jeżisti x-xogħol u saħansitra d-divertiment.", "Il-kapitaliżmu għamilha soċjetà perversa li ttellfet it-triq u ma tafx issibha lura.", "Soċjetà illoppjata biex taqdi u tpaxxi.", "Iżda soċjetà oħra mhijiex impossibbli.", "Dinja mingħajr il-mard u l-korruzzjoni tal-kapitaliżmu, jew mingħajr il-qerq tan-neoliberaliżmu, hi possibbli.", "Fl-aħħar mill-aħħar, il-bniedem ma jistax jinsa għal kollox x'inhu li jagħmlu ferħan u kuntent.", "Ma jistax jitqarraq għal kollox.", "Aħna m'aniex magni."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/06/pajjiz-perikoluz.html", "title": "Pajjiż perikoluż?", "text": ["L-Istati Uniti tal-Amerika jista' jkun wieħed mill-isbaħ pajjiżi tad-dinja.", "Mhux x'fih; x'ma fihx.", "Jissejjaħ 'il-pajjiż tal-opportunità' u aktarx tassew hu.", "Iżda għandu mnejn hu wkoll wieħed mill-aktar pajjiżi perikolużi li qatt eżistew.", "Isem bħalma hu ta' Donald Trump hu biżżejjed biex jurik sefejn jista' jasal l-Istati Uniti.", "Sa l-aktar qigħan baxxi tal-politika, sa l-aktar redikoli u sa l-aktar allarmanti.", "Il-flus isaltnu", "Fi żmien ġimagħtejn oħra, Donald Trump isir uffiċjalment il-kandidat tal-Partit Repubblikan għall-presidenza tal-Istati Uniti.", "Ftit tal-jiem wara, il-partit oppost, dak Demokratiku, jaħtar il-kandidata tiegħu biex ittellaqlu: Hillary Clinton.", "It-tnejn jibdew kampanja elettorali qawwija ta' tliet xhur, sal-bidu ta' Novembru, meta ssir l-elezzjoni ġenerali.", "Skont Trump, l-uniku vantaġġ li għandha Clinton fuqu hi l-fatt li hija mara; mill-bqija, xejn.", "Skont Clinton, il-vantaġġ li għadu fuqha Trump huma l-flus.", "Infatti, Trump huwa billjunarju li ħallas għall-kampanja tiegħu stess tista' tgħid minn butu biss.", "Kumpaniji stabbili tal-estimi finanzjarji jgħidu li l-patrimonju finanzjarju ta' Trump jammonta għal madwar ħames billjun dollaru, jiġifieri xi 4.5 billjun ewro.", "Ta' Clinton jingħad li jammonta għal tmenin milljun (jiġifieri xi 16% biss ta' dak ta' Trump).", "Jekk hu minnu li bil-flus tagħmel saħansitra triq fil-baħar, fl-Istati Uniti bil-flus tista' ssir president tal-pajjiż.", "Trump għandu mnejn hu eżempju prim ta' dan.", "Huma x'inhuma l-kwalitajiet personali tiegħu jew huwiex kapaċi jmexxi l-pajjiż, hu fatt ċert li l-flus huma l-aqwa appoġġ elettorali tiegħu f'din il-kampanja.", "L-arloġġ lura", "Għal ħafna, il-kwalitajiet personali ta' Trump huma qrib ix-xejn.", "Għall-anqas bħala kandidat presidenzjali tal-Istati Uniti.", "Għandu ħalqu kbir u lsienu twil.", "Iżda agħar minn hekk, hu politiku—jekk tista' ssejjaħlu politiku—li l-fehmiet tiegħu ta' tmexxija huma qrib il-fanatiżmu lemini; kważi aħdar f'ċerti aspetti; superfiċjali f'bosta oħrajn.", "Minkejja dan, jogħġob lil ħafna mill-Amerikani.", "Lir-Repubblikani żgur.", "Mid-dehra, jaraw fih il-kburija, l-intransiġenza u l-intolleranza li jippretendu fl-akbar mexxej ta' pajjiżhom, kemm fi ħwejjeġ ta' ġewwa u wisq aktar f'dawk ta' barra.", "Trump f'dawn l-aspetti mhuwiex jiddiżappuntahom.", "Qiegħed juri li, jekk qatt jilħaq president tal-Istati Uniti, imexxi l-arloġġ lura għal żmien il-presidenza tat-tieni George Bush; presidenza li għamlet lill-Istati Uniti mibgħuda mill-biċċa l-kbira ta' niesha stess u ta' ħafna mill-bqija tad-dinja.", "Dik kienet presidenza li għamlet ukoll ħafna ħsara kemm lill-Istati Uniti kif ukoll lid-dinja, għax ħolqot konfrontazzjonijiet inutli li sa ħalliet miljuni mejta.", "Iżda għal xi wħud mill-Amerikani, jidher li jekk pajjiżhom ma jafx juri snienu, allura aħjar ma jiftaħx ħalqu.", "Trump snien għandu kemm trid.", "Allarħares!", "Għalkemm xi wħud iqisu—għandu mnejn mhux mingħajr raġun—li l-Istati Uniti huwa pajjiż tabilħaqq tal-meraviji, għandu din id-dgħufija kerha: li kapaċi jagħżel mexxejja li joħorġu l-agħar aspetti ta' mentalità separatista, vjolenti u arroganti.", "Nies bħal Trump huma t-terrur ta' kulmin iħobb il-kooperazzjoni dinjija, ir-rispett ta' kull ġens taħt is-sema u, fuq kollox, il-ġustizzja.", "Trump hu theddida għall-progress li għamlet l-Istati Uniti taħt Obama.", "Hu theddida għall-ftit prosperità li għamlu l-fqar u l-klassi tan-nofs f'dak il-pajjiż.", "Fuq dan, hu theddida għar-relazzjonijiet internazzjonali li, fi żmien Obama, stejqru mill-ħsara li kienu għamlu l-presidenti Repubblikani ta' qabel.", "Allaħares jirbaħ din l-elezzjoni Donald Trump!", "Allarħares l-Istati Uniti jerġa' joħroġ bħala l-pajjiż perikoluż li jista' tabilħaqq ikun.", "Allaħares jiġi l-isfreġju li l-flus ta' Trump qegħdin iwiegħdu!", "Il-futur tagħna lkoll jista' jiddependi ħafna fuq din l-elezzjoni Amerikana."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/06/il-gb-tibqa-gewwa.html", "title": "Il-GB tibqa' ġewwa", "text": ["Jien ma nemminx li r-referendum fil-Gran Britannja (GB) fi żmien ġimgħa u nofs oħra, fit-23 ta' Ġunju, jirnexxielu jxaqleb il-miżien sabiex joħroġ il-GB mill-Unjoni Ewropea (UE).", "Ngħid hekk għax jidhirli li hemm biżżejjed raġunijiet tekniċi (politiċi u ekonomiċi) kif ukoll emozzjonali (storiċi u temperamentali) għala l-votanti Britanniċi ma jagħżlux li jieħdu dan il-pass drastiku.", "Storja u temperament", "Nibda mir-raġunijiet emozzjonali.", "Il-ħruġ mill-UE jerġa' jixħet lill-GB fi stat li, fi tmiem is-seklu 19, kien beda jissejjaħ l-'iżolament splendidu' ('splendid isolation' bl-Ingliż).", "Dan kien fi żmien it-tmexxija tal-prim ministri konservattivi Desraeli u Gascoyne-Cecil.", "F'dan iż-żmien, dawn iddeċidew li, filwaqt li jżommu relazzjoni ta' ħbiberija ma' kulħadd, ma jagħmlu alleanzi ma' ebda nazzjon ieħor, u hekk ifendu għal rashom.", "Il-fehma ġenerali hija li, fl-aħħar mill-aħħar, din il-politika aktar għamlet ħsara lill-GB milli ġid.", "Filwaqt li nazzjonijiet oħra bdew iforġu alleanzi bejniethom u jnaqqru mis-saħħa Britannika, il-GB bdiet issib lilha nnifisha dejjem aktar iżolata politikament u ekonomikament.", "Din l-esperjenza xi ftit jew wisq qarsa l-GB ma nsiethiex.", "Xi wħud mhumiex lesti li jerġgħu jagħmlu l-istess żball issa billi jeżolaw lilhom infushom mill-UE.", "Barra minn hekk, dejjem fuq livell emozzjonali, il-Britanniċi huma b'mod ġenerali poplu konservattiv li, minn dak li juru deċiżjonijiet politiċi imgħoddija, ma jidhirx li jħobb bidliet drastiċi bħalma jkun il-ħruġ mill-UE.", "Il-Britanniċi jidhru li huma miġbuda aktar lejn bidliet żgħar li ma jġibu ebda trawma.", "Il-ħruġ mill-UE għandu mnejn jidher wisq trawmatiku għat-temperament Britanniku.", "Kummerċ u investimenti", "Mil-lat tekniku, ir-raġunijiet politiċi u ekonomiċi għala l-GB ma naħsibx li hija lesta li toħroġ mill-UE huma sinifikattivi daqs l-oħrajn li semmejt qabel, jekk mhux aktar.", "L-ewwel nett, il-GB diġà tgawdi fl-UE minn vantaġġi kbar li ma jagħmluhiex meħtieġa li toħroġ mill-UE sabiex tikseb aktar minnhom.", "Il-vantaġġi li l-GB tgawdi bħalissa, kemm mal-pajjiżi tal-UE nnifisha kif ukoll ma' pajjiżi 'l barra minnha, inkluż l-Istati Uniti, jintilfu kollha li kieku l-GB kellha tħalli l-UE.", "F'dan il-każ, il-GB jkollha terġa' torganizza l-qasam kollu tan-negozjati ekonomiċi mal-pajjiżi kollha, din id-darba mingħajr is-saħħa tal-UE warajha.", "Appart l-qasam tal-kummerċ, il-ħruġ tal-GB mill-UE tesponiha għall-periklu li l-investimenti minn barra għal ġewwa jonqsu drastikament.", "Anqas u anqas investituri jkunu lesti li jorbtu flushom ma' pajjiż li la taf huwiex hawn jew hemm, u li jista', mingħajr il-mażra tal-UE, illum jiddeċiedi mod u għad jiddeċiedi mod ieħor.", "Mingħajr investimenti suffiċjenti minn pajjiżi oħrajn u mill-kumpaniji tagħhom, bħala ċentru ewlieni ta' investiment il-GB għandha x'titlef bil-kbir.", "Dan kollu, jekk jasal biex iseħħ, iġib effett mhux żgħir għall-agħar fuq l-impjiegi fil-GB.", "Dan jista' jkun l-akbar effett devastanti u qalil jekk il-GB tħalli l-UE, wieħed li ftit nies, nistħajjel, ikunu jesti li jirriskjaw.", "L-impjiegi jistgħgu jintilfu mhux biss għal raġunijiet ta' kummerċ u investimenti, iżda wkoll għal raġunijiet ta' anqas sigurtà nazzjonali.", "Pożizzjoni ta' vantaġġ", "Is-sigurtà nazzjonali u l-ħarsien tal-impjiegi torbot direttament mal-immigrazzjoni ta' nies barranin, partikularment mill-Ewropa u l-Asja, ġol-GB.", "Bħalissa l-GB għandha konċessjonijiet mill-UE sabiex effettivament tirregola l-immigrazzjoni.", "Tassew, il-GB tkun tista teoretikament tillimita aktar l-immigrazzjoni jekk tħalli l-UE.", "Iżda dan ma jkunx aktar faċli mingħajr l-UE milli biha.", "L-UE bħalissa sservi ta' barriera importanti għall-imigrazzjoni ġewwa l-GB.", "Dan jispiċċa jekk il-GB tħalli l-UE.", "Barra minn hekk, il-GB tista' dejjem tinnegozja mal-UE aktar konċessjonijiet rigward l-immigrazzjoni fi ħdanha.", "Imma dan ma tkunx tista' tagħmlu faċilment jekk tħalli l-UE.", "Bid-diffikultajiet kollha li s-sħubija mal-UE ġġibilha, bil-pożizzjoni privileġġjata tagħha l-GB aktar tgawdi mill-UE milli ġġarrab tbatijiet.", "Il-pożizzjoni tagħha bħalissa, b'sieqha waħda ġewwa l-UE u l-oħra barra, tiggarantixxi li l-GB tinfluwenza bil-kbir id-deċiżjonijiet tal-UE.", "Biż-żewġ saqajn barra, dan jintilef għal kollox.", "Bħalma tintilef ukoll il-pożizzjoni ferm privileġġjata li għandha bħalissa mal-Istati Uniti.", "Le, le, ma naħsibx li l-votanti tal-GB jiddeċiedu li pajjiżhom iħalli l-UE."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/09/il-bikja-tas-sirja.html", "title": "Il-bikja tas-Sirja", "text": ["Il-gwerra fis-Sirja, li issa ilha għaddejja sa minn Marzu tal-2011, jiġifieri għal dawn l-aħħar ħames snin u fuqhom, hi eżempju ieħor—jekk qatt kellna bżonn ieħor—ta' kemm ħsara tista' ssir bl-indħil barrani imprudenti fil-ħwejjeġ interni tal-pajjiż.", "Indħil barrani", "L-Istati Uniti tal-Amerika, ir-Russja, l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina lkoll għandhom subgħajhom imdeffes f'din it-traġedja Sirjana.", "Sena ilu, skont il-Ġnus Magħquda ġie kkalkulat li kienu diġà nqatlu mal-250,000 ruħ (kwart ta' miljun).", "Sal-lum, ħdax-il miljun kienu sfaw refuġjati, erbatax-il miljun ruħ jeħtieġu għajnuna umanitarja, u ħames miljun ruħ jinsabu abbandunati għal kollox mingħajr ebda għajnuna ta' xejn minngħand ħadd.", "Il-gwerra bdiet bħala rvell relattivament ċkejken, iżda li mbagħad kompliet tikber u tikber aktar ma daħlu fiha interessi li ma kellhom x'jaqsmu direttament magħha.", "Il-koalizzjoni li qed tmexxi l-Istati Uniti kontra l-gvern leġittimu Sirjan ta' Assad (li tinkludi l-Gran Britannja u 'l Franza), għamlet aktar minn 10,500 attakk mill-ajru fuq pożizzjonijiet li suppost kienu militari, iżda li laqtu l-popolazzjoni ċivili bil-kbir.", "Dawn l-attakki ma sarux biss fis-Sirja.", "3,500 minnhom kienu hawnhekk tabilħaqq, imma 7,000 oħra kienu fl-Iraq.", "Dan għaliex l-indħil tal-koalizzjoni, bl-iskuża li ttajjar lil Assad, il-mexxej tas-Sirja, min-nofs, għandha skop aktar wiesgħa.", "Dan huwa li l-koalizzjoni ġġib lill-Iraq għarkobbtejha.", "Unjoni tapari gallerija", "Hekk hu.", "Gwerra li suppost qed issir biex twettaq ir-rieda tal-poplu Sirjan fit-tneħħija tal-gvern tiegħu, fil-fatt qed tiġi miġġielda biex tiddistabbilizza pajjiż ieħor: l-Iraq.", "Il-bikja kbira tas-Sirja qed issir kważi kważi għalxejn.", "Għax il-pajjiżi tal-koalizzjoni mhux fiha huma interessati, iżda f'ħaddieħor; trid lill-Iraq ma jibqax dominanti fil-Lvant Nofsani u, speċjalment, fuq il-bjar taż-żejt.", "L-Unjoni Ewropea taparsi tilgħab gallerija.", "Tgħid li qed tibgħat biss għajnuna umanitarja fis-Sirja.", "Iżda dan hu biss mod ta' kif tgħatti xturha.", "Sentejn ilu, l-Unjoni Ewropea ddeċidiet li ma tkomplix iżżomm lura l-bejgħ tal-armi lir-ribelli fis-Sirja u l-kumpaniji privati tal-pajjiżi tagħha bdew ifornu kemm jifilħu armi fl-idejn lil kulħadd addoċċ.", "Dawn il-'kulħadd' jinkludu militanti Islamiċi li lanqas huma ma jinpurtahom mis-Sirja jew mill-poplu tagħha jew mill-vittmi tal-gwerra.", "Jinpurtahom mis-setgħa tagħhom biss u l-ħakma fuq ħaddieħor.", "L-Unjoni Ewropea, inkluż Malta permezz tal-gvern tagħha, b'hekk saret kompliċi għat-tkabbir tal-gwerra u għall-vittimizzazzjoni tal-poplu Sirjan u Iraqin.", "Parti mill-ġerħa", "Fl-Istati Uniti, waqt li qed issir il-kampanja elettorali sabiex jitla' president ġdid f'Jannar li ġej (l-elezzjoni se ssir fil-bidu ta' Novembru), ir-Repubblikan Donald Trump qed iwiegħed li jibdel il-politika ta' pajjiżu (rappreżentata minn Obama, il-president attwali, u Hillary Clinton, il-kandidata tal-Partit Demokratiku).", "Trump irid li pajjiżu jħalli lil Assad bi kwietu u jikkonċentra minflok fuq il-militaristi Islamiċi.", "Sadattant, ir-Russja u ċ-Ċina skjeraw ir-riżorsi militari u umani tagħhom fuq in-naħa ta' Assad.", "B'hekk, reġa' għandna replika tal-gwerer antiki tal-Gwerra l-Bierda li suppost spiċċat mal-ħamsa u għoxrin sena ilu.", "Il-blokok militari l-kbar jinsabu wiċċ imb'wiċċ għal darba oħra jiġġieldu għas-spejjeż ta' ħaddieħor.", "U l-paċi?", "Il-paċi xi ħadd qed jaħseb fiha?", "Din il-kelma reġgħet qisha qed issir antikwata; qisha xi ħaġa tal-imgħoddi.", "Donnha d-definizzjoni tagħha reġgħet intesiet.", "Suppost tfisser kooperazzjoni, żvilupp, għajnuna, djalogu.", "Imma l-kbar qishom ma jridux jafu biha.", "Dnub li pajjiżna, għalkemm ċkejken, f'din il-bikja tas-Sirja huwa parti mill-ġerħa flok mid-duwa!"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/09/qerq-bit-turist.html", "title": "Qerq bit-turist", "text": ["Ma tantx jagħtu fil-għajn.", "Lanqas ma jissemmew wisq fl-aħbarijiet.", "Ftit jaffettwaw direttament lil xi ħadd minna.", "Qajla nisimgħu bihom mingħand ħadd.", "Iżda r-realtà qiegħda hemmhekk: turisti li, wara li nilqugħhom għandna, inqarrqu bihom.", "Xi kultant, meta taqbad diskussjoni ma' xi wħud mit-turisti, jew tkellem lil xi ħadd li għamel dan, issib li xi wħud mill-Maltin u l-Għawdxin ma jiddejqux iqarrqu bit-turisti bħallikieku kienu nies li jistħoqqilhom l-isfruttament.", "Turisti misruqa", "Għalkemm dan hu fenomenu li qajla jissemma, spiss tisma' privatament lil min kien xhud ta' qerq li jsir bit-turisti.", "Dan mhuwiex sew.", "Lill-barranin li jsuru xtutna għandna dejjem nirrispettawhom u naraw li l-mawra tagħhom fosthom ma tinbidilx f'waħda ta' wġigħ il-qalb.", "Sfortunatament, iżda, mhux dejjem hu hekk.", "Il-qerq li jidher li jsir bit-turisti jkun ta' diversi għamliet.", "Skont statistika tal-pulizija li tista' tindikalna dawn l-għamliet, l-aktar prevalenti (madwar 90%) huwa s-serq li jsir lit-turisti.", "Imbagħad, f'għadd ferm anqas, ikun hemm offiżi sesswali, ħsarat lill-proprjetà tagħhom, ġerħat fuq il-persuna fiżika tagħhom, u theddid bi vjolenza privata.", "Minħaba li s-serq lit-turist jidher li huwa bil-wisq l-akbar qerq li jsir, tajjeb li wieħed jara minfejn isir dan.", "L-akbar għadd ta' serq lit-turist jidher li jsir (madwar 30%) mil-lukandi.", "Wara dan, f'għadd ferm anqas, it-turisti jinsterqu mill-appartamenti temporanji li jikru, mill-ħwienet li jmorru jixtru fihom, mit-takxijiet u l-karozzi tal-linja, minn fuq ix-xtajtiet, permezz ta' 'snatch and grab', u mill-ajruport.", "Misruqa mill-ħwienet", "Jekk wieħed jara daqsxejn s-serq li jsir lit-turist mill-ħwienet fejn imorru jixtru, inkluż tax-xorb, wieħed jara li l-akbar għadd ta' dan is-serq jidher li jsir fir-resoranti, imbagħad, f'għadd anqas, mis-swali taċ-ċinema u mis-swieq miftuħa.", "Fost it-turisti li jżuruni, jidher li l-aktar li jaqgħu vittma tal-qerq ta' xi wħud mill-Maltin u l-Għawdxin huma turisti nisa.", "Jidher li, fost it-turisti vittmi kollha, l-aktar (in-nofs) li jiġu vittimizzati huma dawk ta' bejn is-26 u l-45 sena.", "L-etajiet l-oħra, mid-dehra, huma fortunatament ippreferiti anqas.", "Interessanti li madwar tliet kwarti biss tat-turisti vittimizzati jfittxu li jingħataw għajnuna mill-awtoritajiet.", "Il-bqija jidher li jgħodduha bħala waħda u jibqgħu jgħixu ħajjithom (aktarx bi ftit tgergir).", "Ovvjament, l-aktar li jfittxu huma lill-pulizija jew, jekk f'lukanda, lis-sid tal-post.", "Xi wħud jersqu lejn l-insurance u oħrajn l-isptar.", "Anqas minn nofs it-turisti vittimizzati jidher li jagħżlu li jagħmlu rapport uffiċjali.", "Il-biċċa l-kbira tat-turisti vvittimizzati mill-Maltin jidhru li jibqgħu jodisfatti mill-għajnuna li jingħataw.", "Iżda madwar kwart minnhom le.", "Xi wħud igergru li s-sorvelja fuq il-postijiet fejn it-turisti jiġu vvittimizzati hija dgħajfa jew non-eżistenti.", "Rappreżentanti", "Dawn huma biss indikazzjonijiet ta' kif u fejn xi wħud mit-turisti li jżuruna jaqgħu għall-qerq ta' xi Maltin u Għawdxin.", "Għalkemm l-għadd tagħhom jista' ma jkunx kbir ħafna, fortunatament, xorta waħda mhuwiex sew.", "It-turist mhuwiex oġġett ta' sfruttament, anki jekk xi wħud jipprovaw joborxuhom kemm jista' jkun.", "Turist b'esperjenza ħażina huwa aktar imħajjar ma jersaqx lil hawn aktar u jagħmlilna reklam ħażin.", "Iżda l-kunsiderazzjoni finanzjarja biss mhijiex biżżejjed.", "Hemm ukoll il-lat etiku u morali.", "Li tqarraq b'ħaddieħor hu dejjem ħażin, daqskemm hu dejjem ħażin tinqeda b'nies li jafdawk tagħmillhom dannu.", "Jien ftit nisma' bl-etika u l-moralità li għandhom joqogħdu għaliha n-nies li jittrattaw mat-turisti.", "Jiddispjaċini meta nisma' b'qerq li jsir bit-turist minn nies li jirrappreżentaw lil kull wieħed u waħda minna u, fuq kollox, jirrappreżentaw lil pajjiżna.", "Suppost dawn jafu aħjar."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/09/il-vizitaturi-gawdxin-fmater-dei.html", "title": "Il-viżitaturi Għawdxin f'Mater Dei", "text": ["Huma ftit u rari l-Maltin li jkollhom joqogħdu qrib is-sodda ta' xi ħadd li jkun rikoverat fl-isptar t'Għawdex.", "Bil-maqlub, huma ħafna aktar l-Għawdxin li jkollhom jagħmlu dan fl-isptar Mater Dei.", "Għalkemm din tidher ħaġa faċli u l-biċċa l-kbira tagħna ma naħsbux darbtejn fuqha, għall-Għawdxin li jkollhom jishru ma' xi ħadd f'Mater Dei hi biċċa wġigħ ta' ras kbira.", "Żjajjar ta' tbatija", "Huwa spiss li pazjent Għawdxi, hu ta' liema età hu, ikollu jgħaddi żmien twil jew qasir fl-Isptar Mater Dei.", "Biex ikollu lil xi ħadd minn Għawdex maġenbu f'dak il-mument diffiċli hemm tliet għażliet: jew li l-viżitatur joqgħod ġej u sejjer Għawdex kuljum; jew li l-viżitatur jgħix fis-sala tal-pazjent fuq peltruna sakemm iħalluh l-uffiċjali tas-sala jew tal-isptar; jew li jikri xi flett xi mkien madwar Malta sakemm il-pazjent idum l-isptar.", "Ħafna drabi, hi t-tieni għażla li tkun l-aktar 'konvenjenti' (li ma hi konvenjenti xejn).", "Jien iltqajt ma' Għawdxin li kellhom jagħmlu dan għal ftit tal-jiem u ltqajt ma' Għawdxin li kellhom jagħmlu dan għal xhur sħaħ.", "Xhur!", "Il-Maltin li għalihom dan l-inkonjenzent serju ma jeżistix, bil-kemm jistgħu jifhmu d-diffikultà, l-iskumdità u t-tbatija li dan joħloq għall-viżitaturi Għawdxin.", "Xejn faċilitajiet", "Immaġina.", "Ikollok tissospendi ħajtek, mhux għal żjara kuljum ta' ftit sigħat, imma għal erbgħa u għoxrin siegħa kuljum b'mod totali.", "Dan waħdu diġà joħloq diffikultajiet kbar.", "Ikollok tirranġa ma' tax-xogħol biex b'xi mod taqdi dan dmirek fl-isptar.", "Ikollok tħalli, jekk ikollok, lir-raġel/mara tiegħek, jekk mhux ukoll it-tfal.", "Ma' dan kollu, ikollok tgħix qisek xi refuġjat bla art, bla dar u maqtugħ minn kulħadd.", "Biex ma nsemmux l-ispejjeż konsiderevolment kbar li dan kollu jimplika u jdaħħlek fih.", "Il-fatt hu li f'Malta sempliċiment ma jeżistux faċilitajiet għal Għawdxin li jkollhom bżonn joqogħdu qrib is-sodda ta' xi ħadd li jkun rikoverat fl-isptar Mater Dei.", "La fl-isptar innifsu u lanqas lil hinn minnu.", "Il-gvern sempliċiment ma jaħsibx għal dawn in-nies.", "L-Għawdxin li jkollhom jagħmlu dan, mhux għax iridu, b'xi kapriċċ, imma għall-bżonn assolut, huma mħollija għal riħhom u jridu jaqdfu għal rashom.", "Faċilitajiet b'xejn", "Skont m'assigurani ċ-Chief Executive Officer ta' Mater Dei, is-Sur Ivan Falzon, permezz tal-Ministeru tas-Saħħa, ma teżisti ebda faċilità f'Mater Dei li taħseb għall-Għawdxin viżitaturi.", "Mhux biss għal dawk li jkollhom joqogħdu Malta fit-tul, iżda lanqas għal min jiġi għal ġurnata.", "Dawn huma meqjusa bħallikieku kienu viżitaturi bl-istess kundizzjonijiet ta' ħajja tal-viżitaturi Maltin, meta dan assolutament mhuwiex il-każ.", "Għandu jkun hemm parti riservata minn Mater Dei li toffri kumditajiet bażiċi lill-Għawdxin li jridu joqgħodu l-isptar tul ġurnata kollha u wkoll għal dawk li jkollhom bżonn joqogħdu aktar fit-tul, fuq medda ta' jiem, ġimgħat u possibbilment anki xhur.", "Jista' jkun hemm xi ħaġa simili 'l barra mill-isptar li joffri l-istess faċilitajiet.", "Dawn ikunu mingħajr ebda ħlas.", "Saħħa b'xejn għall-pazjent m'għandhiex tfisser spejjeż għall-viżitaturi.", "Dmir il-gvern", "Huwa dmir il-gvern, kif ukoll tal-isptar innifsu, li joħloq skemi u faċilitajiet li jaħseb għal dan.", "Il-viżitaturi Għawdxin f'Mater Dei għandhom bżonnijiet partikulari u speċjali, u ma jistgħux jiġu ttrattati bħall-viżitaturi Maltin, li m'għandhom xejn mill-problemi li għandhom l-Għawdxin biex iżuru l-pazjenti l-isptar.", "L-Għawdxin mhumiex ċittadini tas-sekonda klassi."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/06/orlando-inseju-d-dnub-bismu.html", "title": "Orlando: Insejħu d-dnub b'ismu", "text": ["L-attakk attroċi tal-Ħadd li għadda f'Orlando, Florida, ġie msejjaħ b'ħafna modi.", "'Attakk terroristiku Iżlamiku' kien wieħed minnhom.", "'Attakk kontra l-libertà umana' kien ieħor.", "'Attakk ġej mill-permessiviżmu' ieħor.", "'Attakk ta' mibegħda' ieħor.", "'Attakk miġnun' ieħor komuni.", "Kollha xi ftit jew wisq validi.", "Iżda ebda wieħed ma jolqot il-musmar fuq rasu.", "L-attakk kien kontra l-omosesswali (reat omofobiku).", "Għala ftit li xejn isejħulu b'ismu dan id-dnub?", "Ewfemiżmu diżonest", "L-attakk li ħalla madwar ħamsin ruħ mejta kmieni nhar il-Ħadd li għadda fl-Istati Uniti kexkex lil kulmin jista' jsib f'qalbu l-ħniena għal ħaddieħor iżda wkoll għal kull min jista' jimmaġina lilu nnifsu f'sitwazzjoni daqshekk kerha u terrifikanti.", "Kien attakk bla umanità, bla provokazzjoni u bla sens.", "Ħafna segwewh u kkummentaw fuqu.", "Ħafna ħadu nota tal-kwalitajiet tal-qattiel, Omar Mateen, ta' disgħa u għoxrin sena minn Florida, u bdew jispekulaw għala seta' għamel dak li għamel.", "It-teoriji bdew jinbtu bħall-faqqus.", "Min jgħid ħaġa u min jgħid oħra.", "Terroriżmu!", "Permessiviżmu!", "Armi fl-idejn!", "Mibegħda!", "Ġenn! u l-bqija.", "Iżda kien tal-għaġeb kif l-aktar ħaġa ovvja ftit kummentaturi kellhom il-ħila jistqarruha fil-miftuħ.", "L-Internet stess miżgħud artikli li jevitaw jgħidu l-ovvju.", "In-najtklabb 'Pulse' ġo Florida huwa post magħruf għal fejn jinġemgħu l-omosesswali.", "Ovvjament, min imur hemmhekk mhux bilfors ikun omosesswali.", "Iżda l-post għalhekk hu magħruf u għalhekk imorru ħafna omosesswali fih.", "L-attakk ma kienx wieħed ġeneriku.", "Il-mira tal-attakkant ma kinetx waħda miftuħa u indiskriminanti.", "Kienet għal kollox preċiża.", "Post, ħin u mira preċiżi", "L-attakk vjolenti kien wieħed omofobiku.", "Kien attakk li speċifikament jidentifika l-omosesswali għall-qatla.", "Tabilħaqq, kien attakk ta' mibegħda, ta' ġenn, terroristiku, permessiv, bla sens, ikrah—sejjaħlu li trid—iżda FUQ KOLLOX wieħed omofobiku.", "Kienet il-mibegħda jew il-biżgħa mill-omosesswali li wasslet biex iseħħ.", "Mateen, il-qattiel, seta' kien Musulman, Kattoliku, Xintoista jew Indimonjat; ma jagħmilx differenza.", "Huwa kien jaf tajjeb li l-'Pulse' kien hemm l-omosesswali u mar apposta għalihom.", "Mateen seta' qal li kien alleat tal-ISIS, tal-Opus Dei, tac-CID jew tal-MUSEUM—ma tagħmilx differenza lanqas.", "Huwa kien qattiel tal-omosesswali.", "Kien jobgħodhom.", "Mar speċifikament għalihom.", "U qatel kemm seta' minnhom.", "Meteen ma kienx qattiel tan-nies b'mod ġeneriku.", "Ma kellux mibegħda soċjali ġenerika.", "Ma kellux konvinzjonijiet reliġjużi, politiċi jew fantastiċi ġeneriċi.", "Kienu lkoll speċifiċi ħafna, għall-anqas fit-twettiq ta' dan l-att.", "Kienu lkoll indirizzati lejn l-omosesswali.", "Hu dan li jikkwalifika dan l-att ta' vjolenza insensata l-ewwel u qabel kollox bħala att omofobiku.", "Dnub omofobiku", "Allura għala dan il-fatt tant ovvju ħafna ddardru li jistqarruh u saħansitra ħbewh?", "Qabel xejn, jidhirli jien, għax bosta jibqgħu ma jammettux il-vjolenza kontinwa, tista' tgħid ta' kuljum, li l-omosesswali jġarrbu mingħand għadd kbir ta' nies ... nies li huma ta' KULL fehma politika, stat soċjali, sess, reliġjon, qagħda ekonomika u l-bqija.", "Din mhijiex vjolenza ġenerika—indirizzata lejn l-umanità, lejn is-soċjetà jew lejn is-sess maskil jew femminil.", "Hija vjolenza—ta' kliem u għemil—indirizzata lejn l-omosesswali b'mod speċifiku, magħżul u diskriminat.", "Nistagħġeb kif ħafna dan jiċħduh.", "Kif jibqgħu ma jistgħux jammettu li din il-kategorija ta' nies huma vittmi ta' vjolenza kontinwa, spissa u kattiva.", "Ovvjament, il-qtil huwa dnub ta' gravità kbira (mortali), isir fuq min isir, inkluż l-omosesswali.", "Iżda daqstant ieħor jistgħu jkunu l-ħafna atti bil-kliem u bl-għemil li jsiru kontra l-omosesswali fuq bażi aktar komuni u djarja.", "L-omofobja huwa dnub serju ħafna b'konsegwenzi serji u devastanti.", "Dan ta' Orlando, qabel xejn, insejħulu b'ismu—dnub omofobiku—iżda l-istess għandna nagħmlu għal kull dnub ieħor li hu mmirat lejn kategorija ta' nies li nistħajlu li għandna fuqha xi superjorità morali jew ta' xi mod ieħor."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/06/nies-bla-bongu.html", "title": "Nies bla bonġu", "text": ["Filgħodu tiltaqa' ma' bosta nies li donnhom ma jafux jgħidu bonġu.", "Nitħassarhom.", "Il-jum hekk sabiħ bil-għaxqa tiegħu, ħafna drabi b'xemx glorjuża titbissem fuq rasna, u huma qishom ċappa dlam miexja.", "Wiċċhom donnu bixra ta' ruħhom.", "Mitlufin f'dinja għalihom.", "Maqtugħa mill-oħrajn.", "Bla ħila li jilqgħu s-sabiħ li ġej lejhom.", "Jinsġu n-nisġa tan-niket u l-hemm tagħhom.", "Mgħaffġa", "X'fiha billi ssellem lin-nies?", "Jew li tgħidilhom bonġu?", "Xejn.", "Imma għal bosta nies hija ħafna.", "Donnhom iridu jagħmlu sforz ta' tqanżiħ kbir jew joforqu ħitan sħaħ ta' għeluq u solitudni.", "Jgħaddu minn maġenbek qishom jeżistu weħedhom f'dinja li fiha lilhom biss u ħadd aktar.", "Nobsor li ħafna drabi huma nies li m'għandhom moħħ ħadd jew, agħar minn hekk, jibżgħu minn kulħadd.", "Tara lil xi wħud filgħodu kmieni qishom qamu bid-dinja tagħfas tqila fuq moħħhom u ruħhom.", "U x'aktarx hekk ikun tabilħaqq.", "Il-problemi tagħhom kiluhom.", "Qishom huma biss għandhom problemi.", "Żgur li mhux huma biss.", "Iżda huma minn dawk li l-problemi jarawhom akbar minnhom (u forsi jkabbruhom ukoll).", "Nażżarda ngħid li l-problemi mhumiex skuża biex ma tgħidx bonġu lin-nies jew biex ma ssellmilhomx.", "L-ewwel nett, għax jekk għandek il-problemi int, tixtieq li ħaddieħor ma jkollux bħalhom jew akbar minnhom.", "It-tieni, għax il-problemi m'għandek qatt tħallihom jgħarrqulek il-ġurnata jew sekonda waħda minnha.", "Bniedem m'għandux iħalli l-problemi jikkmandawh (bħalma m'għandu jħalli lil ħadd jikkmandah).", "Min jemmen f'Alla, imbagħad, dejjem għandu jiftakar—dejjem—li ma teżisti ebda problema akbar minn Alla.", "Għeluq", "Problemi għandu kulħadd.", "Imma mhux kulħadd ma jgħidx bonġu filgħodu.", "Wieħed jew waħda ma jgħidux bonġu għax m'għandhomx problemi.", "Jgħidu bonġu għax, minkejja l-problemi, jibdew il-jum b'wiċċhom għad-dawl biex jilqgħuh b'sidirhom.", "Ħsieb pożittiv—bħal biċċa bonġu—ma jsolvix problemi, bħalma ma jsolvix problemi ħsieb negattiv; imma jgħin.", "Anzi, jgħin bil-kbir.", "Oħrajn ma jgħidux bonġu għax distratti wisq.", "Qegħdin jaħsbu fil-fond qishom se jiktbu t-Tractatus Philosophicus!", "Jew mitlufin fil-mużika bil-fili f'widnejhom.", "Jew qed iżeggu bil-mobajl tagħhom.", "Insomma, qegħdin jinjoraw x'inhu għaddej madwarhom jew min.", "F'kelma waħda, ma jinpurtahom minn ħadd ħlief fihom infushom.", "Tagħhom f'tagħhom.", "Huma biss.", "Iżda jien ngħid li hemm ħin għal kollox.", "Hemm ħin għal ħaddieħor u hemm ħin għalik innifsek.", "Imma l-impressjoni tiegħi hi li bosta nies ma jafux jagħmlu d-differenza, jew jagħmluha meta m'għandhomx.", "Spiss dan isir biex ipaxxu l-istramberija tagħhom jew il-mistħija li għandhom min-nies.", "Fi kliem ieħor, sabiex jaħarbu minn dak li ma jafux jiffaċċjaw.", "Waqfu jiġġieldu d-difetti tagħhom.", "Waqfu jippruvaw itejbu lilhom infushom.", "Rigal", "Jien ma nara xejn tajjeb jew sabiħ f'min ma jafx jew nesa kif isellem jew jgħid bonġu lil ħaddieħor.", "Ħadd ma twieled Salamun; u kulħadd jeħtieġu jitgħallem.", "Forsi din hi waħda mit-tagħlimiet sbieħ li bniedem m'għandux jinjora fil-lezzjonijiet tiegħu.", "Kif jgħid bonġu.", "Kif isellem.", "Kif ikun ġeneruż bl-iżgħar affarijiet.", "Għax hi ħaġa tassew tassew żgħira, u fl-istess waqt ħaġa tassew tassew kbira, li n-nies isellmu lil xulxin.", "Allaħares ninsew nagħmlu wkoll dan.", "Qisna kottx imtaten.", "Għax inkunu ħallejna s-suq tal-konsum, tal-individwaliżmu u tal-edoniżmu jirbaħ lil ruħna.", "Ikun firidna minn xulxin biex lanqas NARAW lil xulxin aktar.", "Bonġu filgħodu hi rigal li għandna nkunu ġenerużi biżżejjed biex nagħtuh kulmeta nistgħu.", "Ma jiswielna xejn għajr li nirrikonoxxu lil ħaddieħor, nixtiequlhom il-ġid u nagħmlu d-dinja—u l-jum ġdid—isbaħ.", "Nies bla bonġu huma msejkna.", "U msejkna m'għandniex inkunu qatt."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/09/librerija-qatt-mitmuma.html", "title": "Librerija qatt mitmuma?", "text": ["Bieb il-belt Valletta, li tlesta aktar minn sena ilu, igawdih kulħadd, inkluż il-mijiet ta' turisti li jgħaddu minnu ta' kuljum.", "Id-disinn ta' Renzo Piano fih dehra, bla dubju, anki jekk xi wħud s'issa nsew il-miljuni li ntefqu minn flus il-poplu ħalli dan isir.", "Iżda hemm biċċa mill-proġett li baqa' ma tlestiex.", "Anzi, qatt ma nbeda.", "Din hi l-librerija tal-Parlament.", "Kif jgħidu, bogħod mill-għajn, bogħod mill-qalb.", "Dokumenti rari, uniċi u prezzjużi", "Il-librerija hija bogħod mill-għajn għax il-post fejn suppost li xi darba tiġi ma jidher minn inkien.", "Tidher biss il-mina ta' wieħed mit-truf tagħha, hemmhekk, fil-foss ta' Bieb il-Belt int u dieħel fuq il-lemin, minfejn qabel, sa l-1929, kienet taħdem il-ferrovija.", "Il-post intuża bħala xelter fl-aħħar gwerra.", "Minn dak iż-żmien lil hawn, il-mina baqgħet vojta, qisha ġerha li ma titfieqx.", "Fil-proġett ta' Piano, li tlesta bejn l-2011 u l-2015, il-librerija tal-Parlament kellha tiġi eżatt fejn illum naraw il-Parlament ta' Malta.", "Għalkemm il-Parlament infetah is-sena li għaddiet, il-librerija baqgħet ma saritx minkejja li l-pjanijiet tagħha ilhom żmien li ġew approvati mill-Grand Harbour Regeneration Corporation.", "Xahar u nofs ilu, sa l-iSpeaker tal-Kamra, Dr Anġlu Farrugia, gerger pubblikament għal dan in-nuqqas ikrah.", "Għall-biċċa l-kbira tagħna lkoll, li l-librerija tal-Parlament saflaħħar titlesta ma hi ta' importanza xejn u kważi kważi żejda.", "Iżda ma għandu jkun hekk xejn.", "Għax din il-librerija taħżen għexieren ta' tluf ta' dokumenti rari li l-biċċa l-kbira tagħhom huma uniċi u prezzjużi għall-istorja ta' pajjiżna.", "Irresponsabbiltà?", "Dawn id-dokumenti huma ta' erba' għamliet ewlenin: l-aġendi tal-Parlament sa mill-bidu tal-Gvern Responsabbli, id-dibattiti tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Poplu sa mill-1840 'l quddiem, id-dokumenti oriġinali kollha li tqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti u, uniċi u prezzjużi żgur, ir-reġistrazzjonijiet awdjo mad-dibatti tal-Parlament Malti mill-1970 sal-lum.", "Bħalissa dawn id-dokumenti jinsabu fil-bini bil-loġoġ ta' quddiem il-Parlament (fuq ix-xellug int u dieħel il-Belt).", "Li hu agħar, ħaġa kontra kull prattika arkivjali fid-dinja u kull bon sens, il-kmamar fejn jinsabu d-dokumenti jiġu eżatt fuq ir-restoranti li hemm fi Triq l-Ordinanza!", "Allaħaresqatt jiżviluppa xi nar jew jisplodi xi gass, għax f'radda ta' salib inkunu tlifna patrimonju ta' wirt politiku u kulturali inestimabbli.", "Jien jidhirli li hija irresponsabbiltà kbira min-naħa tal-gvern li jħalli dawn id-dokumenti, mhux biss għall-periklu ta' xi inċident ikrah, iżda wkoll għall-ħsara ta' ħażna mill-agħar kif inhuma miżmuma bħalissa f'kmamar daqs gallinar.", "Dmir dovut lill-poplu", "L-iskuża hi li mhemmx flus biex titlesti din il-librerija arkivjali.", "Jgħidu li qegħdin jistennew il-flus ġejjin mill-Unjoni Ewropea.", "Iżda dan kollu jidher li hu biss kastelli fl-arja.", "Għax mid-dehra flus minn Brussell għal dan ix-xogħol ma jidhirx li ġejjin, u l-gvern jibqa' ma jieħu ebda miżura sabiex ilesti l-librerija.", "Jien ma narax kif jinstabu flus għal kollox, anki għall-ħmerijiet u għal festivitajiet li jintemmu f'ħakka t'għajn, imbagħad għal ħaġa hekk ta' importanza u sinifikat għall-istorja u l-wirt nazzjonali ma jinstabux!", "Wara kollox, dan mhuwiex xi proġett li jonqos li jintefqu fuqu miljuni kbar ta' ewros, għax is-sodda diġà mifruxa.", "Jonqos biss rieda politika biex dak li nbeda, jitkompla u jiġi mitmum.", "Ġirja ta' malajr fuq l-Internet malajr turik li kull Parlament den ta' ismu fid-dinja ċivilizzata għandu l-librerija u l-arkivju tiegħu miżmuma bl-aqwa mod.", "Mhux hekk biss, imma x-xbihat juruk swali li jġibulek għajnejk wara widnejk.", "Mela għala aħna tant traskurati f'ħaġa bħal din?", "Inħoss li, flimkien mal-iSpeaker tal-Parlament, jien ukoll għandi nappella lill-gvern biex fil-Budget li jmiss jara li jalloka flus biżżejjed biex titlesta minnufih il-librerija u l-arkivju tal-Parlament.", "Dan hu dmir li hu dovut lill-poplu Malti u Għawdxi kollu."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/12/il-milied-li-jgiddeb.html", "title": "Il-Milied li jgiddeb", "text": ["Il-Milied hu l-ewwel u qabel kollox festa tal-insara.", "Iżda aktarx li huma l-insara l-ewwel li jgiddbuh.", "U hu jgiddeb lilhom.", "L-istituzzjoni ewlenija tal-insara f'Malta u Għawdex, dik li tirrappreżentahom u dik li lilha jirrappreżentaw, jiġifieri l-Knisja Kattolika, mhijiex bħall-Knisja Kattolika f'ħafna nħawi barra mill-gżejjer Maltin.", "Hawnhekk donnu għandna Knisja għalina.", "Kulħadd jarah dan.", "Iżda ftit li xejn jistqarruh.", "Il-Milied, jekk xejn, ifakkarna fil-fondoq kbir li hemm bejn il-waħda u l-oħra.", "Wieħed wara l-ieħor, dawk li jirrappreżentaw ir-ras tax-xirka afdata f'idejhom ma jagħmlu xejn li xejn biex ireġġgħu x-xirka lejn l-ideali l-kbar tagħha.", "U l-Milied ifakkarna f'dawk l-ideali.", "Bil-kontra, aktarx ibegħduha dejjem aktar u aktar.", "Il-Milied hu festa ta' faqar.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka sinjura.", "Il-Milied hu festa ta' umiltà.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka kburija.", "Il-Milied hu festa ta' ħniena.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka li taħfirx.", "Il-Milied hu festa ta' qima.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka li tqim lilha nnifisha.", "Il-Milied hu festa ta' qadi.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka li taqdi biss lilha nnifisha.", "Il-Milied hu festa ta' nies bla setgħa.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka ta' kontroll klerikali.", "Il-Milied hu festa ta' silenzju.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka kollha paroli.", "Il-Milied hu festa ta' kulħadd.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka settarja.", "Il-Milied hu festa ta' inklużjoni.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka li teskludi.", "Il-Milied hu festa ta' tolleranza.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka ġudikanti.", "Il-Milied hu festa ta' ugwaljanza.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka ta' sidien u mmexxija.", "Il-Milied hu festa rżina.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka ta' tbaħrit sajfi.", "Il-Milied hu festa ta' sempliċità.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka ta' ċerimonjaliżmu.", "Il-Milied hu festa ta' awtentiċità.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka ta' artifiċjalità.", "Il-Milied hu festa ta' għera.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka bombastika.", "Il-Milied hu festa ta' bla flus.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka ta' mammona.", "Il-Milied hu festa ta' ħelsien.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka li tkattar l-isfruttament.", "Il-Milied hu festa ta' naturalità.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka ta' pożi.", "Il-Milied hu festa ta' provokazzjoni.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka kompjaċenti.", "Il-Milied hu festa ta' ġustizzja.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka kompliċi.", "Il-Milied hu festa ta' djalogu.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka impożizzjonijiet.", "Il-Milied hu festa spiritwali.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka materjalista.", "Il-Milied hu festa altruwista.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka kapitalista.", "Il-Milied hu festa ta' fidwa.", "U x'għandna hawnhekk?", "Xirka li tilfet it-triq.", "Kemm hi sabiħa dix-xirka kif riedha Alla!", "Kemm xejn ma joqgħod ħdejha!", "Kemm xejn ma jħabbatha magħha!", "X'xirka mill-aktar perfetta!", "X'tama tnissel fil-qalb ta' kull mitluf!", "X'dar mill-aqwa tiftaħ għall-imwarrab!", "X'ħajt ta' kenn tgħolli għall-imġarrab!", "Xi ħbiberija tifrex għall-bnedmin!", "O Milied ħelu li tħammrilna wiċċna, o Milied tal-akbar safa, o Milied li tgiddibna, qawwi qlubna dgħajfa biex jitgħallmu jkunu bħalek; għallimhom iħobbu dak li tħobb int u jobogħdu dak li tobgħod int; semmgħalhom il-leħen sieket tiegħek, għax fejn hemm Kelmtek imqaddsa, it-triq ma tintilifx; fejn hemm in-Nifs qaddis tiegħek, il-ħajja ma titnikkitx; kif tibniha int, ix-xirka ma taħqarx.", "Agħtina, o Hu l-aktar kbir u l-aktar qawwi, il-qima perfetta tal-Milied!"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/12/l-intelletwali-tax-xellug.html", "title": "L-intelletwali tax-xellug", "text": ["Ix-xellug ma jagħmilx differenza bejn intellettwali u attivisti.", "Kull attivist hu intellettwali u kull intellettwali attivist.", "Fil-prattika llum issib ferq xi ftit jew wisq pronunzjat bejn it-tnejn.", "Issib dawk li jsejħu lilhom infushom intellettwali xellugin mingħajr ma għandhom kuntatt biżżejjed mal-bażi.", "Min-naħa l-oħra, issib attivisti xellugin li, għalkemm għandhom dan il-kuntatt, il-kunċetti intellettwali li bihom jaqraw u jinterpretaw ir-realtà huma nieqsa minn kategoriji tal-ħsieb xellugi u, bosta drabi, saħansitra difettużi.", "Involviment sħiħ", "In-nies li x-xellugin isejħu 'intellettwali' mhux bilfors ikunu biss minn dawk li għandhom gradi akkademiċi, jagħmlu r-riċerka, jiktbu l-kotba jew jitkellmu minn fuq il-podji.", "L-intellettwali xellugin huma dawk kollha li, bl-iskola jew mingħajrha, għandhom is-sengħa jinterpretaw ir-realtà storika ta' madwarhom mil-lat tal-magħkus, il-mirfus, l-imwarrab, il-misruq u ż-żarmat; mil-lat ta' dawk li ma jistgħux u ma jitħallewx ikunu sidien tal-mezzi tal-produzzjoni tal-identità, il-ferħ, il-ġejjieni, il-ħin tagħhom, ix-xogħol u l-ħajja tagħhom.", "Biex bniedem ikollu din is-sengħa jrid ikun involut mill-qrib mal-esperjenza konkreta ta' dawn in-nies 'żgħar' li semmejt (ta' identità imposta, ta' ferħ iddelineat u l-bqija).", "Bl-akkademja biss, jiġifieri bl-istudju u r-riċerka, jew aħjar, bil-moħħ biss, b'mod astratt, bniedem ma jasal qatt biex jibda mqar iħoss f'laħmu u f'ġildu dak li jħossu dawn iż-'żgħar' bla setgħa.", "Bniedem jista' jifhem perfettament x'inhu l-ġuħ, imma ma jistax ikun jaf x'inhu sakemm ikun bil-ġuħ mingħajr possibbiltà li jitrejjaq.", "L-aktar karatteristika bażika tal-intellettwali xellugi hija l-esperjenza konkreta u personali tal-oppressjoni.", "Iżda mhux weħidha.", "L-esperjenza biss ma tagħmlux intellettwali.", "Magħha jrid ikollha l-għodod mentali li bihom issir l-interpretazzjoni ta' dik l-esperjenza.", "Hija din li tagħti lill-individwu x-xejra xellugija tiegħu.", "Dawn l-għodod ikunu tali li għandhom is-sengħa jiflu l-fasla soċjali biex jiskopru fihom l-għeruq strutturali tal-oppressjoni.", "Tal-iskrivanija biss", "Ħafna jifhmu l-produzzjoni intellettwali bħala dak li jagħmlu individwi mixħutin għar-riċerkata u l-istudju.", "Dan mhuwiex il-produzzjoni intellettwali xellugi.", "Il-produzzjoni intellettwali xellugija ssir b'mod kollettiv.", "Mhijiex ħidma purament mentali, maqtugħa mill-esperjenza konkreta kollettiva.", "Għax-xellugi, il-produzzjoni intellettwali hija r-riżultat ta' riflessjoni ta' nies li jagħarfu u janalizzaw l-istrutturi ta' oppressjoni f'ħajjithom biex flimkien jiskopru d-dinamika tal-bidla.", "Għax-xellug, kull persuna, ta' skola jew le, litterata jew le, li tagħraf l-istrutturi li bihom ħajjitha u ħajjet ħaddieħor hija oppressa, u tagħraf fihom il-mekkaniżmu tal-bidla, hija intellettwali.", "Dan għax tintellettwalizza—jiġifieri, tikkunċettwalizza mentalment—ir-realtà materjali u storika.", "Għax-xellug, intellettwali 'tal-iskrivanija' biss mhuwiex intellettwali.", "Huwa travestiment jew, jekk trid, intellettwali lemini li jilagħba ta' xellugi.", "L-intellettwali xellugi mhuwiex sempliċiment dak li kapaċi jilmaħ u xi ftit jew wisq jartikola oqsma ta' inġustizzji madwaru.", "Lanqas ma huwa dak li sempliċiment kapaċi jitkellem fuq l-inġustizzji jew fuq l-ideali tal-ġustizzja.", "Bniedem bħal dan, possibbilment intelliġenti u bravu kemm trid, bosta drabi ssibu merfugħ mill-esperjenza konkreta ta' nies li jinsabu maqbudin fi strutturi oppressi; maqtugħ mill-bejta li fiha titnissel u titwieled il-bidla strutturali.", "Hu bniedem parti mill-problema u mhux mis-soluzzjoni.", "Bil-mod tiegħu, huwa kontributur għall-konservazzjoni u l-perpetwità tal-istrutturi oppressivi.", "Dan hu l-hemm ta' ħafna nies ta' rieda tajba u umanitaristi, inkluż il-biċċa l-kbira tan-nies tal-Knisja, li jgħidu li jħobbu lill-'fqar'.", "Intellettwali biss", "Bniedem intellettwali xellugi huwa attivament u personalment impenjat ma' oħrajn li huma strutturalment oppressi sabiex flimkien joħloqu minnhom infushom sidien ġodda tal-mezzi tal-produzzjoni tal-identità, il-ferħ, il-ġejjieni, il-ħin, ix-xogħol u l-ħajja tagħhom stess; sabiex joħolqu flimkien strutturi ġodda li fihom is-sidien tal-mezzi tal-produzzjoni jkunu huma stess, mhux ħaddieħor li jrid jisfruttahom.", "Għaldaqstant, l-esperjenza konkreta mhijiex xi żieda illustrattiva tal-ħidma intellettwali, iżda bil-kontra: il-ħidma intellettwali hija espressjoni tal-esperjenza storika u materjali konkreta.", "Bil-kontra tal-lemin (li jisħaq fuq id-diviżjoni tal-ħidmiet), ix-xellug għandu intellettwali biss.", "Kull persuna msieħba fl-impenn tal-bidla hija konxja tagħha nnifisha bħala ħlieqa fi ħdan klassi ta' nies li huma mkasbra minħabba strutturi oppressi u konxja tal-proċess tal-bidla li tħaddnu l-istess strutturi."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/11/zmien-l-assurdita.html", "title": "Żmien l-assurdità", "text": ["Għadha bil-kemm kemm intemmet il-festa assurda (Amerikanata) ta' Halloween, li ħafna Maltin saru jiċċelebraw mingħajr lanqas biss jafu x'għandha tfisser (\"Karnival tal-mejtin\", smajt waħda tgħid fuq tal-linja), meta waslet fuqna festa assurda oħra: l-orġja tal-konsum imsejjaħ \"Milied\".", "Kapitaliżmu u profitt", "Għalkemm għadu lanqas għadda nofs Novembru, diġà, mix-xahar li għadda, xi ħwienet bdew jarmaw għall-bejgħ ta' żmien il-Milied.", "Id-data tal-bidu tal-bejgħ ta' dan l-istaġun miġnun donnha, aktar ma mmorru, aktar dejjem timxi 'l quddiem.", "Qabel kienet fil-bidu ta' Diċembru, imbagħad resqet għal nofs Novembru, imbagħad għall-aħħar ta' Ottubru.", "Issa, għal nofs Ottubru.", "Żmien il-Milied sar orġja ta' konsum sfrenat li, m'għandniex xi ngħidu, m'għandu x'jaqsam xejn, xejn, xejn mal-Milied u t-tifsira li suppost għandu.", "Dan tal-aħħar—li l-Milied inferaq mit-tifsira proprja tiegħu—ma jistagħġibni xejn, għax il-kapitaliżmu jirrovina kull ħaġa li jmiss miegħu.", "Il-kapitaliżmu u l-valuri neo-liberali tiegħu alla wieħed biss għandu: il-profitt.", "F'kelma waħda, żmien il-Milied sar, b'mod eċċezzjonali aktar minn kull żmien ieħor tas-sena, żmien li fih tobrox u tisloħ kemm jista' jkun lil ħaddieħor, u tipprova teħodlu flus mill-but kemm tista'.", "Żmien il-Milied hu żmien is-serq pulit, l-indulġenza tal-ħniżrija, is-sodisfazzjon tar-regħba.", "Inġurja u insolenza", "Xi wħud, imsieken, jibqgħu jipprovaw jitkellmu dwar il-Milied bħala xi ħaġa nisranija.", "Mingħalihom li, bi kliemhom u għemilhom, qegħdin jaslu xi mkien.", "Bħallikieku jistgħu jieqfu lis-setgħa tal-kapitaliżmu bl-insidja, il-vizzji u l-qerq tiegħu.", "Ma jistgħux.", "Il-leħen tagħhom, ukoll f'Malta u Għawdex, anki meta jieħu għamla xi ftit jew wisq reliġjuża, hu biss ħanqa ta' ħmar f'deżert.", "Il-Milied nisrani hu mitluf.", "Intilef għas-suq u għall-ġenn tan-nies li jridu jonfqu u jonfqu u jonfqu, imqar jekk m'għandhomx minfejn.", "Il-Milied u żmienu, minn ġimgħat qabel u għal ġimgħat wara, sar okkażjoni fantastika ta' ikel esaġerat, xorb bla qies u ħala bla tarf.", "Festa tal-konsum, l-edoniżmu u l-isfruttament.", "F'dan iż-żmien, imbagħad, taparsi jsiru xi atti ta' karità biex xi ħadd iserraħ il-kunjenza li, anki waqt id-dnub, jista' tiddaħħal ftit grazzja.", "Dan ma jagħmel xejn ħlief iżid insult mal-inġurja.", "Mhux biss il-Milied sar festa ta' assurdità sħiħa, iżda, minn fuq, ninqdew bih ħalli nidħku bina nfusna u b'ħaddieħor (mingħalina).", "Nies assurdi", "Dan iż-żmien tal-Milied li wasal fuqna u li bil-mod il-mod jaħkem lil kulħadd, ikompli jisħaq kemm il-biċċa l-kbira minna, minn rajna, għax irridu, għax għażilna hekk, ġejna mibjugħa lill-kapitaliżmu bil-valuri assurdi tiegħu.", "Sirna assurdi daqsu.", "Biex iżid ma' dan, bih ipprofanajna kull ħaġa sabiħa, għażiża u qaddisa li seta' kellna.", "Ġibna kollha kummerċ.", "Kollox bi prezz li jista' jinbigħ jew jinxtara.", "Dan kollu hu assurd.", "Ma jagħmilx sens ħlief f'termini ta' kummerċ, profitt u regħba.", "U l-biċċa l-kbira tagħna—forsi jien l-ewwel wieħed—kompliċi tiegħu.", "Mhux għax il-Milied għandu għalfejn jiġi ċċelebrat b'xi mod estrovert u spettakulari, imma aktar għax, minn fuq, ninqdew bih biex inweġġgħu lilna nfusna u lil ħaddieħor.", "Għax dan iż-żmien Miliedi assurd hu dan li jagħmel: iweġġa'.", "Iweġġa' l-ispirtu kbir tal-bniedem li jrid jibqa' jemmen li d-dinja tista' tkun post fejn ħadd ma jinqeda b'ħadd u fejn kulħadd jirrispetta lil kulħadd.", "Imma l-konsum u l-ħala, l-orġji bla sens ta' ikel u xorb bla qies, la fihom rispett u wisq anqas imħabba lejn xi ħadd.", "Żmien l-assurdità hu biss għal nies assurdi.", "Amen."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/12/elsien-u-jeddijiet.html", "title": "Ħelsien u Jeddijiet", "text": ["Il-bniedem li jitteħdulu l-jeddijiet tiegħu, jitteħidlu wkoll il-ħelsien.", "Bniedem bla jeddijiet hu bniedem bla ħelsien.", "Jista' pajjiżu jkun ħieles; hu ma jkunx.", "Il-bniedem mingħajr ħelsien hu wieħed misruq, imċekken u umiljat.", "Illum, meta s-suq ħieles jiġi paxxut saħansitra minn gvernijiet tax-xellug, inkluż soċjalisti, il-bniedem jitteħidlu l-ħelsien għax il-jeddijiet tiegħu mnaqqrin.", "Suq ħieles akbar ifisser biss ħelsien anqas għal kulħadd.", "Suq ħalliel", "Il-ħelsien hu l-jedd li tagħżel.", "Meta bniedem hu ħieles, jagħżel x'irid ikun, kif jgħaddi ħajtu, x'għamla jagħtiha, x'xogħol jagħmel, kif iqatta' ħinu, kif għandu jkun il-ferħ tiegħu, u l-bqija.", "Bniedem bħal dan ma jiġix imġiegħel jagħmel għażliet li ma jridx jew jagħżel affarijiet li ma jħobbx.", "Bniedem ħieles hu wieħed awtonomu fl-għażliet tiegħu.", "Is-suq ħieles, imrewwaħ mill-filosofija neoliberali, ma jħalli lil ħadd awtonomu.", "Irid jiddetta—u fil-fatt hekk jagħmel—lil kulħadd kif jgħix ħajtu, kif iqatta' ħinu, x'għandu jkun ix-xogħol tiegħu, u l-bqija.", "Is-suq ħieles taparsi jħobb il-ħelsien.", "Iħobbu biss għalih innifsu.", "Mill-bqija, irid lil kulħadd skjav tiegħu; jagħmel dak li jgħid u jiddetta hu.", "Aħna, li ngħixu f'soċjetà relattivament żviluppata, ninsabu mġiegħla nagħmlu għażliet li ma rriduhomx.", "Is-suq ħieles jitfagħna dejjem f'rokna biex nagħmlu dak li jrid hu skont il-kilbiet tiegħu.", "Lanqas meta naħsbu li qed nagħmlu għażliet ħielsa, fil-fatt ma nkunu ħielsa fl-għażliet tagħna.", "L-indottrinazzjoni tas-suq ħieles jara li nimxu biss fejn tgħidilna hi.", "Il-jedd tad-definizzjoni", "Il-ħelsien personali u individwali li s-suq ħieles jisirqilna jitnaqqsilna minħabba li l-jeddijiet tagħna, ta' bnedmin bid-dinjità tagħna, jitnaqqulna.", "Ngħidu aħna, il-jedd li naħdmu f'impjieg li jixirqilna jew li jogħġobna, li naħdmu kemm irridu aħna, li norganizzaw ħajjitna kif jidhrilna l-aħjar ...; li nkun, fi ftit kliem, sidien tagħna nfusna u tal-ġejjieni tagħna.", "Imma sidien m'aħniex.", "Aħna mġiegħla nobdu d-dettami tas-suq ħieles.", "Dan ma jirrispetta lil ħadd, allavolja jkunu qegħdin iservuh u jaqduh mill-koxxa.", "Jirrispetta biss lilu nnifsu u l-liġi waħdanija tiegħu hi dik tal-kilba għall-flus.", "Għall-flus, is-suq ħieles jagħmel kollox, jgħaddi fuq kulmin irid, joqtol u jgħajjex lil min irid.", "L-aktar jedd għażiż li jeħdilna s-suq ħieles hu l-jedd li niddefinixxu lilna nfusna kif jidhrilna l-aħjar.", "Imma s-suq ħieles iżomm għalih dan id-dritt.", "Anzi, seraq għalih innifsu dan id-dritt.", "Huwa hu li jgħid aħna, kull wieħed u waħda minna, x'definizzjoni għandna nagħtu lilna nfusna.", "Jikkmandana wkoll f'din l-aktar ħaġa fundamentali tal-personalità tagħna.", "Skjavi kuntenti", "Aħna nagħidu li aħna nies ħielsa, li aħna poplu ħieles.", "Tabilħaqq, ingawdu oqsma ta' ħelsien aktar minn ħafna popli u nies oħra.", "Imma b'daqshekk ma jfissirx li m'għandniex oqsma oħrajn ta' ħelsien li ġew misruqa minna.", "Dawn huma oqsma li popli u nies oħra li jistgħu ma jgawdux l-istess ħelsien politiku u ċivili daqsna kapaċi għadhom iħaddnu u jgawdu.", "Aħna, li s-suq ħieles invada kull parti ta' ħajjitna u tal-personalità tagħna, jiġifieri nvada u seraq sa l-ħsieb tagħna u l-għamla ta' ħsiebna, ninsabu miżmuma fil-jasar tiegħu.", "Jeddijietna—jiġifieri dawk li jiggarantixxu l-possibbiltà tagħna ta' għażla f'ħafna oqsma bażiċi tal-personalità tagħna—itteħdulna.", "Is-suq ħieles seraqhomna biex jimmanipulahom kif irid hu.", "X'inhu jiġri?", "Qed jiġri li, aktar ma nsiru parti minn dan is-suq ħieles bin-neoliberaliżmu tiegħu, aktar jinsterqulna jeddijiet u anqas ninsabu ħielsa.", "Fi kliem ieħor, aktar ma nsiru 'ċivilizzati', anqas aħna.", "Għalkemm hu preferibbli li tkun skjav kuntent milli skjav imdejjaq, l-aħjar hu li ma tkun skjav xejn."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/11/ikber-ftit.html", "title": "Ikber ftit!", "text": ["Ġieli tisma' lil min jgħid lil ħaddieħor (nittama mhux lilek): \"Ikber ftit!", "Qisek tifel żgħir!\" jew \"Qisek tifla żgħira!\"", "Xi jkunu jridu jgħidu biha din il-kelma?", "Minkejja li ssib lil min jgħid kelma bħala din sempliċiment biex jitkessaħ, meta ssir b'mod sinċier fiha x'tomgħod.", "Jekk xi darba xi ħadd qalha lilek, tibża' xejn.", "Għax kulħadd għandu xi ftit x'jikber, hu min hu.", "Kulħadd jeħtieġlu jikber", "Il-kelma 'immaturità' mhux dejjem tesprimi sewwa l-ħtieġa li xi ħadd jeħtieġlu jikber xi ftit.", "Immaturità aktar donnha trid turi li wieħed jew waħda baqgħu defiċjenti f'moħħhom (mentalment) jew f'qalbhom (affettivament).", "L-immaturità, meta hi ħaġa kronaka, ftit tista' titjieb b'sempliċi għemil tar-rieda.", "Hi bħal difett li tista' biss tgħattih, imma ma tistax tneħħih.", "Meta ngħidu li bniedem jeħtieġlu jikber ftit ma nkunux qed ngħidu, eżattament, li hu bniedem immatur.", "Ma nkunux qed infissru li għandu bħal difett mentali jew affettiv li ma jistax jirbħu.", "Bil-maqlub.", "Il-fatt li nistednuh jikber ftit juri biċ-ċar li naraw fih il-possibbiltà ta' titjib.", "Dan biss juri li l-bniedem mhuwiex imċappas bl-immaturità għal għomru.", "Il-bniedem li jilqa' l-istedina jew l-isfida biex jikber ftit għandu l-ħila jieħu deċiżjoni tar-rieda biex jagħmel xi ħaġa dwar l-għelt tiegħu.", "Kif diġà għedt, kulħadd jeħtieġlu jikber ftit ieħor, jew ukoll ħafna, milli hu.", "Fil-fatt, f'dan is-sens, kif se ngħid, il-ħtieġa li nikbru—inkluż jien—hi dejjem preżenti u dejjem meħtieġa.", "Dak li naħsbu li aħna", "Xi jfisser tikber ftit, jew tikber ftit ieħor?", "Hemm żewġ affarijiet li jżommuna milli jkollna l-kobor li jixirqilna.", "Waħda għandha x'taqsam ma' dak li naħsbu dwarna nfusna.", "L-oħra hi dwar dak li rridu nkunu.", "Ħa nfissirhom waħda waħda fil-qosor.", "L-ewwel waħda hi dwar l-impressjoni li jkollna tagħna nfusna.", "Kulħadd għandu impressjoni tiegħu nnifsu, u ħadd ma jista' jevita ħaġa bħal din.", "Imma xi kultant, dak li naħsbu li aħna jkun jew iċken milli fil-fatt aħna jew akbar.", "Hawn min iċekken lilu nnifsu b'tali mod li qisu dejjem f'qoxortu, u hawn min ikabbar lil nnifsu qisu dejjem xi gran alla jew xi professur tal-beżqa.", "La l-waħda u lanqas l-oħra ma jixirqu lil dak li jkun, għax it-tnejn ikunu gidba; it-tnejn irrealistiċi.", "Ma jgħodd xejn x'taħseb li int. L-impressjoni tiegħek innifsek, meta ma taqbilx mar-realtà, tgħodd biss biex turi li personalment għadek trid tikber.", "Xi ftit jew wisq, kulħadd ikollu xi impressjoni falza tiegħu nnifsu.", "Jew aħjar, hu rari ħafna li ssib 'il min għandu impressjoni eżatta tiegħu nnifsu.", "Dak li rridu nkunu", "It-tieni ħaġa hi dwar dak li rridu nkunu, jiġifieri dak li nafu li ma lħaqniex imma li rridu nilħqu.", "Xi wħud jagħmlu ħajjithom kollha jipprovaw jilħqu dak li ma jistgħux, u dan possibbilment fuq kull livell ta' ħajjithom u tal-personalità tagħhom.", "Dak li trid hu dejjem fil-ġejjieni.", "Hu l-preżent li jgħodd.", "Kulħadd għandu ambizzjonijiet mhux mitmuma.", "Iżda mhux ta' kulħadd ikunu irrealistiċi, bombastiċi jew impossibbli.", "Hu tajjeb li jkollok l-ambizzjonijiet ... iżda bil-qies.", "Bniedem li ma jgħixx fil-preżent, la għandu imgħoddi u lanqas ġejjieni.", "Jgħix f'realtà fantastika li la tixraqlu u lanqas tkabbru.", "Fi ftit kliem, 'ikber ftit' tfisser: tippretendix li int dak li m'intix jew li ma tista' qatt tkun.", "Aċċetta min int kif int. Fi kliem ieħor: aċċetta l-limitazzjonijiet tiegħek.", "Hija l-isbaħ ħaġa fid-dinja li tkun u taċċetta lilek innifsek kif int."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/12/il-valuri-ta-bniedem.html", "title": "Il-valuri ta' bniedem", "text": ["Illum bniedem ma jiġix irrispettat għal xi stat ta' ħajja li jista' jkollu jew għal xi uffiċċju, għoli kemm hu għoli, li jżomm.", "Lanqas ma jiġi rrispettat għal xi valuri li jħaddan.", "Wisq anqas jiġi rrispettat għal xi kliem li jgħid.", "Jiġi rrispettat biss għall-valuri li jgħix.", "Għalkemm mhux dejjem kien hekk, jidhirli li din hi ħaġa bil-wisq xierqa.", "Rispett mistħoqq", "Kulħadd jaf iparla.", "Kulħadd jista' jilħaq f'xi uffiċċju jew ieħor ta' importanza.", "Kulħadd jista' jkollu xi konvinzjoni ta' ġieħ.", "Iżda l-paroli ma jagħmilx nies.", "Lanqas l-uffiċċji għolja.", "Lanqas il-fehmiet, sbieħ kemm huma sbieħ.", "L-aktar elokwenti huma l-għemejjel.", "Dawn biss juru l-bniedem x'inhu.", "Mill-fatti tiġġudika bniedem.", "Qabel, qisu sas-snin sebgħin, bejn wieħed u l-ieħor, fil-gżejjer Maltin kellna l-użanza li l-istat ta' ħajja ta' bniedem, l-uffiċċju li seta' kellu jew il-pożizzjoni li jżomm fis-soċjetà, kienu jiġbdu r-rispett ta' ħaddieħor.", "Dawn kienu biżżejjed.", "Iżda m'għadhomx.", "Illum dawn l-affarijiet jitqiesu paraventu ta' ftit valur.", "Din il-bidla kbira aktarx bdiet, għall-anqas fil-kontinent Ewropew, fl-Ewwel Gwerra Dinjija, meta l-awtoritajiet tal-istati wrew li kienu nies mhux ta' min jafdahom.", "Bejn wieħed u l-ieħor fl-istess żmien, inħoloq sentiment qawwi anti-klerikali li kixef l-elf miljun għelt tal-kleru u t-tnawwir tiegħu.", "Minn hawn beda proċess li wieżen mill-ġdid għala bniedem ikun jistħoqqlu li jinżamm fir-rispett.", "Dandin fieragħ", "Illum jgħodd dak li bniedem jipprattika, u hekk hu xieraq.", "Huwa għemilu li jiġbed ir-rispett.", "Għemilu biss jitqies bħala l-espressjoni vera tal-valuri tiegħu.", "Mill-bqija, bil-paroli biss, bl-onorifiċenzi biss, bit-titli politiċi jew akkademiċi biss, mhemmx biżżejjed sustanza biex bniedem tirrispettah.", "Għax il-bniedem mhux minn dak li jgħid tista' tiġġudikah, jew għax hu mlaħħaq, jew għax jinżamm fuq wiċċ l-idejn min-nies tas-setgħa.", "Le.", "Tista' tiġġudika tabilħaqq dak li hu, xi stoffa hu magħmul minnha, x'sinsla ta' dahar għandu, minn dak li jagħmel fil-prattika.", "Il-bniedem għandu ħafna modi kif taparsi juri dak li mhuwiex.", "Daqqa jiddandan bil-flus, daqqa bis-setgħa, daqqa bil-paroli, daqqa bit-titli wara jew qabel ismu, daqqa bil-ġlekk ...", "Imma n-nies illum m'għadhiex belha.", "In-nies illum jafu li, bid-dandin tiegħu kollu, bniedem juri x'kwalità għandu meta hu lest li jipprattika dak li jgħid.", "Jekk il-fatti konkreti juru li hu bniedem ta' fehmiet sħaħ u ta' kliem sod, allura, iva, jinżamm fir-rispett.", "Jekk le, jitqies talli hu: biċċa pulċinell li ma jiswiex ħabba.", "Valuri mgħajxa", "Ir-rexti ta' bniedem ma jagħmlux quqija rġulija.", "Mara ma turix x'inhi jekk mhux b'għemilha.", "L-għemil ma jigdibx.", "Jista' jkun hemm għemil li jipprova jqarraq; li juri ħaġa b'oħra.", "Iżda għal min iħares mill-qrib dan il-qerq ma jorbotx.", "Illum jew għada, bniedem jinkixef jekk għemilu huwiex ġej mill-qalb jew le.", "Illum xi wħud jgħidu li m'għadx fadal wisq rispett lejn l-awtorità.", "Dan għax l-awtorità weħidha ma tagħmilx nies.", "Kemm-il darba l-awtorità ġiet abbużata biex taħbi s-sura vera ta' min iħaddanha daqskemm biex tinqeda b'ħaddieħor u tagħmel il-ħsara.", "Le, l-awtorità weħidha ma jistħoqqilhiex rispett uman.", "Ir-rispett jistħoqq biss lil min bil-fatti juri li hu raġel jew mara.", "Huma l-fatti li jgħoddu għall-kisba tar-rispett.", "Urini x'tagħmel u ngħidlek min int. Paroli mingħajr fatti, awtorità mingħajr fatti, titli mingħajr fatti, uffiċċji mingħajr fatti, ma jgħoddu xejn.", "Kulħadd jista' jkollu minnhom dawn.", "Imma l-għemejjel tal-prattika le.", "Il-bniedem minn hawn juri kemm ħsiebu u kliemu huma xierqa, sħaħ u ta' ġieħ.", "Huma l-valuri mgħajxa biss li jistħoqqilhom rispett."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/11/il-ktieb-abib-ta-veru.html", "title": "Il-ktieb ħabib ta' veru", "text": ["Din il-ġimgħa ħu ħsieb li żżur il-Festival tal-Ktieb fiċ-Ċentru tal-Mediterran, il-Belt.", "Ħajjar lil ħbiebek u 'l uliedek għaliha, għax kulmin iħobb il-ktieb, iħobb ukoll il-maturità tal-bniedem u l-ħelsien ta' ruħu.", "Min ma jaqrax hu magħluq — f'moħħu, f'qalbu u f'ħajtu.", "Letteratura", "Ġimgħatejn ilu, id-dinja letterarja baqgħet imdarrsa meta l-Premju Nobel tal-Letteratura ta' din is-sena ngħata lill-kantant Amerikan Bob Dylan.", "Għal min hu midħla ta' dan il-kantant, magħruf l-aktar fis-sittinijiet u s-sebgħinijiet tas-seklu l-ieħor, jaf li Dylan hu kantant u, jekk trid, poeta ta' ħila konsiderevoli.", "Iżda letteratura, fis-sens ordinarjament mifhuma din il-kelma, ma ħoloq xejn.", "Meta nitkellmu fuq letteratura aktarx ikollna f'moħħna ġeneru ta' kitba speċifiku u eżatt.", "Il-letteratura tirreferi għal xogħolijiet ta' proża li għandhom siwi artistiku għoli jekk mhux ukoll dejjiemi.", "Il-letteratura fiha nnifisha tħaddan għadd ta' oqsma iżgħar, bħall-kitba għat-teatru, ngħidu aħna.", "Iżda bħala ġeneru hi differenti għal kollox mill-ħolqien tal-poeżiji, l-għanjiet, l-għana u kitbiet oħra ta' din ix-xeħta.", "Bob Dylan jista' jistħoqqlu, flimkien ma' ħafna u ħafna oħrajn, kull tifħir bħala kantant u, jekk trid, bħala poeta.", "Iżda mhux bħala kittieb tal-letteratura.", "L-Akkademja Żvediża tal-Premji Nobel din id-darba żelqet fin-niexef.", "Din ma kinetx l-ewwel darba li ġralha hekk, u mhux fil-qasam tal-Letteratura biss.", "Esperjenza", "Il-Festival tal-Ktieb hi festa għal kull tip ta' kitba, kemm ta' poeżija kif ukoll ta' proża.", "Hi ċelebrazzjoni tal-ktieb, hu ta' liema sura hu, hu ta' liema qies hu, hu ta' liema ħolqien u tnebbiħ artistiku hu.", "Imbasta ktieb.", "F'dawn l-aħħar snin, dan il-Festival (li qabel kien jissejjaħ Fiera) kiber mhux ħażin.", "Biss biss, illum, bil-ħidma iebsa tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, reġgħu bdew jieħdu sehem kittieba u aġenziji tal-kotba barranin.", "Aktar ma l-Festival ikollu rappreżentanza minn pajjiżi differenti tad-dinja, aktar jikbru l-kwalità u s-sinifikat tiegħu.", "Il-Festival ukoll sar attività ta' dinamiżmu, moviment u interazzjoni.", "Ma baqax biss wirja tal-kotba, qisu xi suq igglorifikat.", "Sar attività ta' attivitajiet.", "Dan hu s-sabiħ tiegħu.", "Kuljum, filgħodu u filgħaxija, għal erbat ijiem sħaħ, wieħed isib xi ħaġa li qed tiġri, xi interess li qed jiġi ċċelebrat, xi laqgħa wiċċ imb'wiċċ li qed tiġi proposta.", "Il-Festival sar esperjenza.", "Ħolqien", "Il-Festival tal-Ktieb jibda nhar l-Erbgħa, 9 ta' Novembru, u jintemm il-Ħadd ta' wara, it-13 tax-xahar.", "Il-programm sħiħ tiegħu qed jitferrex mal-gazzetti ewlenin, u tista' ssibu wkoll fuq l-Internet (www.ktieb.org.mt).", "L-importanti hu dan: li l-poplu tagħna jaqra u jaqra dejjem aktar; li t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna, flimkien mal-adulti, jaqraw.", "Għażla għandhom kemm trid.", "Int, jekk għandek ulied, jekk għandek in-neputijiet, ħabbibhom mal-kotba.", "Din hi waħda mill-isbaħ tagħlimiet li tista' tagħtihom.", "Il-ktieb jiftħilhom moħħhom, iqanqlilhom il-ħsieb, ilaqqagħhom mad-dinja u jagħti lil ruħhom il-ġwienaħ.", "Poplu li ma jaqrax hu poplu magħluq, ikrah u perikoluż.", "Hu poplu injorant; poplu fqir; poplu miftuħ għall-abbuż.", "Poplu li jaqra hu poplu li ħatt il-fruntieri li jifirdu l-bnedmin biż-żmien u l-ispazju, li bena l-pontijiet tal-ħsieb, il-ħbiberija u l-fehma bejn il-ġnus, u nqabad fil-ġmiel tal-ħolqien li l-Kelma biss tista' tnissel u twelled.", "Għalhekk, tħallix din l-opportunità sabiħa taħrablek.", "Dan l-appuntament ta' darba f'sena hu għalik daqskemm hu għal kulħadd ieħor.", "Fil-Festival hemm dinja tistenniek.", "Mur iltaqa' magħha!", "Jien se nkun hemmhekk ukoll."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/11/l-eccentrici-tad-dinja.html", "title": "L-eċċentriċi tad-dinja", "text": ["Teknikament, meta ħaġa tissejjaħ 'eċċentika' jkun ifisser li l-fus tagħha ma jkunx eżatt fin-nofs kif aktarx għandu jkun.", "Soċjalment, insejħu 'eċċentriku' bniedem li, għal xi raġuni jew oħra, huwa kemxejn stramb jew li għandu aġir, drawwiet jew personalità xi ftit jew wisq kurjuż.", "Għal bniedem hekk, bil-Malti għandna espressjoni li hi ftit aktar kulurita; ngħidu fuqu li għandu Alla għalih!", "Ħobbu jew obogħdu", "L-eċċentriċi huma l-aktar nies interessanti tad-dinja.", "Ma jagħmlux l-affarijiet kif jagħmilhom ħaddieħor.", "Huma qishom nies li qed jgħixu f'realtà tagħhom.", "Donnu ħsiebhom ma jinħakimx kif ġieb u laħaq mid-drawwiet ta' madwarhom.", "Jagħmlu l-affarijiet kif jagħtihom moħħhom, ħafna drabi mingħajr konsistenza u bla ma tista' tieħu kopja tagħhom.", "Bosta drabi ssib li l-eċċentriċi huma nies ta' weħidhom.", "Għalkemm għandhom il-ħbieb, mhux il-ħbieb jagħżlu lilhom imma huma jagħżlu l-ħbieb.", "U dan aktar ma jagħmluhx milli jagħmluh.", "Il-ħbieb tagħhom huma magħżula ferm, u aktar dawn jintagħżlu mhux għal xi vantaġġ li jista' jinkiseb fil-preżent jew fil-ġejjieni, imma biss għas-sbuħija tal-kumpanija tagħhom.", "L-eċċentriku la huwa egoist, la rasu iebsa, la mhedi bih innifsu u lanqas ma jkun irid li dejjem tgħaddi tiegħu.", "Huwa aktarx bniedem li jaħsibha sew, jagħżel dak li l-aktar jappellalu, u ma jagħtix wisq siwi 'l dak li jgħid ħaddieħor fuqu.", "Lanqas ma jfittex li 'jbigħ' lilu nnifsu jew jogħġob lil ħaddieħor.", "Ħaddieħor irid jew iħobbu jew jobogħdu.", "Biċċa tiegħu.", "Iżda l-eċċentriku, fil-fatt, la jinportah minn waħda u lanqas mill-oħra.", "Ebda approvazzjoni", "Hawn soċjetajiet fejn lill-eċċentriċi japprezzawhom aktar minn oħrajn, u saħansitra jinkoraġġixxu l-eċċentriċità.", "Is-soċjetajiet Britanniċi, ngħidu aħna, jidhirli li huma xi wħud minnhom.", "Bil-kontra, hawn soċjetajiet li l-eċċentriċi jqisuhom bħala speċi ta' nies nofshom imġienen.", "Aktarx fost dawn issib is-soċjetajiet Maltin.", "M'għandniex xi ngħidu, għall-eċċentriċi nfushom dan ma jagħmilx wisq differenza.", "Filwaqt li l-imġienen (li huma prattikament dejjem eċċentriċi) ibatu bil-kundizzjoni eċċentrika tagħhom, l-eċċentriċi li mhumiex imġienen mhux talli ma jbatux iżda huma kuntentissmi fl-eċċentriċità tagħhom.", "Ċerti psikologi jsostnu li l-eċċentriċi għandhom tendenza anqas li jiġġennu mentalment minn nies li mhumiex eċċentriċi.", "Dan hu kważi ovvju.", "Għax filwaqt li dawk li mhumiex eċċentriċi jħallu d-drawwiet tas-soċjetà ta' madwarhom tagħfas fuqhom u tinfluwenzahom, l-eċċentriċi dan ma jagħmluhx.", "Għal dawn, is-soċjetà tista' tmur tixxejjer.", "Fuq kollox, ma jqisu xejn l-approvazzjoni jew id-diżapprovazzjoni tagħha.", "Tagħmel li trid.", "Personalità sabiħa", "Aktarx l-akbar kwalità pronunzjata tal-eċċentriċi hija l-imprevidibbiltà tagħhom.", "Bil-Malti ngħidu: ma teħdilhom kopja.", "L-istess ħaġa ma jagħmluhx l-istess il-bieraħ, illum u għada.", "Il-bieraħ mod, illum mod ieħor u għada mod ieħor.", "Jagħmlu kif jgħidilhom moħħhom f'dak il-mument.", "Jista' jkun li hu għalhekk li soċjetajiet magħluqa jew konservattivi jaraw l-eċċentriċi bħala theddida għalihom.", "Għax ma jagħrfux kif se jġibu ruħhom jew kif għanhom jittrattaw magħhom b'mod xieraq.", "Bosta eċċentriċi ssibhom kreattivi, idealisti, kurjużi, spiss ossessjonati b'li jħobbu jagħmlu, konxji li huma differenti, intelliġenti, jgħidu li jħossu, kuntenti li jkunu f'minoranza, għandhom spiss sens ta' umur kattiv, mhux miżżewġa (min iridhom?) u jsibu diffikultà jobdu u jikkmandaw.", "Dawn huma xi wħud mill-kwalitajiet li l-psikologi jsibu l-aktar fl-eċċentriċi.", "Jista' jkun li l-akbar sbuħija fl-eċċentriċità hija s-saħħa mentali li spiss issib f'min għandu din il-personalità.", "Għalkemm tista' ddejqu, ħaddieħor irid japprezzaha u jaċċettaha kif inhi.", "Wara kollox, aktar hu minnu li l-fus ma jkunx eżatt fin-nofs kif aktarx għandu jkun.", "_______________________", "Xbieha: Pittura ta' Danny O'Connor (2012)."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/10/l-amerika-sal-barkun.html", "title": "L-Amerika sal-barkun", "text": ["Ninsabu fl-aħħar jiem jaħarqu tal-kampanja twila Amerikana għall-elezzjoni tal-45 President tal-Istati Uniti tal-Amerika.", "Ftit aktar minn ħmistax oħra, il-biċċa l-kbira tal-elettorat Amerikan irid jagħżel bejn ir-Repubblikan Donald Trump u d-Demokratika Hillary Clinton min minnhom se jkun fid-Dar il-Bajda mill-20 ta' Jannar tal-2017 għall-erba' snin ta' wara.", "Ħdura u mibegħda", "Min segwa din il-kampanja matul ix-xhur, kif ukoll kampanji simili fi snin imgħoddija, jista' jgħid kemm kienet atroċi u qalila.", "Qatt qabel ma kien hemm tant ħdura bejn il-kandidati, qatt tant baxxezza, qatt tant tgħajjir pastaż, qatt tant akkużi malafamanti.", "Din kienet l-agħar kampanja elettorali Amerikani ta' kull żmien.", "Il-ħdura ta' bejn il-kandidati nfirxet sa fl-elettorat ukoll u sa nbidlet f'mibegħda.", "Iż-żewġ kampijiet m'humiex mifruda biss fuq prinċipji u proposti politiċi, imma aktar u aktar fuq il-personalitajiet involuti, jiġifieri Trump u Clinton.", "U l-agħar, issa li għad fadal ftit jiem oħra biss, jidher li għadu m'għaddiex.", "Id-doża qed iżżid.", "Minkejja li l-kandidati għandhom viżjoni differenti għal kollox fuq x'inhi tajjeb għall-Istati Uniti fl-erba' snin li ġejjin, u setgħu jitkellmu dwar dawn meta u kif riedu, madanakollu t-tnejn niżlu fil-baxx u spiċċaw f'kompetizzjoni ta' tgħajjir, akkużi u baxxezzi mill-aktar degradanti.", "It-tnejn iridu jkabbru lill-Amerika, iżda t-tnejn spiċċaw ibaxxuha u jagħtuha isem mill-agħar.", "M'hemmx x'tagħżel", "Min segwa l-kampanja, u min jinteressah mill-politika tal-akbar u l-aqwa pajjiż tad-dinja, għandu mnejn jitħajjar—għalkemm bla vot—iżomm ma' naħa jew ma' oħra.", "Il-verità hi li, din id-darba, m'hemmx wisq x'tagħżel bejn il-kandidati proposti.", "It-tnejn aktarx huma l-agħar għażla li l-partiti tagħhom setgħu għamlu dan din il-kampanja.", "Clinton għandha bagoll dnubiet tal-imgħoddi li bil-kemm tiflaħ tkaxkru warajha.", "Ilha aktar minn tliet għexieren ta' snin fil-politika u kienet involuta f'kull xorta ta' mbarazz li jwerrċek.", "Inqabdet f'gideb, kbir u żgħir, kemm-il darba u l-politika tagħha hija pjuttost ċentralista milli liberali (kif tgħid li hi).", "Hija mara tal-istituzzjoni u ma tara xejn ħlief setgħa, setgħa, setgħa.", "Trump, min-naħa l-oħra, huwa kummerċjant billjunarju li daħal għall-politika f'dawn l-aħħar ftit xhur.", "Hu speċi ta' xi Berlusconi mingħajr is-sengħa politika u l-ġibda personali li dan għandu.", "Politikament ftit għandu idea ta' kif ikun tattiku, prudenti jew sensittiv.", "Il-kliem tiegħu joqrob lejn il-farsesk, u allaħares tagħti kas ta' kulma jgħid.", "Kulma jara huwa flus, flus, flus.", "Clinton bil-palju", "Bejn Clinton u Trump m'hemmx fejn tagħżel.", "Huma l-agħar prodott li tista' toffri l-Amerika.", "Personalment, minkejja t-tendenza tiegħi li nkun simpatizzanti mal-Partit Demokratiku, jekk niġi magħfus lil min għandi nagħżel, aktar nasal biex nagħżel lil Trump, bid-difetti kollha tiegħu, milli lil Clinton.", "Għall-anqas ħafna drabi sinċier.", "Clinton qatt m'hija.", "Jiena naħseb li, fl-aħħar mill-aħħar, se tkun Clinton li xxejjer il-palju.", "Mhux għax hi aħjar minnu, imma għax għandha aktar riħ mill-poppa, speċjalment mill-aġenziji ewlenin tal-midja Amerikana.", "Dawn irewħulha kemm jifilħu waqt li fl-istess ħin jiddemonizzaw u jirredikolaw bla ħniena lil Trump.", "Il-kelma tagħha tgħodd aktar minn kollox.", "Hu x'inhu, din il-kampanja reġgħet wriet, bħalma kienet wriet dik bejn Obama u Clinton u bejn Obama u McCain, li l-Istati Uniti, minkejja s-saħħa, l-għana u l-qawwa tagħha, għandha fi ħdanha xi ħaġa marida serjament.", "Hija pajjiż kbir—forsi l-akbar li qatt eżisti fl-istorja tal-bniedem—iżda għandu ċertu ċokon u dgħufija li għad jeqridu.", "Mhux għalissa, però.", "Għalissa d-dgħajjes għadhom ma waslux sal-barkun."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/10/l-gannej-ta-qtil.html", "title": "L-għannej ta' qtil", "text": ["Nhar il-Ġimgħa, jekk trid, jista' jkollok appuntament interessanti: il-ħruġ uffiċjali ta' ktieb dwar qtil makabru li sar tliet mitt sena ilu.", "Din l-attività se ssir fil-kunvent tad-Dumnikani tal-belt Valletta, Triq San Duminku, mis-7.00 ta' filgħaxija 'l quddiem.", "Se jieħu sehem ukoll f'din l-attività l-għannej Kalċidon Vella bil-prim kitarrist Ronnie Calleja.", "Storja u għana", "Hemm raġuni għala din l-attività se ssir fil-kunvent tad-Dumnikani tal-Belt.", "Dan għax il-qtil li fuqu jitkellem il-ktieb il-ġdid sar proprju f'dan il-kunvent fl-1738.", "Il-vittma kienet Patri Viċenz Grimani, Dumnikan żagħżugħ ta' 34 sena.", "Dan inqatel fiċ-ċella tiegħu stess.", "Hemm raġuni wkoll għala fl-attività se jieħu sehem ukoll l-għannej Kalċidon 'Id-Danny' bil-kitarrist Ronnie 'Tal-Mosta'.", "Għax fl-1738, ftit jiem wara li nqatel il-patri, kien hemm għannej li ġietu f'rasu jgħanni l-istorja tal-qtil.", "Il-ballata tiegħu waslet s'għandna għax qassis kiteb il-vrus tagħha, li issa jinsabu f'manuskritt fil-Biblijoteka Nazzjonali tal-Belt.", "Ir-riċerka għall-ktieb il-ġdid fuq il-qtil ta' Patri Grimani bdiet mill-ballata li hemm il-Biblijoteka.", "Imbagħad kompliet f'ħafna arkivji f'Malta u barra biex inġabret l-istorja bid-dettalji kollha tagħha.", "Il-ktieb jirrakkonta l-istorja tal-qtil, x'wassal għalih, kif sar, u x'ġara wara.", "Storja affaxxinanti", "Il-ktieb il-ġdid jismu", "Min Qatel il-Patri?", ", maħruġ mill-Klabb Kotba Maltin.", "Jirrakkonta storja ta' intriċċi, misteri u tidwiriet strambi li jżommuk imsammar biex tkun taf aktar.", "Il-mistoqsija l-kbira kienet u għadha fuq min kien li fettillu joqtol lil Patri Grimani.", "Inqabad?", "Il-qattiel ħa l-kastig li kien ħaqq jew le?", "Dawn huma xi wħud mill-mistoqsijiet li l-ktieb ifittex li jwieġeb.", "Il-ballata tal-għannej anonimu hija parti mill-istorja tal-qtil.", "Imma l-istorja fiha ħafna aktar minn hekk.", "Għax il-qtil kien parti minn qagħda ġenerali soċjali u politika, kemm f'Malta kif ukoll fi Sqallija (li Malta kienet tagħmel parti minnha f'dak iż-żmien).", "L-istorja tinkludi wkoll ħaġa interessanti oħra.", "Fl-istess żmien li sar il-qtil u li fih l-għannej għamel l-għana tiegħu, inkitbu għaxar sunetti bit-Taljan u wieħed bl-Isqalli fuq l-istess suġġett tal-qtil.", "Dawn ukoll jinsabu f'manuskritt fil-Biblijoteka Nazzjonali.", "Fil-ktieb, dawn is-sunetti jiġu studjati wkoll.", "It-tagħrif li jagħtu jkompli jżid mas-seħer tal-istorja.", "Ktieb b'rakkont", "Minbarra l-għannej Kalċidon 'Id-Danny' u l-kitarrist Ronnie 'Tal-Mosta', fl-attività tal-ħruġ uffiċjali tal-ktieb se jieħdu sehem ukoll żewġ professuri tal-Università ta' Malta: il-Prof.", "Carmel Cassar u Dr Bernard Micallef.", "L-ewwel wieħed huwa espert tal-istorja ta' Malta, speċjalment tas-seklu 18, u l-ieħor espert tal-ilsien Malti.", "Dawn iż-żewġ oqsma—l-istorja ta' Malta u l-ilsien Malti—jiġu flimkien f'dan il-ktieb mhux tas-soltu.", "Il-ktieb MIN QATEL IL-PATRI? huwa xogħol ta' żewġ awturi, Marlene Mifsud Chircop u Mark Montebello.", "Filwaqt li tal-ewwel hija riċerkatriċi tal-folklor Malti, it-tieni hu riċerkatur tal-istorja.", "Hekk il-kompetenzi rispettivi tagħhom inġiebu flimkien f'din il-biċċa xogħol sabiħa li ħadmu fuqha għal din l-aħħar sena u aktar.", "Il-kitba tal-istorja fil-ktieb hija f'għamla ta' rakkont.", "Id-dettalji akkademiċi—għax il-ktieb hu wieħed riċerkat minn għadd kbir ta' dokumenti, manuskritti u kotba oħra—huma miġbura fit-tieni parti tal-ktieb fejn wieħed jista' jarahom u jista' ma jagħtix kashom.", "Il-ktieb għandu preżentazzjoni eċċellenti, bl-istampi b'kollox, u b'tipa li tista' tinqara faċilment.", "Kollox hu magħmul biex joffri lill-qarrej esperjenza sabiħa.", "Id-dħul għall-attività ta' nhar il-Ġimgħa, 21 ta' Ottubru, fis-7.00 ta' filgħaxija, fil-kunvent tad-Dumnikani tal-Belt, huwa bla ħlas u dawk li jattendu jkollhom riċeviment ċkejken.", "L-attività tkun bil-Malti.", "Kulħadd huwa mistieden biex jattendi."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/10/tallinja-fl-ajruport.html", "title": "Tal-linja fl-ajruport", "text": ["Jekk hawn post li huwa mħabbat tista' tgħid binnhar u billejl huwa l-ajruport.", "Iżda mhux għalhekk jeħtieġ attenzjoni speċjali mis-servizzi pubbliċi u privati.", "Jeħtieġ attenzjoni speċjali għaliex huwa mill-ajruport li dawk li jżuru 'l pajjiżna jieħdu l-ewwel impressjonijiet tajba jew ħżiena tagħna.", "Tajjeb; aħjar?", "Is-servizz tal-linja offrut mill- u għall-ajruport huwa wieħed biss minn għadd kbir ta' servizzi oħrajn li jingħataw f'dan il-post.", "Jista' jkun li lanqas ma hu l-aktar importanti, wkoll.", "Iżda hu servizz li, la darba jingħata, għall-anqas għandu jkun wieħed li jgħin kemm jista' jkun lin-nies.", "Żgur m'għandux ikun hemm biex ifixkilhom.", "Ibda biex, jeħtieġ li wieħed jgħid li, f'dawn l-aħħar ftit snin, dan is-servizz tal-linja mill- u għall-ajruport tjieb fuq li tjieb.", "Iżda xi kultant, xi ħadd li jagħmel id-deċiżjonijiet jaqbad u jaqtagħha li jibgħat lura servizz bħal dan li kien sejjer ħarir.", "Jista' jkun biex xi ħadd jiffranka.", "Jista' jkun biex xi ħadd jagħmel sold aktar.", "Is-servizzi tat-taksijiet—li llum sirna għandna varjetà ta' kompetituri f'dan il-qasam—ma jiħdux wisq gost meta s-servizzi tal-linja jaħdmu tajjeb jew aħjar mit-tajjeb.", "Dan għax joħdilhom in-nies, m'għandniex xi ngħidu.", "Forsi jkun hemm xi ħadd ta' ġewwa li għandu interess li tat-taksijiet ma jmorrux wisq minn taħt.", "Ovvjament, m'għandhomx imorru minn taħt; iżda lanqas m'għandu servizz pubbliku jiġi mgħarraq biex igawdi servizz privat.", "Direzzjonijiet", "Tal-linja mill- u għall-ajruport fil-bidu kienu aktar spissi milli huma llum.", "Ħafna mis-servizzi, fejn qabel kienu kull nofs siegħa, saru kull siegħa.", "Dan ifisser aktar nies jistennew biex jinqdew u karozzi aktar iffullati u kaotiċi.", "Xi kultant, donnu triq tan-nofs m'għandniex.", "Dejjem jew nejja jew maħruqa.", "Terġa' u tgħid, fl-ajruport, flimkien mas-servizzi tal-korozzi tal-linja, qajla tara xi bniedem tal-kumpanija qiegħed man-naħa tal-wasliet bl-ajru biex jagħti direzzjonijiet f'waqthom lil nies diżorjentati.", "Ħafna minn dawk li jaslu fostna bl-ajru, speċjalment billejl, ma jkunux jafu a minn b; jeħtieġu lil minn jgħinhom ħa jispjegalhom ftit l-affarijiet.", "Imma le, ma' tal-linja, fost il-gżuż ta' nies li kull ħin għall-ieħor jinġabru biex jaqbdu servizz ta' kull siegħa, ma ssib, tista' tgħid qatt, lil ħadd li jista' jgħinek biex ifissirlek xi trid tagħmel u ma tagħmilx; fejn trid tmur u ma tmurx.", "Sorvelja xierqa", "Meta tal-linja naqqsu l-orarji tas-servizzi tagħhom—flok żiduhom—it-tabelli fl-ajruport u fuq l-Internet baqgħu bl-orarji l-qodma għal aktar minn xahar, b'konfużjoni kbira għal dawk li xtaqu jew kellhom bżonn jużaw is-servizz.", "Jien m'iniex wieħed minn dawk li jidhirli li, b'tal-linja, is-servizz mar għall-agħar b'mod ġenerali, speċjalment f'Għawdex.", "Iżda wieħed minn dawk li jidhilhom li ċerti linji ta' dan is-servizz jistgħu jkunu ħafna aħjar milli huma jew jagħmluhom.", "Ngħid din: li s-sorvelja fuq is-servizz minn nies tal-kumpanija nnifisha hija meħtieġa u importanti daqs is-servizz innifsu.", "L-impressjoni tiegħi hi li din is-sorvelja mhijiex spissa, diliġenti u funzjonabbli daqskemm wieħed jixtieq jew jistenna.", "Ħafna jiddependi fuqha.", "Fuq kollox, jiddependi li l-pubbliku, inkluż dak barrani li jkun qed iżur pajjiżna għal ftit, jinqeda b'mod sodisfaċenti kemm jista' jkun.", "Ċertament, aktarx flimkien ma' dak minn u għal Mater Dei, is-servizz minn u għall-ajruport jikkwalifika fost l-aktar ewlenin."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/07/aqq.html", "title": "\"Ħaqq #$*@§!\"", "text": ["Jgħidu li aħna l-Maltin u l-Għawdxin famużi għad-dagħa.", "Għallanqas, jgħidu xi wħud, aħna famużi għal xi ħaġa, mhux xejn.", "Imma nistgħu nibqgħu ċerti, bħalma jixhed kulmin siefer jew għex f'pajjiż ieħor, li mhux il-Maltin biss jidgħu.", "Għala jsir dan mhuwiex magħruf bl-eżatt.", "Iżda studji reċenti wrew li d-dagħa fih xi vantaġġi marbutin mal-fasla psikoloġika tan-nies.", "Dagħa sajfi?", "Fis-sajf in-nies aktar jagħtuha biex joħorġu u jitħalltu ma' ħaddieħor, speċjalment wara nżul ix-xemx, meta l-arja tiffriska u ġewwa hemm sħana wisq.", "F'dan iż-żmien, ersaq kulfejn trid fejn hemm ġemgħa ta' nies u ibqa' ċert li tisma' lil min iżarrat.", "Jekk ma tismax millanqas dagħwa waħda kull minuta, obżoqli f'wiċċi!", "Ftit hawn Maltin u Għawdxin—tabilħaqq, ftit hawn nies fid-dinja kollha—li jistgħu jgħidu li qatt ma qalu dagħwa jew tkellmu ħażin.", "Fil-fatt, in-nies jgħidu l-ereżijiet anki meta jkunu weħidhom.", "Imma, imbagħad, speċjalment meta jkunu ma' ħaddieħor.", "Min jgħid kliem oxxen, pastaż, ħażin jew baxx, u min jidgħi ċar u tond b'ismijiet qaddisa.", "Ġieli smajt lil min, kif ngħidu, \"jidgħi dagħa jkisser il-blat\"?", "Jew \"jidgħi daqs baħri\"?", "Jew lil min \"jidgħi daqs kemm jieħu nifs\"?", "Jew 'il min \"jidgħi dagħa jkexkxek\"?", "Dawn kollha, u oħrajn, huma espressjonijiet popolari li nużaw biex infissru t-tiżwiq u l-ilwien tal-kreattività tal-midgħija.", "Vantaġġi tad-dagħa", "F'Malta u Għawdex Kattoliċi aktar mill-Papa tistenna li d-dagħa ma jkunx daqshekk frekwenti.", "Iżda l-psikoloġija umana donnha tiddetta l-kontra.", "Minn studji li saru, jidher li l-Kattoliċi huma fost l-aktar nies li jidgħu fid-dinja.", "Infatti, barra l-Maltin, issib li l-Franċiżi, it-Taljani, il-Filippini, l-Irlandiżi (Kattoliċi) u l-Latinoamerikani (Kattoliċi) huma fost l-akbar dagħwa.", "U d-dagħa reliġjuż tagħhom huwa mżewwaq tassew!", "Iżda d-dagħa u l-kliem ħażin u oxxen hu magħruf li jeżisti fost kull poplu tad-dinja, anki fost il-Ġappuniżi, li xi kultant issib li għandhom il-fama li l-ilsien tagħhom m'għandux kliem ħażin.", "Jidgħi u jitkellem ħażin kulħadd.", "Għala?", "Studji reċenti, bħal tal-psikologu Richard Stephens tal-Università ta' Keele, l-Ingilterra, juru li d-dagħa jservi bħala mekkaniżmu psikoloġiku sinifikanti.", "Skont Stephens, wieħed mill-aktar vantaġġi l-aktar qawwija tad-dagħa huwa li jgħin lil min jidgħi biex jissaporti l-uġigħ.", "Sperimentazzjonijiet urew li min jidgħi jissaporti l-uġigħ aktar minn min ma jidgħix.", "Psikoloġikament, il-biċċa l-kbira tan-nies jidgħu meta jkunu qed iġarrbu xi għamla jew oħra ta' wġigħ.", "Vantaġġi oħra", "Studji oħrajn juri li, barra dna, hemm vantaġġi oħra tad-dagħa.", "Waħda minnhom hija għal aktar effettività fil-komunikazzjoni, kemm biex bniedem jisħaq dak li jkun qed jgħid u kemm biex jixxokkja lil min ikun qed jisimgħu.", "Id-dagħa jesprimi sentimenti aktar minn ċerti kliem.", "Vantaġġ ieħor huwa li d-dagħa jservi ta' sfog, xi kultant bħala sostituzzjoni kontra aġir vjolenti kontra ħaddieħor jew kontra wieħed innifsu.", "Id-dagħa jista' jkun ukoll mekkaniżmu mentali li jaħdem kontra ċerti inkapaċitajiet, bħal meta jidgħi mingħajr diffikultà min is-soltu jlaqlaq jew itemtem.", "Id-dagħa jista' jservi wkoll ta' mezz ta' solidarjetà, biex bniedem juri bid-dagħa tiegħu li hu familjari u ta' ġewwa mal-oħrajn.", "M'għandniex xi ngħidu, id-dagħa jista' jkun mod ta' kif bniedem jinsulta lil ħaddieħor b'mod qawwi ħafna.", "Jista' jsir ukoll biss għall-ksuħat.", "Hu x'inhu, minbarra l-aspett morali tiegħu, id-dagħa jista' jkun mezz ta' kif nimmaniġjaw ir-rabja tagħna.", "Jista' jkun li mhuwiex l-aqwa mod, imma żgur li jidher li fih vantaġġi li jservu ta' ġid.", "Min jaf huwiex għalhekk li l-Maltin u l-Għawdxin huma kapaċi jidgħu aktar minn ħaddieħor?"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/07/corbyn-fis-sod.html", "title": "Corbyn fis-sod?", "text": ["Jeremy Corbyn ħareġ bil-qawwa kontra li l-Gran Britannja tħalli l-Unjoni Ewropea.", "Issa li r-referendum ħareġ bil-qawwa favur li l-Gran Britannja tħalli l-Unjoni, il-qagħda ta' Corbyn tinsab fi kriżi serja.", "Mat-80% tal-Membri Laburisti tal-Parlament lesti jqumu kontrih.", "Għal bosta minnhom jidher li ġiethom ix-xoqqa f'moxtha biex jeħilsu minnu, kif dejjem xtaqu sa mill-bidu tal-ħatra tiegħu bħala kap tal-partit.", "Determinat li jirbaħ", "Jumejn oħra, nhar it-Tlieta, millanqas 172—jew 80%—tal-Membri tal-Parlament li jagħmlu parti mill-Partit Laburisti Britanniku lesti jivvutaw favur sigriet vot ta' sfiduċja fil-kap tal-partit tagħhom, Jeremy Corbyn.", "L-iskuża?", "Għax intilef referendum li Corbyn kien favurih.", "Iżda l-vot ma hu se jkollu ebda validità legali jew tassattiva fi ħdan il-partit u Corbyn diġà qal li se jinjorah.", "Din għalih hi opportunità oħra biex ikompli jnaddaf il-partit.", "Imma l-affarijiet mhumiex sempliċi daqshekk.", "Il-Partit Laburista Britanniku jinsab fi kriżi serja li tista' ssaħħu jew teqirdu.", "Min hu favur Corbyn?", "Hemm l-20% tal-Membri tiegħu tal-Parlament.", "Hemm ukoll il-biċċa l-kbira tal-elettorat Laburista.", "Dawn jifhmu li l-attakk feroċi għat-tluq ta' Corbyn minn kap tal-partit ftit għandha x'taqsam mar-referendum.", "Il-'Blairisti' għadhom qawwijin u għadhom jagħtu bis-sieq.", "Issa ħarġu d-dwiefer tagħhom fil-beraħ.", "It-tnejn li għadda, minkejja l-gambetti li qed jaqla' ta' kuljum minn 'sħabu' u t-tixwix bla waqbien mill-biċċa l-kbira tal-gazzetti Ingliżi, f'laqgħa parlamentari Corbyn ingħata ħasla mill-kbar, iżda wkoll appoġġ kbir mill-pubbliku li nġabar f'Londra għall-okkażjoni.", "Corbyn m'huwiex beħsiebu jċedi.", "Jaf il-logħba, jaf jilagħba tajjeb u determinat li jirbaħ.", "L-akbar kriżi", "Din mhijiex xi rebħa personali tiegħu.", "Hija rebħa għal dawk li, f'Settembru tas-sena li għaddiet, bil-ħatra ta' Corbyn bħala kap tal-partit ċaħdu l-Blairiżmu u għażlu li l-Laburiżmu Britanniku jaqbad triq ġdida għal kollox differenti ta' qabel.", "Huwa lejn din l-għażla li Corbyn għamilha ċara li jrid jibqa' fidil.", "Il-Blairisti qajmu rashom u jridu r-'rivincita'.", "Minkejja li Corbyn jista' jkun fis-sod, il-partit mhuwiex.", "Jinsab fi kriżi daqskemm jinsab fi kriżi l-Partit Konservattiv.", "Dawn għandhom fil-partit dik li ssejħet 'gwerra ċivili'.", "Aktarx il-Partit Laburista għadu ma wasalx sa hawn.", "Iżda żgur li wasal sa kważi 'kolp ta' stat'.", "U, bħal kull kolp ta' stat ieħor, is-sjuf mhumiex qegħdin jiġu ppuntati għall-istess motiv.", "L-iskop ewlieni hija li l-Blairisti jerġgħu jiksbu l-poter tal-partit kontra r-rieda tal-elettorat Laburista.", "Corbyn qatt ma ra ma wiċċu kriżi serja bħal din fit-tmien xhur li ilu kap tal-partit.", "Bħalma ħareġ mill-oħrajn b'wiċċ il-ġid, jidher li anki issa għandu mnejn jeħlisha.", "Tkun tabilħaqq traġedja jekk, wara dak kollu li għadda Corbyn u l-partit minn Settembru 'l hawn, l-ambizzjużi u l-morri fost l-eletti Laburisti jġegħluh iċedi postu.", "Telf kbir", "Il-Gabinett il-ġdid li beħsiebu joħloq Corbyn wara li tgħaddi din il-kriżi, u wara li min għandu jitlaq jitlaq, għandu jkun f'armonija akbar mal-politika li ħa l-partit wara Settembru tas-sena li għaddiet.", "Għandu jkollu fi ħdanu aktar konsistenza.", "S'issa, Corbyn ħlief bsaten fir-roti ma sabx minn xi wħud minn sħabu.", "Dawn jista' jkun li huma ddestinati li jisparixxu, għallanqas minn fejn jistgħu jagħmlu aktar ħsara.", "Ċertament, il-partit mhuwiex għaddej minn żmien sabiħ.", "L-isfida hija enormi.", "Kull naħa hija armata biex tiġġieled u determinata li tirbaħ.", "Corbyn għalissa jidher fis-sod għax aktarx għandu l-biċċa l-kbira tal-elettorat Laburista warajh.", "Min jaf kemm jista' jdum hekk?", "Telfa għal Corbyn tkun tfisser telf kbir għall-kawża xellugija fl-Ewropa kollha."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/10/l-gawg-ta-aleppo.html", "title": "L-għawġ ta' Aleppo", "text": ["Aleppo, il-belt kbira tas-Sirja li tinsab fil-majjistral tal-pajjiż, illum saret sinonima mal-qerda u t-traġedja, l-istess bħalma fi żminijiet oħrajn kienu sfortunatament saru mkejjen oħra bħal Bejrut u Belfast.", "Bħal dawk l-ibliet vittmi tal-vjolenza għamja tal-bniedem, Aleppo wkoll illum tista' tindara b'tali mod li l-għawġ li qed isir il-ħin kollu fih—ukoll waqt li taqra dan—jintesa u jitwarrab mill-ħsieb.", "L-għawġ ma jonqosx", "Il-belt ta' Aleppo hija waħda mill-eqdem postijiet fid-dinja abibata kontinwament sa mis-6 millennju qabel Kristu.", "Għandha popolazzjoni ta' madwar żewġ miljun ruħ.", "Il-gwerra ċivili Sirjana laqtitha bil-kbir u llum hi assedjata kuljum, lejl u nhar.", "In-nies ta' Aleppo qed jgħixu kull mument bħallikieku kien eternità, ma jafux humiex se jirnexxielhom jgħixu sal-għada jew ukoll sa filgħaxija.", "Franza u Spanja qed jagħmlu minn kollox mal-Ġnus Magħquda sabiex jieqaf il-ġlied f'Aleppo u n-nies tagħha jingħataw ftit nifs mit-terrur li għaddejjin minnu.", "L-Istati Uniti u r-Russja, li qed jiġġieldu l-ġlied tas-Sirja b'riħet ħaddieħor, kienu wkoll f'taħdidiet bejniethom għall-istess skop Franċiż-Spanjol, iżda waqfu jitkellmu, u ntefgħu mill-ġdid għall-ġlied.", "Sadattant, skejjel, sptarijiet, dipartimenti tal-gvern, uffiċċji pubbliċi, knejjes, moskej, sinagogi ... ilkoll qishom oqbra, weqfin mill-attività tagħhom minħabba l-gwerra li issa ilha għaddejja 'l fuq minn erba' snin, sa mill-2012.", "Elettriku, ilma, gass, servizzi ... ilkoll jinsabu sospiżi.", "L-ikel huwa skars għal kulħadd.", "L-għawġ mhemmx li jonqos jew jintemm.", "Industrija sħiħa", "Fost dawk li jistgħu jagħmlu xi ħaġa konkreta għall-qagħda mwiegħra ta' Aleppo, hemm min paċi ma jridx.", "Nies fil-Ġnus Magħquda, nies fl-Unjoni Ewropea, nies fl-Istati Uniti tal-Amerika, nies fir-Russja, nies f'gvernijiet oħrajn madwar id-dinja, ma jridux li l-paċi ssaltan f'Aleppo jew fis-Sirja.", "Iridu l-gwerra, iridu l-ġlied, u jaħdmu għaliha xi kultant minn taħt u xi kultant saħansitra b'wiċċhom bil-quddiem.", "Il-gwerra hija industrija.", "Mhux biss tal-armi, żgħar u kbar, sofistikati u mhux, u tal-qerda tal-massa, iżda ta' apparat burokratiku enormi li jżomm ħafna nies b'paga tajba u tajba ħafna.", "Dan jinkludi, jekk trid, nies fl-armati tal-art, il-baħar u l-ajru, u l-kwartieri elaborati li jmexxuhom.", "Il-gwerra hija industrija li ma tistax titħalla tfalli u, għalhekk, hemm min irewħilha.", "Paċi ma jridx, għax il-paċi jtellef il-flus u l-qligħ.", "Din hija l-assurdità li qed ngħixu ta' kuljum taħt imneħirna.", "L-assurdità li, għall-kappriċċ tal-flus u l-profitti finanzjarji, iħallsu l-eluf ta' nies b'ħajjithom.", "In-nies ta' Aleppo qed iħallsu l-prezz tar-rgħiba ta' min għandu s-saħħa jtawwal il-gwerra u jżomm milli ssaltan il-paċi f'post li ftit jista' jkompli jinqered aktar milli diġà hu.", "Inizzjattivi Maltin?", "Għalkemm Aleppo qed jiġġieled u jgħaffeġ fiha kulħadd, ħadd ma hu interessat fiha.", "Kulħadd, kull naħa tal-ġellieda—il-gvern Sirjan, il-Front Al-Nusra, il-Front Iżlamiku, l-Armata Ħielsa Sirjana, u l-Unitajiet għall-Ħarsien tal-Poplu—ħadd ma jinpurtah Aleppo jew in-nies tagħha jsalvawx jew le.", "Għalihom ilkoll, Aleppo hija biss pont għal skopijiet oħra.", "Dan ma jfissirx li mhijiex importanti fl-istrateġija tal-gwerra ta' kull ġellied.", "Hija importanti biss biex biha jweġġa' lill-għadu tiegħu u jagħmel kisba psikoloġikament u strateġikament sinifikanti.", "Mill-bqija, is-siwi ta' Aleppo u n-nies tagħha huwa biss għodda.", "Xejn aktar.", "Hu minħabba f'dan li qed jiġu ssagrifikati mijiet ta' eluf ta' nies, inkluż eluf ta' tfal.", "Jidher xi tmiem għall-għawġ ta' Aleppo u n-nies tagħha?", "Għalissa jidher li mhemmx.", "Dak li jridu l-gwerra donnhom għandhom is-sopravent u mhumiex se jċedu kif ġieb u laħaq għas-suq tal-gwerra qerrieda tagħhom.", "Qalbna ma tistax ma toħroġx għan-nies ta' Aleppo.", "Ma nistgħux ma nitnikktux għal din l-ebusija ta' ras u qalb mingħajr ħniena għat-tbatija umana.", "Mhux li kien Malta tgħix il-missjoni kostituzzjonali tagħha u tuża s-saħħa li jista' jkollha quddiem il-komunità internazzjonali biex tieħu l-inizzjattiva favur il-paċi u l-waqfien mill-ġlied!", "Mhux li kien!"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/10/il-addiema-barranin.html", "title": "Il-ħaddiema barranin", "text": ["Qed issir ħaġa dejjem aktar komuni li ningħataw servizz minn ħaddiema barranin li ma jitkellmux bil-Malti.", "Imma bosta minnhom lanqas bl-Ingliż ma jafu jitkellmu, u spiss issib li bil-kemm kemm jifhmu dak li tgħidilhom.", "Ma jidhirlix li xi ħadd għandu jsiġ oġġezzjoni li l-barranin jaħdmu Malta la darba l-impjieg tagħhom huwa regolari, iżda li donnu ħadd ma jagħmel xejn bis-sengħa komunikattiva tagħhom ma naħsibx li hija xierqa.", "Ma jifhmux l-Ingliż", "F'restoranti, f'uffiċċji tal-gvern u tal-privat u f'servizzi oħra pubbliċi qed nidraw niġu wiċċ imb'wiċċ ma' ħaddiema barranin.", "Infatti, jidher li l-aktar servizzi bażiċi aktar qed jiġu popolati mill-barranin milli mill-Maltin.", "Din ma fiha xejn ħażin għalkemm il-fenomenu, fih innifsu, jagħti wieħed x'jaħseb fuq id-dinamika tal-impjiegi.", "Hu x'inhu, dawn il-barranin f'servizzi bażiċi wieħed jistenna li jkunu jafu jikkomunikaw, jekk mhux bil-Malti, għall-anqas bl-Ingliż.", "Apparti l-fatt li, ħafna drabi, l-Ingliż ta' dawn il-ħaddiema barranin huwa mill-aktar bażiku u rudimentali—biex ma ngħidu xejn dwar il-pronunzja tagħhom—mhux l-ewwel darba li wieħed isib li m'huwiex qiegħed jinftiehem għas-sempliċi raġuni li biċċa kbira minn dawn il-ħaddiema ma jifhmux bl-Ingliż.", "Huwa evidenti li min iħaddem dawn il-ħaddiema barranin ma jagħtihom ebda taħriġ lingwistiku.", "Jista' jkun li dan m'għandux ikun mistenni minn min iħaddem.", "Iżda li klijent ma jistax jikkomunika sew ma' dawk li jagħtuh servizz—u, terġa' u tgħid, wieħed bażiku—hija ħaġa li għandha tinteressa direttament lil min iħaddem.", "Fl-isptarijiet", "Xi kultant dan l-impediment komunikattiv issib li jeżisti wkoll fejn jidħlu servizzi anqas bażiċi.", "Spiss se ssib li, jekk iċċempel f'uffiċċju biex tinqeda bil-telefon, iwieġbek xi ħadd barrani li mhuwiex jew mhijiex kapaċi tifhem l-aktar sentenza sempliċi bl-Ingliż.", "Bosta drabi ssib lilek innifsek tifforma sentenzi bl-Ingliż li huma mkissrin aktar mis-soltu ħalli forsi n-naħa l-oħra tkun tista' tifhem dak li trid tgħid.", "Huwa wkoll spiss li tiltaqa' ma' ħaddiema barranin fil-kliniċi u fl-isptarijiet, inkluż Mater Dei, li ma jafux jitkellmu bl-Ingliż sew jew ukoll li lanqas jifhmuh.", "Dawn jistgħu jkunu saħansitra tobba mqabbdin ma' konsulenti f'sezzjonijiet speċjalizzati tal-isptarijiet.", "Taqla' ruħek biex iġġib lit-tabib biex jifhmek u taqla' ruħek aktar biex tifhem lilu jew lilha.", "Jiena nifhem li għandu jkun hemm xogħol u mpjiegi għall-barranin li jgħixu fostna, imma nifhem ukoll li dawn għandhom jingħataw it-taħriġ meħtieġ, mhux biss fis-servizz li joffru, imma wkoll fil-komunikazzjoni mal-klijenti.", "Li wieħed ma jistax jikkomunika tajjeb mal-ħaddiema, speċjalment fis-servizz pubbliku, jew, agħar minn hekk, jikkomunika b'mod li ma jinftehimx, ma jidhirlix li għandha tkun.", "Min iħaddem", "Il-kwalità tas-servizzi lill-pubbliku jiddependu ħafna fuq is-sengħat komunikattivi.", "Diġà ssib Maltin u Għawdxin li, għax ma jafux Ingliż—u l-Ingliż mhuwiex xi ħaġa li wieħed jew waħda jridu jkunu jafu bilfors—ma jistgħux jikkomunikaw ma' min ma jitħadditx bil-Malti.", "Li ssib ukoll min, minkejja li jaf u jifhem bl-Ingliż, xorta waħda ma jistax jikkomunika mal-ħaddiema li jagħtuh servizz hija redikola.", "Kulmin iħaddem għandu jara li l-ħaddiema tiegħu, barranin u mhux, jistgħu jikkomunikaw suriet in-nies mal-klijenti, kemm wiċċ imb'wiċċ u kemm bit-telefon.", "Huwa nuqqas tagħhom dawk li ma jagħtux kas ta' dan l-aspett tal-impjieg jew tas-servizz.", "Ċertament mhijiex ħaġa professjonali.", "Dan id-dmir hu aktar u aktar tal-gvern.", "F'postijiet bħall-isptarijiet, inkluż Mater Dei, għandu jara li l-pazjenti ma jiġux imqiegħda f'pożizzjonijiet imbarazzanti sempliċiment għax it-tabib, in-ners, il-kliner jew min ikun qed jagħti s-servizz, ma jafx jikkomunika la bil-Malti u lanqas bl-Ingliż.", "Xi kultant spiċċajna nikkomunikaw bis-sinjali!"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/07/il-massa-tar-ricevituri.html", "title": "Il-massa tar-riċevituri", "text": ["Huwa evidenti li l-gvern jaħdem fuq diversi oqsma ta' livelli.", "Jagħti lil kull waħda minnhom priorità, importanza, investiment ta' ħin u enerġija differenti skont il-ħtieġa u skont il-politika tiegħu.", "Spiss, qasam jitlob impenn akbar ta' attenzjoni fuq l-oħrajn.", "Wieħed mix-xogħlijiet tal-gvern huwa li jsib bilanċ bejn l-oqsma u ma jħallix li jinxtorob minn waħda għad-detriment tal-oħrajn.", "Jekk jiġri hekk, ikun ta' detriment kemm għalih u kemm għall-interess nazzjonali.", "Ħidma differenti", "Jidhirli li hemm erba' oqsma ewlenin li fuqhom jaħdem il-gvern fuq livelli differenti.", "Se nsemmihom mhux f'ordni ta' importanza iżda biss f'ordni ta' konvenjenza.", "Hemm il-qasam Ewropew u internazzjonali (tal-Unjoni Ewropea u ta' pajjiżi oħrajn).", "Hemm il-qasam tal-relazzjoni mal-kummerċjanti lokali (l-aktar tal-privat).", "Hemm il-qasam politiku (f'relazzjoni mal-amministrazzjoni ġenerali u mal-oppożizzjoni).", "Hemm imbagħad ukoll il-qasam tal-biċċa l-kbira tan-nies riċevituri (li m'għandhomx x'jaqsmu direttament mal-gvern iżda li jiġu affettwati minnu u mill-politika u l-ħidma tiegħu).", "Għalkemm fuq livelli differenti, dawn l-oqsma jirkbu fuq xulxin u, xi kultant, jiddependu minn xulxin.", "Ovvjament, hemm rabta bejniethom li d-distinzjoni li nagħmlu tagħhom huwa biss għal raġunijiet ta' analiżi.", "Il-gvern irid jaħseb fihom ilkoll kollha f'salt u jara li waħda ma tkunx ta' dannu għall-oħrajn.", "F'xi wħud minnhom, il-gvern ikollu aktar libertà ta' azzjoni milli f'oħrajn u, għalhekk, id-deċiżjonijiet tiegħu jridu jittieħdu b'attenzjoni kbira.", "Aħna, min-naħa tagħna, l-aktar li jinteressana huwa l-aħħar qasam li semmejt, il-qasam tar-riċevituri (biex insejjaħlu hekk).", "Id-dipendenza tagħna fuq id-deċiżjonijiet u l-politika tal-gvern, oqsma li ftit għandna sehem fit-tiswir u l-binja tagħhom, mhijiex żgħira.", "Oqsma 'sekondarji'", "Jekk wieħed isegwi ftit mill-qrib l-amministrazzjoni governattiva kurrenti għandu mnejn jinnota li l-qasam internazzjoni huwa l-anqas wieħed fejn il-gvern għandu l-libertà li jaġixxi kif irid.", "Hawnhekk huwa marbut b'ħafna ftehimijiet u konvenzjonijiet li ma jistax ma joħolqulux obbligu li jrid iħarsu, xi kultant kontra l-aħjar ġudizzju tiegħu.", "Minkejja dan, jista' jkun li dan hu l-qasam li l-anqas jaffettwa lin-nies direttament jew jinteressahom wisq.", "L-istess il-qasam tal-amministrazzjoni ġenerali u r-relazzjoni mal-oppożizzjoni.", "Għalkemm dan il-qasam xi kultant jagħmel l-aktar ħoss u jista' jidher li għandu importanza esaġerata, għandu mnejn mhuwiex daqskemm determinanti għall-ħajja ta' kuljum tan-nies.", "Ovvjament, għandu l-importanza tiegħu, iżda mhux b'mod kruċjali jew ta' effettività diretta għall-għajxien minn jum għall-ieħor.", "Differenti minn dan hija r-relazzjoni tal-gvern ma' dik li xi kultant tissejjaħ il-'komunità tal-kummerċ' jew, b'ewfemiżmu akbar, l-'imsieħba soċjali'.", "Il-kummerċjanti għandhom għeruqhom fl-art ta' taħt saqajn in-nies.", "Għalkemm ħafna drabi ma jidhrux jieħdu sehem espliċitu fil-ħajja pubblika, jaħdmu l-ħin kollu, kullimkien u fejn jolqotna fil-laħam il-ħaj.", "Ir-relazzjoni tal-gvern magħhom, għalkemm bosta drabi moħbija mill-għajnejn kurjużi, hija determinanti għall-ħajja tal-bniedem fit-triq, għar-riċevituri.", "Żvantaġġi detrimentali", "Dan il-qasam li semmejna l-aħħar ovvjament jinteressana direttament u bil-kbir.", "Jista' jkun li huwa l-qasam li l-aktar qed iġarrab effetti, xi kultant ħżiena, mit-tisħiq fuq il-vantaġġi li l-gvern għandu mnejn qed jagħti lil ċerti oqsma tal-kummerċ.", "Minħabba f'dan, bosta rkejjen tal-qasam tar-riċevituri qed jitħalla jaqa' lura bil-mod il-mod, speċjalment f'termini finanzjarji.", "Mhuwiex xi sigriet li l-privat jaħseb l-aktar għal rasu.", "Huwa l-gvern li jrid jirregolah biex ma jagħmilx ħsara lil nies li la għandhom sehem fil-gvern, la fir-relazzjoni kummerċjali u lanqas fil-ħajja pubblika.", "Dawn huma l-massa anonima (u aktarx siekta).", "Huma wkoll il-massa tal-elettorat.", "Jidher li ħsara qed issir.", "Mhux biss minn vantaġġi mogħtija lill-privat imma wkoll minn żvantaġġi amministrattivi li jista' jkun mhumiex qed jiġu indirizzati biżżejjed mill-gvern.", "Nofs il-mandat tal-gvern biex imexxi l-pajjiż issa għadda.", "Daħal sew iż-żmien li l-gvern jivvantaġġja b'mod ċar u sostanzjali lir-riċevitur daqskemm ivvantaġġa lill-kummerċjant.", "Il-massa tar-riċevituri kwieta iżda taf iżżomm fil-komma."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/04/l-istruttura-kjaztika-tal-kantilena.html", "title": "L-istruttura kjażtika tal-Kantilena", "text": ["Fis-7 ta' April li għadda, f'diskors li għamilt l-Università ta' Malta, ipproponejt li l-istruttura tal-Kantilena ta' Pietru Caxaru ma kinetx waħda lineari kif dejjem inħaseb sa dak in-nhar.", "Ipproponejt li l-istruttura tal-Kantilena hi waħda 'kjażtika', kif se nfisser hawn taħt.", "Kumbinazzjoni, din il-proposta tiegħi qed issir f'għeluq il-50 sena mis-sejba tal-Kantilena minn Mikiel Fsadni fl-1966.", "F'dawn l-aħħar 50 sena, ħadd ma jidher li ddubita li l-istruttura tal-poeżija medjevali tas-seklu 15 kienet waħda lineari.", "Kif se nuri, jien tajt evidenza kemm interna kif ukoll esterna biex nipprova din il-proposta tiegħi.", "Struttura kjażtika", "Il-fehma li l-istruttura tal-Kantilena kienet waħda lineari tistrieħ fuq is-suppożizzjoni li l-Kantilena hi poeżija konvenzjonali bħal kull poeżija oħra jew test letterarju ieħor.", "Din il-fehma kienet tonqos li tqis l-istruttura tal-Kantilena b'mod sħiħ jew ħolistiku.", "Qari aktar attent tal-Kantilena juri li l-istruttura tal-poeżija hija ferm aktar kumplessa milli nħaseb s'issa.", "Minn dan il-qari joħroġ li l-istruttura hija waħda 'kjażtika'.", "Dan ifisser li l-vrus huma relatati ma' xulxin f'għamla ta' X, qishom f'mera, fejn kollha jirreferu għall-vers tan-nofs.", "Infatti, il-kelma 'kjażmu' tiġi mill-ittra Griega 'Ki', li tinkiteb qisha l-exxe tagħna.", "Bħalma tista' tara fix-xbieha, il-vrus jikkorrispondu ma' xulxin b'mod invers, jiġifieri tal-ewwel mal-aħħar, it-tieni minn fuq mat-tieni minn isfel, u l-bqija.", "L-istruttura kjażtika tieħu din l-għamla: A-B-Ċ-D—E—D-Ċ-B-A.", "Bħalma tista' tinnota, il-vrus kollha huma organizzati madwar fus wieħed, minn barra għal ġewwa, qishom ċrieki madwar il-vers tan-nofs (li joqgħod waħdu).", "Iċ-ċrieki ta' kjażmu klassiku huma ġeneralment sebgħa (bħalma fiha l-Kantilena).", "Il-vers tan-nofs jorbot direttament maż-żewġ vrus tat-tarf nett.", "Il-vrus kollha jitimgħu il-vers tan-nofs u jqegħduh l-ewlieni fosthom ilkoll.", "Dan ifisser li t-tifsira tat-test sintattikament tinsab kollha kemm hi fil-vers tan-nofs.", "Hemm jinsab il-muftieħ tat-tifsir tal-Kantilena.", "Il-vers tan-nofs", "Mix-xbieha li għandek hawnhekk tista' tara li l-Kantilena fiha ekwilibriju strutturali perfett.", "Dan ma setax jiġi nnutat bil-viżjoni lineari li ngħatat qabel s'issa.", "Tant hu hekk, li, filwaqt li kien jiġi rikonoxxut li l-vers tan-nofs fih siwi ewlieni għall-poeżija, il-fasla strutturali li kienet tingħata qabel ħadmet kontrih għax naqqsitlu l-importanza tiegħu biex xeħtet it-tisħiq kollu fuq il-vers tal-aħħar.", "Dan ma jiġrix bil-viżjoni ta' struttura kjażtika.", "Aktar minn hekk, wieħed jista' jinnota mix-xbieha li l-vrus tal-kjażmu jikkorrispondu ma' xulxin f'armonija perfetta u, nistgħu nżidu, sabiħa.", "Il-vers I-A jikkorrispondi mal-vers I-A, I-B ma' II-B, I-Ċ ma' II-Ċ, I-D ma' II-D, I-E ma' II-E, I-F ma' II-F, u l-vers G ma' G'.", "Barra minn hekk, filwaqt li s-sitt vrus tal-ewwel strofa huma marbutin flimkien bi xbihat relatati mal-ilma, is-sitt vrus tat-tieni strofa huma marbutin madwar xbihat tal-art.", "Dawn fihom tifsir miżjud li jsaħħaħ il-viżjoni tal-istruttura kjażtika (li ma nistgħux nidħlu fihom hawnhekk).", "F'din l-istruttura kjażtika joħroġ ċar li ma kellux raġun min iġġustifika l-erba' vrus li ma jaqblux mal-bqija tal-kompożizzjoni u li Brandan Caxaru ftakarhom b'mod żbaljat u niżżilhom inkorrettament.", "Jidher evidenti li dawn il-vrus ma kinux parti mill-kompożizzjoni oriġinali.", "Evidenza", "Min fejn seta' tnebbaħ Pietru Caxaru biex isawwar il-poeżija tiegħu f'għamla kjażtika?", "Jien nipproponi li kien hemm diversi tnebbiħiet u raġunijiet.", "Hawnhekk se nsemmihom biss mingħajr ma nidħol f'ebda dettall tagħhom.", "L-ewwel nett, it-tradizzjoni poetika li Caxaru aktarx kien l-eqreb lejha kienet dik Andalusa u, speċifikament, ta' Ibn Quzmân.", "Dan u l-iskola tiegħu kitbu l-biċċa l-kbira tal-letteratura poetika tagħhom f'għamla ta' kjażmi li setgħu kienu mħajrin mis-sura kjażtika ta' biċċiet ewlenin tal-Koran.", "It-tieni, bħala parti minn familja ta' Lhud ikkonvertiti għall-Kattoliċiżmu, Caxaru seta' kien midħla sew tat-teknika retorika kjażtika hekk kif misjuba f'bosta kitbiet ewlenin tat-Testment il-Qadim, partikularment tal-profeti li kienu kittieba, kif ukoll f'partijiet ewlenin tal-vanġeli tat-Testment il-Ġdid, inkluż il-kantiċi u bosta parabboli ta' Ġesù.", "Bis-saħħa ta' din l-istruttura, Caxaru seta' jqiegħed f'post ewlieni sentimenti li għalih kienu importanti ħafna, fosthom it-tensjoni u l-konflitt li l-ħajja tħaddan, kemm b'mod ġenerali kif ukoll tiegħu personali.", "In-narrattiva mqanqla tal-Kantilena nnifisha tixhed għaċ-ċentralità ta' dan.", "Però tixhed għaliha wkoll it-taqtiegħa li tħaddan il-Kantilena fuq livell intellettwali bejn l-elementi Platoniċi li tesprimi u l-organizzazzjoni teoretika Aristotelika tagħha, żewġ sistemi ta' ħsieb kważi opposti għal xulxin.", "Implikazzjonijiet", "Barra dan kollu, għandna evidenza esterna mill-ħajja ta' Caxaru nnifsu li wkoll tista' tixhed għala fil-poeżija tiegħu huwa jagħti, permezz tal-kjażmu, prominenza hekk kbira lill-konflitt u t-tensjoni.", "Caxaru kellu ħajja personali mkidda minn għelt morali li qatt ma rriżolva.", "Dan għaliex, għalkemm ma kienx miżżewweġ, kien jgħix f'relazzjoni sesswali konsistenti u twila ma' waħda mill-iskjavi tiegħu.", "Għalkemm kien raġel ta' rispett soċjali kbir u ta' statura politika għolja ħafna, mill-maħbuba tiegħu kellu erbat itfal illeġittimi li lkoll, inkluż ommhom, kienu jgħixu fl-istess dar miegħu fl-Imdina.", "L-istruttura kjażtika tat lil Caxaru l-possibbiltà li, b'sengħa oratorja u retorika sofistikata, iqiegħed it-tħassib tiegħu dwar il-ħajja u t-taħbit tagħha bħala l-fus tal-poeżija tiegħu.", "Il-Kantilena mhijiex konvenzjonali bħalma Caxaru nnifsu ma kienx konvenzjonali.", "Dan kien dak li l-proġettazzjoni tal-istruttura lineari insiet tqis.", "Għalkemm l-implikazzjonijiet ta' din il-proġettazzjoni l-ġdida li pproponejt huma bosta, m'iniex se nidħol fihom hawnhekk.", "Biżżejjed ngħid li l-biċċa l-kbira tal-istudji li saru s'issa dwar il-Kantilena f'dawn l-aħħar ħamsin sena aktarx jeħtieġu jiġu reveduti.", "Għal aktar dettalji dwar l-istruttura kjażtika tal-Kantilena, nistiednek tniżżel b'xejn l-istudju approfondit u dettaljat li tista' ssib billi tagħfas", "hawnhekk", "."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/07/mintoff-ta-100-sena.html", "title": "Mintoff ta' 100 sena", "text": ["Nhar is-Sibt li ġej, 6 ta' Awwissu, festa tas-Salvatur, il-Perit Dom Mintoff jagħlaq 100 sena minn twelidu.", "Bosta attivitajiet din il-ġimgħa se jfakkru dan l-anniversarju speċjali.", "L-iskop ewlieni ta' dawn l-attivitajiet huwa, nobsor jien, li jagħtu opportunità ħalli nagħarfu lil Mintoff xi ftit aħjar, niċċelebraw ħajtu u ħidmietu, u nifhmu aktar is-sehem li kellu fil-bidla għall-aħjar li kiseb il-poplu Malti permezz tiegħu.", "Iċ-ċappa t'intietef", "Jista' jkun hemm skop ieħor ma' dawn, forsi anqas popolari llum.", "Jiġifieri dak li nisiltu l-prinċipji ewlenin tal-ħsieb u l-ħidma tiegħu li nagħarfuhom bħala tajba u nagħmlu ħilitna biex napplikawhom għaċ-ċirkustanzi l-ġodda ta' żmienna.", "Nifhem li għal bosta llum dan ma jagħmilx sens.", "Jemmnu li Mintoff kien bniedem ta' żmienu u llum m'għadx għandu post għax id-dinja u l-politika tbiddlu għal kollox.", "Li dawn tbiddlu m'għandix dubju.", "Li Mintoff m'għandux post aktar illum, għandi.", "Jidhirli li hemm ħwejjeġ fil-filosofija politika tiegħu li jistgħu u għandhom jiġu applikati jekkemmildarba noforquhom miċ-ċappa t'intietef u nifhmu sew x'inhuma.", "X'ċappa t'intietef hi?", "Hija l-ixkiel li għandna minħabba li għad m'għandiex ħila noforqu dak li hu essenzjali f'Mintoff minn dak li mhuwiex.", "Jiġifieri mill-eluf ta' preġudizzji, idolatriji, esaġerazzjonijiet, ħrejjef, stejjer u fantasiji li jiffurmaw ċappa inartikulata u indistinta ta' min kien, x'ħaseb u x'għamel.", "Aktarx il-memorja għadha friska wisq.", "Qed tfixkilna.", "Xkiel fil-proċess tat-tagħrif", "Diġa' għaddew erba' snin mit-telfa mibkija tiegħu u m'aħniex f'pożizzjoni aħjar milli nżidu maċ-ċappa t'intietef.", "Dan jgħodd kemm għal dawk li jħobbuh kif ukoll għal dawk li, fil-miftuħ jew fil-magħluq, ma jħobbuhx.", "Aktarx mingħajr ma jridu, it-tnejn huma psikoloġikament imxekkla serjament mill-proċess tat-tagħrif li għandhom xi jħaddmu.", "Xi jfisser dan?", "Ifisser li, għall-anqas f'dan il-każ partikulari, il-memorja għad għandna xi jfixkilha meta tiġi biex tirkupra tifkiriet mill-ħażna tagħha.", "Il-ħażna tant hija miżgħuda u mgħobbija b'intietef irrelevanti, spuri u inneċessarji (flimkien ma' dak li mhuwiex) li, meta 'tintalab' biex tirkupra t-tagħrif, tgħaddi dak kollu li għandna mingħajr għażla ta' xejn bejn l-intietef kollha bħallikieku kollox kien tal-istess siwi.", "Dan jagħmel parti mill-proċess mentali li bih nibdlu t-tagħrif li niltaqgħu miegħu f'għamla (kodifikata) li tista' tiġi maħżuna u rekuperata, kemm fuq livell individwali daqskemm fuq livell kollettiv.", "Ovvjament, fuq livell individwali t-tagħrif huwa ta' natura awtobijografika.", "Fuq livell kollettiv, iżda, it-tagħrif huwa kodifikat kulturalment, u maħżun u rekuperat b'diversi mezzi ta' komunikazzjoni.", "Kodifikazzjoni kulturali", "Hawn qiegħda l-problema ewlenija f'dan il-każ partikulari tal-Perit Mintoff, jiġifieri fuq livell kollettiv, u speċifikament fl-ewwel stadju tal-proċess tat-tagħrif, jiġifieri fil-kodifikazzjoni kulturali tat-tagħrif.", "Dan qiegħed ifixkel iż-żewġ stadji suċċessivi, jiġifieri tal-ħażna u tar-rekuperu.", "Fl-ewwel stadju, it-tagħrif irid jiġi", "pproċessat", "qabel ma mbagħad ikun jista' jiġi maħżun b'mod organizzat u rekuperat b'faċilità effettiva.", "Immaġina biblijoteka li titfa' l-kotba fuq l-ixkafef tagħha mingħajr ebda ordni ta' xejn.", "Kif se ssir il-ktieb li trid?", "Kif se jirnexxielek tagħżel kotba essenzjali mill-irmixk l-ieħor?", "(F'komputer differenti, għax għandek l-għodod tat-tfittxija, li la f'biblijoteka mingħajr katalogazzjoni elettronika u lanqas f'moħħok m'għandek minnhom.)", "Għajr għal xi tentattivi individwali ċkejkna u rari, s'issa ebda tip ta' ipproċessar kulturali ma sar mill-muntanja ta' tagħrif li għandna fuq il-Perit Mintoff.", "Kollox maħżun ħallata ballata mingħajr kodifikazzjoni ta' xejn.", "Kif jista' jsir rekuperu suriet in-nies?", "Għandu mnejn li għadu kmieni wisq biex dan isir professjonalment.", "Jista' jkun ukoll li l-attivitajiet li se jsiru f'rabta ma' dan l-anniversarju se jkomplu jżidu fit-tgħaffiġa.", "Xorta mhuwiex ħażin li niċċelebrawh.", "Ara wkoll:", "Mitt sean mit-twelid ta' Dom Mintoff"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/08/mitt-sena-mit-twelid-ta-dom-mintoff.html", "title": "Mitt Sena mit-Twelid ta' Dom Mintoff", "text": ["Diskors mogħti fil-Berġa ta' Kastilja, Valletta", "L-Erbgħa, it-3 ta' Awwissu tal-2016", "f'għeluq il-100 sena mit-twelid tal-Perit Dom Mintoff", "Mark Montebello", "F'waħda min-novelli tal-2009 l-aktar magħrufa,", "Ir-Raġel ta' Mitt Sena li Ħareġ mit-Tieqa u Għeb", ", il-kittieb Żvediż Jonas Jonasson jirrakkonta din l-istorja avventuruża ta' wieħed li għalaq mitt sena.", "Ftit minuti qabel ma ħbiebu għamlulu festin f'għeluq sninu, ħarbilhom mit-tieqa", "u, b'ta' fuqu senduqu, bil-papoċċ f'saqajh, telaq għal għonq it-triq biex tgħidx kemm ħa keded u nkwieta nies!", "Il-lejla nistħajjel lil Mintoff jagħmel l-istess.", "Mhux il-lejla biss.", "Nistħajlu jiżgiċċa u jaħrab kulmeta jsirulu tifkiriet li", "jirromantiċizzawh,", "jidealizzawh,", "jissentimentalizzawh,", "jidolatrizzawh,", "jipproġettaw fuqu kull xorta ta' platitudnijiet,", "u jpinġuh lil hinn mill-umanità sabiħa li kellu,", "umanità dgħajfa,", "umanità mistħija,", "umanità midinba,", "iżda wkoll umanità sensittiva,", "umanità ġeneruża.", "F'kelma waħda: jimmitoloġizzawh.", "Il-paniġeriżmu qatt ma kien ħabib", "la tar-realtà,", "la tal-fatti,", "la tas-sewwa,", "la tal-intelliġenza,", "u, frankament, lanqas tar-rispett.", "Hu biss ħoss sterili", "ta' tifħir insipidu", "... u ħafna drabi banali.", "Tisma' lil xi wħud jitkellmu (jew ikantaw)", "tistħajjel li Mintoff qisu waqa' mis-sema;", "bħallikieku l-istorja bdiet bih:", "Qablu kien hemm", "dlam,", "ġuħ,", "għaks,", "injoranza,", "u x'naf jien;", "Miegħu ġie", "id-dawl,", "il-prosperità,", "il-ġid,", "l-għerf,", "u kull barka oħra.", "Mintoff, ċertament, għandu postu fil-ġrajja t'artna,", "post ipprivileġġjat,", "eminenti,", "uniku,", "... u aktarx irrepetibbli,", "Imma hu parti minn storja itwal,", "... u usa';", "storja minsuġa minn ħafna ħjut,", "storja li ma tibdiex bih,", "u wisq anqas tintemm miegħu.", "Jistħoqqlu, tabilħaqq, Mintoff bosta tifħir—", "bosta", "—", "Iżda mhux akkost tar-realtà,", "mhux akkost tal-fatti,", "mhux akkost tas-sewwa,", "mhux akkost tal-intelliġenza,", "mhux akkost tar-rispett.", "Il-paniġierċi mhumiex atti ta' mħabba.", "Huma atti ta' vanità.", "Le, il-Perit Mintoff ma waqax mis-sema.", "Illum, meta qegħdin niċċelebraw it-twelid tiegħu,", "jidhirli li hu biss xieraq li niftakru f'xi wħud mill-għeruq", "li għamluh storikament possibbli.", "Insemmu ħafif ħafif, ngħidu aħna, lil Carmelo Mifsud Bonnici", "Il-Gross", ",", "li ħajru fl-ewwel passi tas-servizz pubbliku.", "Insemmu", "l-familja ta' missier", "Mintoff,", "li kienet kruċjali fid-direzzjoni politika tiegħu.", "Insemmu li", "t-tabib Pawlu Boffa", ",", "li nissel fih l-ewwel ideali tal-laburiżmu.", "Insemmu lil", "Reggie Miller,", "li rawmu fid-dinamika tal-organizzazzjoni u l-azzjoni pubblika.", "I", "nsemmu li", "t-tabib Turu Colombo", ",", "li wrieh kif jaħdem il-folla u juża l-enerġija li din tnissel.", "Insemmu lil", "Mabel Strickland", ",", "li għallmitu s-siwi tal-intrapriża, tal-komunikazzjoni u tar-rabtiet barranija.", "Insemmu", "l-Fabian Society tal-Ingilterra", ",", "li tagħtu l-prinċipji tas-soċjaliżmu demokratiku.", "Insemmu lil", "Gamal Nasser tal-Eġittu", ",", "li wasslu għall-maturità ideoloġika tiegħu.", "Fuq kollox u fuq kulħadd, insemmu lil omm Mintoff:", "L-influss fuq", "u", "ta'", "din il-mara straordinarja", "kien għal kollox kruċjali fis-sawra dejjiema", "tal-personalità,", "il-karattru", "u l-psikoloġija tiegħu;", "mara li, mill-kwalitajiet tagħha stess, għaġnet fih", "determinazzjoni tal-karattru,", "persistenza għas-sagrifiċċju,", "xamma għall-possibbiltajiet reali,", "ambizzjoni għas-suċċess,", "kapaċità għan-negozjar,", "tħabrik fix-xogħol,", "ġibda għall-istudju,", "fedeltà lejn il-ħbieb,", "għaqal fil-flus,", "sempliċità ta' ħajja,", "ħila fl-użu tal-kliem,", "sens ta' solidarjetà,", "għarfien ta' kompassjoni,", "u, fuq kollox, għira għall-awtonomija personali.", "Mintoff kien bniedem kumpless,", "u l-paniġeriżmu jibbanalizzah.", "Fuq kollox, il-paniġeriżmu", "—biex iżid mad-diffikultà li għadna qrib wisq tat-telfa mibkija tiegħu ħalli nifhuh aħjar—", "il-paniġeriżmu jċaħħad lil min iħobbu", "daqskemm lil min jobogħdu", "il-possibbiltà li jibda jqis lil Mintoff u jwieżnu", "b'mod xieraq u reali", "fid-dawl tal-kundizzjonijiet materjali,", "soċjali,", "u psikoloġiċi", "li sawru s-soċjetà li fiha għex", "u d-dinja li fiha ħadem.", "Ħadem Mintoff fid-dinja tal-medda kollha tal-Gwerra l-Bierda;", "id-dinja meta Malta u l-mexxejja politiċi kollha tagħha", "kienu għadhom marbuta mal-Ingilterra biss u l-interessi magħluqa tagħha;", "dinja maqsuma f'żewġ blokok militari ġiganteski", "għajjura u mlebilba għas-setgħa u l-ħakma ta' xulxin;", "dinja li setgħet teqred lilha nnifsha minn ħin għal ieħor b'għafsa nukleari.", "Għex Mintoff f'soċjetà li kienet għadha b'fasla fewdali;", "soċjetà li kellha aktar ix-xejra ta' kunvent", "milli ta' nazzjon modern;", "soċjetà li s-seklu għoxrin kien ħalla għal kollox warajh;", "... soċjetà li nsiet kif toħlom.", "Mintoff, bil-kumplessità", "tal-personalità,", "tal-karattru", "u tal-psikoloġija tiegħu,", "Mintoff, bl-għeruq imżewqa", "li għamluh storikament possibbli,", "Mintoff qajjem minn raqda tqila", "sentimenti ta' nies", "li raw fih qilla mhux komuni ta' determinazzjoni;", "li raw fih għadab rari għall-jedd taż-żgħir u l-imwarrab;", "li raw fih leħħa friska u żagħżugħa għall-kisba ta' għajxien diċenti;", "li raw fih xmara ta' ġenerosità.", "Minn dik ir-raqda tqila tan-nies", "xirfu", "xewqat moħbija,", "tbatijiet bla isem,", "frustrazzjonijiet qodma,", "ħolm imsikket,", "rabji marsusa,", "... kif ukoll kontradizzjonijiet imħabbla;", "xirfu", "u sabu fih", "leħen ħabrieki,", "ħeġġa li tħarrek,", "sfog għal ġibdiet ripressi.", "Hu, min-naħa tiegħu,", "fil-poplu li stenbaħ u nġibed lejh,", "hu għaraf", "ix-xewqat moħbija tiegħu,", "it-tbatijiet ta' ġerħatu,", "il-frustrazzjonijiet li għex,", "il-ħolm li ried iwettaq,", "ir-rabji li żamm ġo fih,", "... kif ukoll il-kontradizzjonijiet li qatt ma solva;", "fil-poplu li stenbaħ u nġibed lejh,", "Mintoff sab", "il-leħen tiegħu stess,", "il-ħeġġa li ssoktat tqanqlu,", "l-isfog għall-ġibdiet mistura tiegħu,", "il-ftuħ għal xewqatu.", "B'xi taħlita psikoloġika stramba", "il-kotra ħolqot lil Mintoff bħala estensjoni tagħha", "l-istess bħalma Mintoff ħoloq lill-kotra bħala estensjoni tiegħu.", "Hekk Mintoff sar l-oħla xbieha ta' poplu fl-għodwa ta' kburitu.", "Għalkemm issa ntemm mortalment,", "Mintoff illum ukoll", "u għada", "u pitgħada,", "—jekk ma jiġix mitoloġizzat,", "jew ma jiġix innewtralizzat bil-platitudnijiet—", "Mintoff jibqa' xbieha ta' kull bniedem fostna,", "l-aktar taż-żgħir u l-iżvantaġġjat,", "li jrid jgħix suriet in-nies", "mingħajr it-theddid", "tal-għaks", "u l-faqar.", "Mintoff, għaldaqstant, illum ukoll", "u għada", "u pitgħada", "jibqa' jisfida", "lil kull filosofija", "—bħal dik neoliberali tas-suq ħieles—", "li tnaqqar bil-mod il-mod,", "bil-vantaġġi li jagħti lil ħaddieħor,", "il-mezzi li bihom in-nies iż-żgħar jipproduċu", "l-identità tagħhom infushom,", "il-ferħ tagħhom infushom,", "il-ġejjieni tagħhom infushom.", "Mintoff illum", "u għada", "u pitgħada", "jibqa' jisfida", "lil kull filosofija", "li tqis il-vjolenza", "bħala l-aħjar tweġiba għall-vjolenza;", "li tqis il-ħakma u l-kontroll", "aħjar mis-solidarjetà u", "t-tejbien tal-kundizzjonijiet materjali.", "Mintoff illum", "u għada", "u pitgħada", "jibqa' jisfida", "lil kull politika", "li tqiegħed il-flus qabel in-nies;", "li tħallas il-kont tal-prosperità komuni", "minn ħalq iż-żgħir u l-imwarrab.", "Mintoff illum", "u għada", "u pitgħada", "jibqa' jfakkarna", "li fuq il-ġustizzja", "ma joqgħod xejn", "u ħadd.", "Ix-xwejjaħ ta' mitt sena li semmejna", "ma ħarabx minn rajh.", "Ix-xwejjaħ ta' mitt sena ħareġ mit-tieqa u għeb", "għax riedu jmewtuh", "taħt il-gideb tal-mitoloġiji", "u s-satra tat-tifħir vojt.", "Ma jixraqx l-istess lil Mintoff;", "ma nġegħluhx jaħrab u jgħib.", "Inħalluh jibqa' hawn fostna,", "illum", "u għada", "u pitgħada,", "bħala qilla ta' determinazzjoni;", "bħala għadab għall-jedd taż-żgħir u l-imwarrab;", "bħala leħħa", "—dejjem friska u żagħżugħa—", "għall-kisba ta' għajxien aħjar u aktar ġust", "għalina", "u għall-ġenerazzjonijiet kollha li ġejjin.", "Grazzi talli smajtuni.", "Ara wkoll:", "Mintoff ta' 100 sena"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/08/kemm-nobgod-il-funerali.html", "title": "Kemm nobgħod il-funerali!", "text": ["Nifhem perfettament li l-funerali huma l-aħħar tislima lill-mejtin u, għal xi wħud, talba għall-mistrieħ ta' ruħhom.", "Nifhem perfettament ukoll li ħafna nies huma ġenwini meta jieħdu sehem f'xi funeral.", "Iżda nifhem perfettament ukoll li l-funerali huma l-quċċata ta' ħafna ipokreżija, dmugħ tal-kukkudrilli u xeni għal wiċċ in-nies.", "Kemm nixtieq li jien qatt ma jkolli funeral!", "Ma rridx funeral", "M'iniex qed ngħid dan—li ma jkollix funeral—għax għandi xi xewqa li ma mmut qatt.", "Xejn minn dan.", "Għall-grazzja tal-ħanin Alla, xi darba nintemmu bħal ħaddieħor.", "Lanqas ma ngħid dan biex nonqos bl-iċken mod mir-rispett lejn min inħalli warajja u jkun jixtieq jesprimi d-dieqa u s-sentimenti tiegħu.", "Le.", "Ma nixtieqx funeral għax naf li għall-funeral tiegħi, bħalma għall-funerali l-oħra kollha tad-dinja, li qatt saru u li qatt iridu jsiru, arahom ġejjin b'wiċċ imqarras nies li f'qalbhom probabbli jkunu qed jiżfnu u jkantaw id-\"Don't Stop Me Now\" tal-Queen (meqjusa l-aktar kanzunetta allegra tad-dinja).", "Imqar għal nofs siegħa funeral, dan-nies jagħmluli demmi ilma li jkunu hemmhekk, u kemm nixtieq li ma npaxxihomx.", "Ġo funeral, l-għedewwa jażżardaw jersqu b'wiċċhom bil-quddiem, bħal xikalli madwar karkassa, għax jafu li l-mejjet ma jista' jagħmlilhom xejn.", "Qishom bħal donnhom qed jagħmlu l-aħħar daħka fuqu.", "Nies godardi jsiru ljuni quddiem l-irmied.", "Jibżgħu anki minn dellhom, imma minn katavru ma jibżgħux ... bħalma lanqas minn Alla.", "Aħjar bla funeral milli bihom hemm.", "Politikanti, priedki u korijiet", "Arahom, imbagħad, ġo bosta funerali jersqu wkoll il-politikanti.", "Abbli jidħlulek il-knisja għall-bidu tal-funeral u jitilqulek baxx baxx fi ftit minuti, wara li jkunu ċerti li rawhom in-nies, jew jiġuk lejn it-tmiem taċ-ċerimonja ħalli taparsi kienu hemm mill-bidu.", "Tgħid lejn lejn min għandhom rispett dawn?", "Lejn il-vot mejjet jew lejn il-voti ħajjin?", "Imbagħad xi ngħidu għall-priedka?", "Ommi, ma!", "Sakemm il-qassis ma jurikx ċar daqs id-dawl tal-jum li l-biċċa xogħol kollha hi żejda għalih u li għandu seba' mitt sena sakemm jispiċċa kollox, jagħmillek xi kwarta jredden b'kulma jiġih f'rasu.", "Ħafna drabi tkun priedka reċiklata għall-elf darba u waħda.", "Miegħu jkun hemm tal-kor, għax din daħlet moda li funeral irid isir bil-kor, ħa jtella' l-kont aktar.", "Iħanxrulek l-aktar innijiet ta' dwejjaq li sabu fil-ktieb u erħilhom itawlu kemm jifilħu biex jiġġustifikaw ħlashom.", "L-eqdem drawwa", "Dan kollu xi tridu?", "Tabilħaqq, it-tajjeb hu li int, stendut fin-nofs, ma tkun qed tisma' u tara xejn, għall-grazzja t'Alla, imma xorta waħda r-rexta kollha tkun qed issir f'ismek ... u taparsi għalik.", "Dal-affarijiet taparsi ma naħmilhomx, imma ftit hemm x'wieħed jista' jagħmel biex jevita dan kollu.", "Jgħidu li l-funerali huma wħud mill-ewwel u l-eqdem xhieda tal-'homo sapiens'.", "Il-bniedem beda jidfen biċ-ċerimonji hekk malli sar konxju tiegħu nnifsu.", "F'kelma waħda, sa mill-bidu bdejna bil-vanità, għax funeral nagħmluh għax nafu li għandna mmutu aħna wkoll.", "Ngħid għalija, ma jogħġobni xejn.", "Fost il-vanitajiet li ċertament għandi, bħal kulħadd, dan mhuwiex wieħed minnhom.", "L-aħjar alternattiva huwa funeral privat fejn jiġu biss dawk li naf għandhom dispjaċir sinċier li ħallejthom.", "Il-bqija aħjar imorru jifrustraw ruħhom xi mkien ieħor u jħalluni kwiet.", "Wara kollox, anki jien inkun hemm bilfors."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/04/ergajna-koppi.html", "title": "Erġajna koppi?", "text": ["L-attività li organizza l-Partit Nazzjonalista l-wikend li għadda u l-Erbgħa ta' qabel fakkruni f'attivitajiet simili tas-snin 80.", "Ħassejtni mibgħut lura fiż-żmien bħallikieku ma kinux għadda għoxrin sena sħaħ!!", "Intużat l-istess tattika!", "Intużaw l-istess tiżwiqa ta' xbihat!", "Intuża saħansitra l-istess diskors!", "Ommi ma, x'inkubu!", "Ħuta barra mill-ilma", "Kellhom raġun biex ibiegħu l-Arċisqof Charles Scicluna u l-President Emeritu George Abela li f'dawk il-jiem ta' dawn l-attivitajiet li semmejt jgħidu separatament li kienu nkwetati fuq il-qagħda tal-pajjiż.", "Kellhom raġun, inħoss jien, għax li mmorru lura għas-snin 80 b'repetizzjoni ta' dak iż-żmien hija tabilħaqq inkwetanti.", "Sfortunatament, xi wħud fil-Partit Nazzjonalista ma jaħsbuhiex hekk.", "Jistħajlu li tattika li ħadmet għoxrin sena ilu tista' jew għandha mnejn terġa' taħdem illum.", "L-Erbgħa, 6 tax-xahar, iddeċidew li jorganizzaw protesta 'spontanja' quddiem il-qorti.", "Simon Busuttil mar bi ħġaru.", "L-uniku wieħed li mill-filmati deher qisu ħuta barra mill-ilma kien Jason Azzopardi nnifsu.", "Ngħid is-sew, ammirajtu.", "Kemm-il darba sikket in-nies milli jinfexxu f'tgħajjir u kliem ħażin.", "Kemm-il darba nstema' jgħid li ma kienx qed jistenna li ssir dik il-frattarija kollha.", "Kemm-il darba deher iwaqqaf lin-nies milli juru 'ewforija' żejda b'għemilhom.", "Iżda ftit taw kasu għax kollox kien ippjanat.", "Diski antiki", "Għalkemm dawk li kkonċertaw l-attività ħadu ħsieb li jagħmlu storbju kemm setgħu, żgur li ma setgħux ma jkunux diżappuntati bl-għadd relattivament ċkejken ta' nies li semgħu l-għajta tagħhom biex imorru quddiem il-qorti dak in-nhar.", "Dan minkejja li gazzetta bl-Ingliż kellha l-ardir tgħid li marru \"hundreds\" (mijiet).", "Forsi Keith Micallef, dak li kiteb ir-rapport, ma tgħallimx jgħodd wisq.", "Min jaf?", "Minkejja dawn id-diżappunti, Simon Busuttil ma naqasx li jiddiżappunta.", "Kliemu kien à la De Marco fl-aqwa tal-kampanji tiegħu ma' Fenech Adami għoxrin sena ilu.", "\"Dan li qed nagħmlu mhuwiex biex niddefendu l-Oppożizzjoni,\" qal Busuttil, \"Iżda biex niddefendu d-demokrazija.\"", "Ahhhh, erġajna koppi!", "Kemm-il darba smajnieha din fis-snin 80?", "Busuttil irid jikkonvinċina li għandna kriżi ta' demokrazija.", "Diska antika.", "Imma dan ma kienx kollox.", "Qalilna wkoll li se jmur il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Diska oħra antika tas-snin 80!", "Iżda diska li mbagħad indaqqet il-Ħadd ta' wara l-attività u li baqgħet tindaqq sallum u li, bla dubju, se tibqa' tindaqq fil-jiem li ġejjin.", "Offa!", "X'dippressjoni ta' nies!", "Żball kbir", "Ikun żball kbir jekk il-Partit Nazzjonalista jerġa' jibda jirrepeti l-imgħoddi bit-tama li forsi jerġa' jieħu l-istess riżultati ta' għoxrin sena ilu.", "Żball kbir għax jidhirli li, minn dak iż-żmien lil hawn, kbirna xi ftit; tgħallimna xi ftit; immaturajna xi ftit.", "Iżda l-għajjat u l-baxxezzi li rajna l-Belt quddiem il-qorti u quddiem Kastilja ma jurux dan.", "Juru li xi wħud baqgħu mweħħlin fi żmien li ħadd ma jridu jerġa' jżurna.", "Għallanqas nittama li ħadd.", "L-iżball akbar hu dan: li, jekk Simon Busuttil jaħseb li se jikseb simpatija għall-kawża tiegħu, qiegħed jgħarralu; jekk għandu xi punt validu x'jagħmel, b'dan il-mod qed jitilfu.", "Busuttil irid ikabbar is-saħna li skopra billi jwessa' l-kwestjoni u jħallat magħha ħwejjeġ li m'għandhomx x'jaqsmu wisq.", "It-tattika tiegħu tidher arkajka u mqanżħa li ma tistax tagħmillu għajr ħsara.", "Fuq kollox, ma naħsibx li jeżistu wisq nies f'dan il-pajjiż li jridu li l-Partit Nazzjonalista, bħalma għamel b'astuzja fis-snin 80, jerġa' jdaħħalhom fit-tensjoni u l-hemm li ġew iġġenerati b'dannu għall-pajjiż f'dawk iż-żminijiet.", "Politiku matur hu mistenni minnu li jkun aktar rett u meqjus fl-imġieba tiegħu.", "Għala Busuttil qed jixħet għar-riħ il-prudenza konswetudni tiegħu ma nafx.", "Biex jogħġob lil ftit se jiġu umbrat minn ħafna."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/08/is-sajf-sabi-tal-gonna.html", "title": "Is-sajf sabiħ tal-ġonna", "text": ["Ma nafx taqbilx miegħi.", "Jien jidhirli li l-isbaħ żmien tal-ġonna f'Malta u Għawdex huwa s-sajf.", "Jista' jkun minħabba l-qawwa tad-dawl, jew għandu mnejn minħabba l-ġdid li jiżhar fuq l-ixtieli kollha u l-frott u l-ward li jikber bl-abbundanza, xi ħaġa fis-sajf tagħti dehra mill-isbaħ lill-ġnien Malti biex donnu joħroġ l-aqwa tiegħu.", "Il-ħajja tal-ġnien", "Teħodnix li jien xi espert tal-ġonna.", "Hawnhekk niskuża ruħi ma' dawk kollha—li naf li mhumiex ftit f'Malta u Għawdex—li jħobbu l-ġonna, jieħdu ħsiebhom u jitgħaxxqu bihom.", "Ħafna minnhom huma esperti u jifhmu f'dan is-suġġett ħafna aktar minni.", "Jien delettant żgħir li nitgħallem mill-ftit esperjenza li għandi.", "Il-ġnien li nieħu ħsieb jien huwa mdaqqas.", "Ħloqtu jien minn għalqa żdingata u mitluqa.", "Ridt noħloq spazju ta' trankwillità li jgħaxxaq.", "Qatt ma kelli f'moħħi li noħloq xi ġnien à la Ingliża, fejn kollox jidher perfett u ebda werqa ma tkun barra minn lokha.", "Mid-dehra, aħna l-Maltin u l-Għawdxin m'aħniex miġbudin wisq lejn ġonna bħal dawn.", "Donnna aktar inħobb ġodda li għandhom xi ftit tar-'ribelljoni' ġo fihom; ġonna bl-ordni, kollox sew, imma b'kull xorta ta' xtieli u siġar li jingħataw il-libertà li jikbru f'armonija ma' xulxin.", "Għall-anqas il-ġnien tiegħi hekk hu.", "Fih ċertu ordni, imma mbagħad ma rridux qisu kien 'tal-pupi', qisu kollox artifiċjali.", "Irridu jesprimi ċerta libertà bil-miżrugħ fih li kważi kważi jiddeċiedu għalihom infushom kif għandhom ikunu u ma jkunux.", "Is-simetrija sabiħa sa ċertu punt, iżda mhux ir-reġimentalizzazzjoni.", "Il-ħxejjex mhumiex suldati.", "L-għana tal-ġnien.", "M'għandniex x'ingħidu, il-ġnien irid l-ilma.", "Ħafna ilma.", "Speċjalment fis-sajf.", "Wara x-xhur tant nexfin li kellna din is-sena, il-bir ħareġ bħala l-aktar ġid prezzjuż għall-ġonna.", "Għax min m'għandux ħażna ta' ilma tajba għat-tul tas-sajf ma jistax joħlom li jżomm ġnien suriet in-nies.", "Is-sħana tas-sajf tagħna, speċjalment tul Lulju u Awwissu, qalila wisq u kiefra mal-ġonna.", "Għalkemm fis-sajf il-ġonna jisbieħu u jixxettlu f'glorja partikularment tagħhom, dan ma jistgħux jagħmluh mingħajr ilma b'ċerta abbundanza.", "Dan jafu kulħadd, imma fis-sajf dan il-fatt jikber fl-importanza tiegħu.", "Jekk wieħed għandu l-ilma u jsaqqi kuljum jew ta' spiss jista' jserraħ rasu mill-ġmiel tal-ġnien tiegħu fis-sajf.", "Ġmiel tassew, għax, imsoqqijin tajjeb, l-ixtieli jisfruttaw is-saħħa tad-dawl u l-qawwa tas-sħana biex jieħdu ħajja mġedda minnhom u jroddu kull għamla u sura ta' fjur, frott u benna.", "Imsoqqi tajjeb, ġnien fis-sajf jgħanni.", "Il-kliem tal-ġnien", "Is-sajf iġib ukoll il-parassiti tiegħu li, fis-sħana, jiżhedu, joktru u jagħmlu ħafna ħsara jekk wieħed ma jagħtix kashom.", "L-insettiċidji mhumiex l-aħjar soluzzjoni għalkemm xi kultant ma tistax tagħmel mingħajrhom.", "L-aħjar huma soluzzjonijiet naturali, u wieħed m'għandux jieqaf jistudja fuqhom biex japplikahom b'suċċess.", "L-għaxqa ta' ġnien, bħal f'ħafna ħwejjeġ oħra, huwa l-bilanċ.", "Wieħed irid dejjem isib il-qies tajjeb ta' kollox fih ħalli jqawwi d-dgħajjef, iżomm lura l-qawwi u jagħti l-ispazju, iż-żmien u l-opportunità lill-maħluq kollu l-post tiegħu taħt ix-xemx.", "Il-ħajja hija kollha sabieħa, iżda trid tieħu ħsiebha, tħarisha, tindokkraha u tgħinna toħroġ l-aħjar li tista' toffri.", "Ġnien sabiħ u mħares tajjeb m'hawnx prezzu għas-serħan tar-ruħ u għall-għaxqa tal-ġisem.", "Bħalma ġnien jgħanni, il-ħlejjaq ta' ġo fih ikellmuk u jaqsmu s-serenità, il-tpaxxija u l-hena tagħhom miegħek.", "Fuq kollox, jgħallmuk.", "Jgħallmuk li aħna u n-natura ħaġa waħda.", "Bħalma nikbru flimkien, kapaċi mmutu flimkien ukoll."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/08/l-istorja-u-min-jiktibha-history-bottom.html", "title": "L-istorja u min jiktibha / History bottom-up", "text": ["Wasal iż-żmien li nirrevedu biċċiet mill-istorja ta' Malta?", "ENGLISH VERSION FURTHER DOWN", "REĊENSJONI TAL-KTIEB", "A Materialist Revision of Maltese History: 870–1919", "ta' MARK CAMILLERI (SKS, 2016).", "L-istorja nagħmluha aħna waqt li nirrakkuntawha.", "M'għandniex x'ingħidu, ma noħolqux il-fatti li ġraw.", "Noħolqu l-għamla li biha juru lilhom infushom lilna skont xi fasla teoretika jew oħra.", "Fihom infushom, il-fatti huma newtrali.", "Dak li jagħmlu l-istoriċi huwa li jikkodifikaw il-fatti ħalli jiddeterminawlhom is-siwi narrattiv li jkunu jridu jagħtuhom.", "Eżempju tajjeb ta' dan hija l-pubblikazzjoni l-ġdida ta' Mark Camilleri, it-tielet waħda tiegħu, jekk mhux sejjer żball.", "Il-ktieb jipproponi b'mod kuraġġuż, deliberat u intelliġenti r-regoli bażiċi ta' kodifikazzjoni ġdida għan-narrattiva tal-istorja tal-gżejjer Maltin u l-poplu tagħhom.", "Camilleri jersaq qrib ħafna sabiex jagħti raġun lil Theodor Adorno meta dan qal, f'Id-Dijalettiċi Negattivi (1966: 295), li l-\"oġġettività tal-fehma\", l-\"esperjenza tal-vera oġġettività\", hija aktar evidenti fl-\"esperjenza bla lġim\" tal-umanità milli fil-\"fatti mħejjija mill-geġwiġija xjentifika pożittivista\".", "Dan għaliex Camilleri jipprova jaqbad din l-esperjenza spontanja tal-poplu Malti matul iż-żminijiet lil hinn mill-interpretazzjoni storiċi tradizzjonali.", "Fl-istess waqt, Camilleri jipproponi għadd ta' regoli msejsa fuq prinċipji Hegeljani u Marxisti li bihom, skont hu, għandha tinkiteb in-narrattiva storika Maltija.", "Huwa b'dan il-mod, jgħidilna, li jista' biss jinqabad fil-poplu Malti l-'għarfien tiegħu nnifsu'.", "Wieħed m'għandux ikun ħafif iżżejjed biex jiġġudika l-ktieb mid-daqs u t-toqol tiegħu.", "Il-ktieb mhuwiex kbir.", "Jekk tneħħi d-daħla twila iżda fundamentali tiegħu, li tammonta għal madwar 40% tal-ktieb kollu, nibqgħu biss b'sitta u tletin paġna ta' kitba, li fihom, bħalma juri t-titlu tal-ktieb, Camilleri jwiegħed li jżur aktar minn elf sena ta' storja Maltija.", "Dan mhuwiex il-każ.", "Fil-biċċa l-kbira, Camilleri stess juri li din ma kinetx l-intenzjoni tiegħu.", "Dak li jidher li ried kien li jieħu xi ftit eżempji minn diversi perjodi tal-istorja Maltija bħala appoġġ għat-teorija reviżjonista li jipproponi.", "Dan l-iskop seta' laħqu u seta' le.", "Mil-lat tekniku, aktarx kien ikun aħjar li kieku Camilleri qiegħed il-melodija fuq quddiem u l-armonija fuq wara, minflok bil-kontra.", "Fi kliem ieħor, aktarx kien ikun bil-wisq aħjar għall-qarrej li mhuwiex diġà midħla tat-teorija proposta li kieku Camilleri, flok iffoka fuq l-eżempji meħuda mill-istorja riċerkata filwaqt li ħalla t-teorija fl-isfond, fisser sewwa u fid-dettall it-teorija tiegħu matul il-ktieb kollu filwaqt li jġib każijiet mill-istorja bħala eżempji.", "Kif għamel, il-melodija tat-teorija donnha tintilef fl-armonija tal-eżempji.", "Ma kinetx l-armonija li Camilleri ried joħroġ, imma l-melodija.", "Hemm il-periklu li din ma tinstemax biżżejjed jew sa tintilef għal kollox.", "Din tkun ħasra.", "Dak li Camilleri jipproponi hija reviżjoni sħiħa tal-medda kollha ta' kif l-istorja tal-gżejjer Maltin ġiet s'issa interpretata u ppreżentata lill-pubbliku.", "Tassew, mhuwiex l-ewwel wieħed li qed jipproponi dan, iżda ċertament hu l-ewwel wieħed, jidhirli jien, li jissuġġerixxi li dan isir fuq bażi Hegeljana/Marxista.", "Camilleri nnifsu jindika lil Godfrey Wettinger bħala wieħed li ppropona dan bir-riinterpretazzjoni tiegħu, għalkemm fuq bażi differenti, ta' żmien l-Għarab f'Malta.", "Jindika wkoll oħrajn, iżda li ħarġu għonqhom anqas.", "Ħasra li ma jsemmix ukoll lil Frans Sammut, li tant għamel, b'suċċess li għadu relattiv, biex jirriinterpreta żmien il-Franċiżi f'Malta.", "Fi ftit kliem sempliċi, dak li Camilleri jipproponi għar-reviżjoni materjalista tal-istorja tal-gżejjer Maltin huma l-aktar żewġ affarijiet.", "Waħda, li jkunu l-kundizzjonijiet materjali ta' kull żmien partikulari li jittieħdu bħala l-katalist tal-bidla, u mhux l-ideat jew id-deċiżjonijiet apparentement arbitrarji ta' min kien fis-setgħa (li t-tnejn li huma kienu, wara kollox, suġġetti għall-kundizzjonijiet materjali ta' żmienhom).", "It-tieni, li l-perspettiva li tittieħed meta tinkiteb narrattiva storika tkun minn isfel għal fuq, jiġifieri waħda li tkun sensittiva għall-biċċiet iż-żgħar tas-soċjetà (għalkemm kbar fil-għadd) li huma subordinati għal dawk akbar fil-proċessi tal-organizazzjoni u l-bidla.", "Camilleri jsostni li dan l-objettiv doppju jista' jintlaħaq l-aħjar fi ħdan l-istruttura storjografika tal-ħsieb proposta minn Hegel u Marx.", "Dan hu pjuttost ġdid għax-xena Maltija.", "Mijiet ta' kotba, jekk mhux eluf, inkitbu fuq l-istorja tagħna, kemm minn storiċi professjonisti u kemm minn mhux.", "Tista' tgħid li ebda wieħed minnhom ma ħa din il-perspettiva jew issuġġeriha.", "Kien ilu li wasal iż-żmien li xi ħadd jagħmel dan għax il-biċċa tal-kotba tal-istorja tagħna, ukoll jekk magħmulin bl-aktar rieda tajba u b'kuxjenza, mhumiex għajr—bħal fil-każijiet taż-żminijiet tal-Għarab u l-Franċiżi li semmejt qabel—tgħawwiġ sħiħ tal-fatti storiċi.", "Tabilħaqq, il-perspettiva ta' dawn il-kotba, jew, jekk tixtieq, il-fasla teoretika espliċita jew impliċita fil-bażi tagħhom, tagħmel id-differenza kollha.", "Dan hu l-punt ewlieni li Camilleri jagħmel b'dan il-ktieb.", "Bħalma ntqal diġà, l-eżempji li jġib biex ifisser il-punti ewlenin tat-teorija proposta tiegħu mhux dejjem huma kapaċi.", "Aktar dak tas-Sette Giugno huwa l-agħar wieħed fosthom.", "Madanakollu, apparti l-kwestjoni tal-melodija u l-armonija li diġà semmejt, l-aqwa partijiet tal-ktieb huma dawk fejn Camilleri jippreżenta (f'Kapitlu 4) riċerka empirika ġdida u tagħrif li qatt ma ġie mxandar qabel.", "Dan għandu x'jaqsam mal-Kotba tal-Okkurrenzi tal-pulizija stazzjonati fil-belt Valletta u l-Furjana bejn l-1909 u l-1912, u fl-1918.", "F'dawn il-kotba, il-pulizija kienu kuljum fi tmiem ix-xift tagħhom iniżżlu dak li għaddew minnu matul il-jum.", "Huma interessanti ferm, ibaqbqu bil-ħajja u juru ħafna affarijiet fuq il-ħajja Maltija f'dawk iż-żminijiet.", "Għal dan biss, hu diġà tajjeb li wieħed jixtri l-ktieb.", "Imma mhux għal dan biss.", "Jekk xejn, ix-xogħol ta' Camilleri jrid jiftaħ l-għajnejn ta' dawk li jaċċettaw wisq malajr ċerti interpretazzjonijiet tal-istorja, speċjalment dawk li jibqgħu jiġu rrepetuti u rrepetuti qishom kienu xi domma tal-fidi.", "Il-ktieb huwa wkoll sfida biex noqogħdu b'sebat għajnejn x'kotba tal-istorja qed naqraw.", "_____________________________________________________________", "Is it time to revise some interpretations of Malta's past?", "BOOK REVIEW:", "MARK CAMILLERI,", "A Materialist Revision of Maltese History: 870–1919", ", SKS, 2016", "WE CREATE HISTORY WHILE NARRATING IT.", "Of course, we do not create past facts or events, but we do create their way of presenting themselves to us according to one or more theoretical frameworks.", "Facts are", "per se", "neutral.", "What historians do is encode the facts to determine the narrative value which they would like to give them.", "Mark Camilleri's new publication, his third, if I am not mistaken, is not only a good example of this but also a valiant, deliberate and intelligent attempt to propose the basic rules of a new encoding narrative for others to follow when dealing with Maltese history.", "If what Theodor Adorno says in", "Negative Dialectics", "(1966: 295) holds water, that the \"objectivity of cognition\", the \"experience of real objectivity\", is more evident in the \"unleashed experience\" of humanity than in the \"prepared facts of the positivistic scientific bustle\", than Camilleri would seem to be on the right track.", "It is this 'unleashed experience' of the Maltese people along the ages, running counter to traditional historical interpretations, that Camilleri sets out to seek in this book.", "While doing so, he proposes a markedly Marxist and Hegalian set of rules on which such a search should, in his view, be conducted in order to grasp the Maltese people's 'self-consciousness'.", "One must not be too rash to judge the book by its weight.", "It is a small book.", "Excluding the long though fundamental introduction, which amounts to 40% of the whole text, we are left with a mere thirty-six content pages, along which, as the book title promises, we are to revisit more than a thousand years of Maltese history.", "Of course, this is misleading.", "In the large part, it does not seem that Camilleri had any intention of doing so.", "What he seems to have wanted is to draw a few examples from various periods of Maltese history in support of his proposed revisionist theory.", "He may or may not have succeeded.", "Speaking from a technically point of view perhaps it would have been better if he had placed the tune at the fore and the harmony in the background, instead of the other way round.", "In other words, maybe it would have been more helpful to readers still unacquainted with his proposed theory if Camilleri expounded his theory to the full throughout the essay while drawing examples, and possibly much more than he did, from known history than focusing on the examples themselves and leaving the theory, presented so articulately in the introduction, as an almost imperceptible contextual leitmotif.", "Camilleri's main score, it seems, is not the harmony but the tune.", "And the tune might just be missed.", "This would be a pity.", "What Camilleri proposes is a thorough revision of the entire span of how Maltese history had hitherto been interpreted and presented to the public.", "He is not entirely breaking new ground in doing so though certainly, I think, the first to suggest such a revision on Hegelian/Marxist grounds.", "Camilleri himself gives credit to Godfrey Wettinger and his reinterpretation, though on different lines, of Malta's Muslim period.", "He also mentions some others who were less audacious in this line of thought.", "Regrettably, he did not mention Frans Sammut who strove so much, still with relative success, to reinterpret Malta's French period.", "Put in simple terms, what Camilleri proposes in his materialist revision of Maltese history seems to be twofold: one is to take material conditions at any given time as the real catalyst for change rather than ideas or the apparently arbitrary decisions of the powers to be (both of which were subject to prevailing material conditions); and two is to take a bottom-up perspective when narrating history, thus being especially sensitive to those units of society which are small (though quantitatively large) and subordinate to the larger ones in the processes of organisation and change.", "Camilleri submits that this two-pronged objective is best achieved by adhering to the Hegelian/Marxist historiographical structure of thought.", "All of this is quite novel to the Maltese context.", "Hundreds, maybe thousands, of books have been written dealing with our history, both by professional and non-professional historians, and yet almost none of them have taken this perspective or suggested as much.", "It also seems high time that someone did so since most histories, though possibly narrated with the best of intentions, amounted—as in the Muslim and French periods mentioned above—to nothing less than pure distortions of the facts.", "Indeed, the perspective, or, if you like, the explicit or implicit theoretical framework underlying such research works, makes all the difference.", "This is what Camilleri tries to drive home with this book.", "As mentioned above, the examples he draws to illustrate his main theoretical point do not all stand up square and straight.", "Probably, the Sette Giugno one most of all. However, apart from the tune vs. the harmony issue which I mentioned above, the best parts of the book are probably those where Camilleri presents (in Chapter 4) new empirical research and previously unpublished historical information.", "This has to do with the Occurrence Logbooks of the police stationed in Valletta and Floriana during 1909 through 1912, and 1918, in which, at the end of their shifts, officers wrote their daily toils and troubles.", "They are exceedingly interesting, fresh and revealing.", "For this alone the book is worth a read.", "Of course, it is worth more than this.", "If anything, Camilleri's work is an eye-opener to beware accepted interpretations of history which have become stale by repetition and a sort of historical dogma.", "It is also a challenge to double-check our history books.", "Appreared in", "The Sunday Times of Malta", ", insert", "Escape", ", on 31 July, 2016."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/08/in-nasserizmu-bala-gajn-tal-sieb_31.html", "title": "In-Nasseriżmu bħala għajn tal-ħsieb politiku ta' Mintoff", "text": ["Mintoff ma waqax mis-sema.", "Kien hemm diversi kuntesti u bosta għejun għall-ħsibijietu u għall-personalità kumplessa tiegħu.", "Hawnhekk ma rridx intawwal wisq fuq xi waħda minnhom.", "Xtaqt biss insemmihom biex naħsbu ftit fuqhom u biex jgħinuna ħalli nibdew inwessgħu daqsxejn il-perspettiva li jista' jkollna tal-Perit.", "Niftaħ biss fuq waħda minn dawn l-għejun.", "Qabel xejn, nibda biex insemmi għadd ta' għejun ewlenin li jidhirli huma relevanti għat-tiswir tal-personalità u l-ħsibijiet tal-Perit Mintoff.", "Dawn li se nsemmi jistgħu ma jkunux l-uniċi għejun tiegħu, iżda aktarx huma l-ewlenin.", "L-għejun minuri għalissa mhu se nsemmihom xejn.", "L-ewwel, jidhirli li hemm mill-anqas tliet għejun ewlenin li, b'modi u intensitajiet differenti, sawru l-ħsieb u l-personalità bikrin ta' Mintoff.", "Dawn huma:", "Ommu,", "Il-familja ta' missieru u", "It-tabib Pawlu Boffa.", "Dawn l-influwenzi jidhru li kienu determinanti, f'din l-ordni li semmejthom, għal dak li l-Perit Mintoff kellu jkun, kemm personalment u kemm pubblikament.", "It-tieni, jidhirli li hemm mill-anqas tliet għejun ewlenin oħra li, b'modi u intensitajiet differenti wkoll, sawru l-ħsieb politiku bikri ta' Mintoff.", "Dawn huma:", "Reggie Miller,", "It-tabib Turu Colombo u", "Mabel Strickland.", "Dawn it-tlieta min-nies taw sehem qawwi biex, speċjalment fil-bidu tal-karriera politika tiegħu, Mintoff jagħraf il-kwalitajiet predominanti tagħhom u jħares lejhom xi ftit jew wisq bħala mudelli tiegħu fil-ħajja pubblika, anki jekk eventwalment issuperahom ilkoll bil-kbir.", "It-tielet, jidhirli li hemm mill-anqas żewġ għejun ewlenin oħra li, ukoll b'modi u intensitajiet differenti, sawru l-ħsieb politiku aktar matur ta' Mintoff.", "Dawn huma:", "Il-Fabian Society tal-Ingilterra u", "Gamal Nasser tal-Eġittu.", "Dawn iż-żewġ għejun politiċi jistgħu jintlemħu bi sfumaturi differenti f'ħafna mill-ħsibijiet li xandar, għallem u ħadem bihom il-Perit Mintoff tul il-karriera politika twila tiegħu, kemm b'mod ġenerali kif ukoll fid-dettalji.", "Għajr ftit fuq il-Fabian Society, dwar dawn it-tmien għejun ewlenin ma nkitibx wisq, partikularment f'rabta mal-influwenzi fuq il-Perit Mintoff.", "Dan lanqas jien ma se nagħmlu hawnhekk.", "Però, minħabba li aktarx hi l-anqas waħda magħrufa, u jista' jkun li hi wkoll l-anqas waħda li sar stħarriġ professjonali dwarha, xtaqt naqbad kemxejn mal-aħħar għajn ewlenija biss, dik ġejja minn Gamal Abdel Nasser (1918–1970), il-mexxej Eġizzjan li bejn l-1954 sa mejtu kien it-tieni President ta' pajjiżu.", "Fil-bidu tal-1956, Mintoff stieden Malta lil Nasser.", "Minkejja li f'dak iż-żmien Mintoff kien Prim Ministru, dan ma kellux il-jedd kostituzzjonali jagħmlu għax l-affarijiet barranin ma kinux f'idejn il-gvern Malti.", "L-istedina niżlet wisq morra mal-mexxejja Britanniċi, u aktarx dak kien il-ħsieb li kellha, kemm min-naħa ta' Mintoff (li ried juri snienu) u kemm min-naħa ta' Nasser (li l-istedina aċċettaha biex ibaqbaq lill-Britanniċi).", "Nasser spiċċa biex qatt ma żar Malta, fil-fatt, u meta fl-1971 Mintoff tela' fil-gvern għat-tieni darba, Nasser kien diġà miet.", "Mintoff żar lil Nassar fl-1960.", "Il-laqgħa tagħhom kienet kruċjali, kemm għax Nasser jidher li f'dak iż-żmien kien ta lil Mintoff gwida u kuntatti determinanti fil-qasam tal-affarijiet barranin (li Mintoff segwiehom fedelment) u kemm għax, kif fehmu sewwa l-Britanniċi f'dak iż-żmien, ikkonfermat in-Nasseriżmu ta' Mintoff.", "It-terminu 'Nasseriżmu' jirreferi għal idealoġija politika direttament imnebbħa mill-fehmiet ta' Gamal Nasser.", "Hija għaġna ta' elementi soċjalisti, repubblikani, nazzjonalistiċi u anti-imperjalistiċi.", "Feroċement anti-kommunista u anti-kapitalista, kienet ukoll tħaddan politika newtrali u non-alineata, u tisħaq fuq is-solidarjetà bejn il-pajjiżi ta' din il-fehma.", "Minkejja r-respett tagħha lejn ir-reliġjonijiet, in-Nasseriżmu kien ideoloġija sekulari li, internament, jiffoka l-aktar fuq il-ġieħ nazzjonali, il-ġustizzja soċjali, l-immodernizzar mgħaġġel u l-industrijalizzazzjoni.", "Wieħed ma jridx wisq għerf biex jintebaħ li n-natura u l-obbjettivi ewlenin tan-Nasseriżmu donnhom xbieha identika tal-politika li llum nassoċċjaw ma' Mintoff.", "Wieħed lanqas ma jistagħġeb li Nasser kien minn ta' quddiem fit-twaqqif tal-AAPSO fl-1957 u tal-Moviment Mhux-Alineat fl-1961, żewġ organizzazzjonijiet li r-rabta magħhom tal-Partit Laburista mmexxi minn Dom Mintoff hija magħrufa biżżejjed.", "Diverġenzi bejn Mintoff u n-Nasseriżmu kien hemm ukoll.", "Ibda biex, Mintoff qatt m'aċċetta li jissieħeb mal-mibegħda u l-oppożizzjoni ta' Nasser għall-Iżrael u ż-Żijoniżmu.", "Mintoff dejjem żamm relazzjonijiet tajba mal-Iżrael u mal-mexxejja Żijonisti, ukoll meta dan ma kienx faċli.", "Imbagħad, barra hekk, Mintoff qatt m'għamel bħal Nasser meta dan ħalla l-Unjoni Sovjetika tkabbar bil-mod il-mod is-saħħa u l-influwenza tagħha fl-Eġittu.", "Mintoff qatt ma ta l-iċken wiċċ lill-Unjoni Sovjetika.", "Dokumenti offiċjali tal-gvern Britanniku mill-ewwel nofs tas-snin sittin tas-seklu l-ieħor jirrikonoxxu ċar u tond li Mintoff", "\"has been much influenced by Nasser\"", "(kien influwenzat ħafna minn Nasser).", "Dan l-influss ma deherx evidenti biss fir-relazzjonijiet barranin u fil-politika interna tiegħu.", "Deher fl-ispirtu nnifsu tal-moviment Laburista Mintoffjan.", "Dan għaliex in-Nasseriżmu, bħall-Mintoffjaniżmu, kien metafora anti-kolonjalista qawwija b'immaġinarju revoluzzjonarju u dinamiku ferm li storikament irrappreżenta waqt ta' tranżizzjoni minn fasla soċjali msejsa u orjentata madwar tradizzjonaliżmu qawwi għal għamla soċjali oħra li riedet tassorbi l-modernità sekulari.", "Dan aktarx ifisser għala n-Nasseriżmu u l-Mintoffjaniżmu jaqblu wkoll fil-kontradizzjonijiet u l-ambigwitajiet li ħaddnu u li għal xi wħud minnhom baqgħu magħrufa sal-lum.", "RITRATT: Mintoff u Nasser l-Eġittu fis-26 ta' April tal-1960 waqt il-", "'Goodwill Mission'", "tal-Partit Laburista fil-pajjiżi tal-Mediterran."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/05/gvern-prevedibbli.html", "title": "Gvern prevedibbli", "text": ["Waħda mir-raġunijiet għala xi wħud ma kinux jaħmlu lil Mintoff, kemm fuq il-livell politiku kif ukoll fuq dak privat, kien minħabba l-imprevedibbiltà tiegħu.", "Warajh, Fenech Adami u Gonzi għamlu ħilithom biex jagħtu impressjoni qawwija ta' prevedibbiltà lill-gvernijiet tagħhom.", "Joseph Muscat mhux anqas.", "Minkejja dan, hija l-imprevedibbiltà li tagħmel persuna jew politiku interessanti.", "Parti mill-istint", "Il-prevedibbiltà tissuġġerixxi stabbiltà u serħan il-moħħ.", "L-aktar ħaġa li l-annimali kollha jobogħdu hija l-imprevedibbiltà.", "L-annimali ma jħobbux sorpriżi.", "Is-sigurtà tagħhom iħossuha tiddependi ħafna fuq li jkunu jafu sewwa x'inhu jiġri madwarhom u li xejn ma hu se jeħodhom għall-għarrieda.", "Dan jagħtihom sens ta' kontroll.", "Kulmin jikkaċċja l-annimali jaf tajjeb li, biex ikollu suċċess fil-kaċċa tiegħu, in-nases li jħejji jridu jkunu moħbija taħt is-satra tal-korsa normali tal-affarijiet.", "Il-prevedibbiltà hija kenn għall-annimali daqskemm il-qerda tagħhom.", "Għax huma dejjem prevedibbli, tista' tingannahom kif trid.", "Jiġini f'rasi bħalissa l-periklu li jiffaċċja t-torero fl-arena tat-barrin.", "Minkejja l-qawwa tremenda tiegħu, it-toru huwa perfettament prevedibbli.", "Hu dan li jagħmlu dgħajjef u lest għall-qatla.", "Toru imprevedibbli jsejħulu \"mbagħbas\", ħaġa li tibdlu f'oppożitur mortali.", "Bħall-annimali, aħna wkoll miġbuda lejn il-prevedibbiltà b'mod naturali.", "Għalkemm is-sorpriżi ma jonqsux il-ħin kollu, nagħmlu minn kollox biex jiemna u ħajjitna jkunu prevedibbli kemm jista' jkun.", "Mingħajrha, l-illużjoni ta' sigurtà li tant nogħxew biha u ngħożżu tinħatt u nħossuna vulnerabbli, dgħajfa u maħkuma minn fatalità krudili.", "L-imprevedibbiltà ta' Mintoff", "Mintoff kien famuż għall-imprevedibbiltà tiegħu.", "Din kienet waħda mill-bixriet ewlenin tiegħu li tagħtu qawwa, seher u, fl-istess ħin, dgħufija.", "Ħadd ma seta' jħabbatha miegħu minn dan il-lat.", "Għalkemm l-għedewwa tiegħu fittxew li jużawha għall-vantaġġ tagħhom billi jkabbruha lil hinn minn kull proporzjon u minn kull għaqal.", "Fenech Adami kien il-mastru f'dan.", "L-imprevedibbiltà kienet għodda li ġabet lil Mintoff foħrija daqskemm stmerrija.", "Għax sakemm is-sorpriżi toħloqhom int, il-ħabel jibqa' f'idejk.", "Meta joħloqhomlok ħaddieħor, ikun ħataflek ir-riedni tal-inizzjattiva.", "Din kienet dgħufija li l-mexxejja politiċi kollha ta' wara Mintoff ma ridux li jbatu minnha.", "Għaldaqstant fittxew li jħaddmu t-tmexxija tad-dekor billi jħaddnu l-politika tal-prevedibbiltà.", "Minkejja li l-prevedibbiltà hija l-qagħda tal-medjokri, il-politiċi konvenzjonali jippreferu jkunu tedjanti milli telliefa.", "L-ambizzjoni tagħhom hi akbar mill-vantià li għandhom.", "Aktar minn hekk, huma jagħarfu tajjeb li d-dehra ta' prevedibbiltà tista' tkun ta' vantaġġ għal min jużaha biex jinsatar warajha.", "Għax meta tagħti lil ħaddieħor impressjoni ta' sigurtà ġġegħilu jniżżel id-difiżi tiegħu u jiftaħlek il-bieb tal-isfruttament.", "Tipperfezzjona n-natura", "Il-gvern ta' Joseph Muscat jitmeżmeż milli jagħti impressjoni ta' imprevedibbiltà għax jibża' mill-iżvantaġġ li nisslet lil Mintoff daqskemm jobgħod il-vantaġġ li tat lil Fenech Adami.", "Tiegħu ma tistax tkun ġenerazzjoni rebbieħa jekk ma titgħallimx mill-imgħoddi.", "Iżda l-imprevedibbiltà, meta mħaddma bis-sengħa, hija l-isbaħ kwalità li jista' jkollu.", "Hija wkoll l-aqwa għodda li jista' jħaddem.", "Jista' jkun li hija ħasra li Mintoff mhuwiex miżmum b'imgħallem biżżejjed fl-arti tat-tmexxija, u li t-tagħlimiet ta' Fenech Adami għadhom ma ġewx murija biżżejjed għal dak li tabilħaqq kienu.", "Għandu mnejn li l-istudju tas-sengħa tat-tmexxija ta' dan l-aħħar nofs seklu għad irid jara ħakma aktar xierqa.", "L-imprevedibbiltà mhijiex dnub.", "Hija l-ħila tal-għaref u l-vantaġġ ta' min jaf jistenna.", "Hija s-sigriet tal-interess u l-leħħa ta' min imexxi flok jitmexxa.", "L-imprevedibbiltà hija s-sengħa ta' min jaf jippjana fit-tul, ta' min jaf fejn irid jasal u ta' min jaf jagħti s-sorpriżi.", "Fuq kollox, hija l-ispazju ta' min irid jaqleb il-logħob.", "L-imprevedibbiltà hija kontra l-istint.", "Tipperfezzjona n-natura."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/03/regget-is-siega-tal-libja.html", "title": "Reġgħet is-siegħa tal-Libja?", "text": ["L-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea donnhom reġgħu qegħdin iħejju għal attakki militari ġodda fil-Libja.", "Fil-bidu ta' din is-sena, uffiċjali għoli tal-militari Britannika wieġeb lil ġurnalista tad-Daily Telegraph li l-affarijiet jidhru mexjin fid-direzzjoni ta' attakk ieħor mill-ajru fuq il-Libja, din id-darba bl-iskuża li jridu jikkumbattu s-sellieta tal-Istat Iżlamiku.", "Attakk imminenti?", "Xahar ilu, in-New York Times ħabbret li t-titjiriet ta' sorvelja min-NATO żdiedu bil-qabda.", "Sadattant, żdiedu wkoll missjonijiet sigriet ta' stħarriġ fuq l-art.", "Filwaqt li n-NATO għandha mas-6,000 suldat lest għat-taqbid fil-Libja, qegħdin isiru laqgħat mal-gvernijiet tal-Magreb biex iħajruhom jissieħbu f'koalizzjoni oħra ta' azzjoni militari.", "Wara l-attakki tal-2011, li fihom kien tneħħa mill-poter u nqatel Gaddafi, il-Libja qatt ma ħadet ir-ruħ.", "Dan kien l-iskop tal-Punent, wara kollox: li l-Libya tkun post politikament destabbilizzat u suxxettibbli għall-isfruttament.", "Iżda l-Punent ma jaċċettax li jkun hemm ebda struffament jekk mhux minnu jew ikkontrollat minnu.", "Is-sellieta tal-Istat Iżlamiku jidher li fixklu dan il-pjan u se jagħtu lill-Punent skuża komda għal intervent militari ieħor.", "Għalkemm uffiċjalment il-mira tal-intervent mistenni għandha tkun is-sellieta tal-Istat Iżlamiku, mhuwiex qiegħed jiġi eskluż li jistgħu jidħlu fil-mira obbjettivi oħra li, mill-2011 lil hawn, ma ġabux ruħhom sew skont il-pjan tal-Punent.", "Bi żball jew bil-ħsieb, dawn jistgħu jikluha wkoll waqt li kulħadd ikun fiż-żifna.", "Gvern ta' għaqda?", "Infatti, waqt li qegħdin isiru dawn it-tħejjijiet għal intervent militari ieħor, il-komunità internazzjonali, fir-ras tagħha l-Ġnus Magħquda u l-Komunità Ewropea, qiegħda tfittex li twaqqaf gvern ġdid fil-Libja ħalli jieħu post it-tnejn li hemm bħalissa.", "Il-ħsieb hu li jitwaqqaf gvern li, biex taparsi jġib l-għaqda bejn il-partijiet mifruda, ikun għal kollox taħt il-kontroll tal-Punent.", "Il-ħsieb jidher li hu li, la darba jitwaqqaf dan il-gvern ġdid, ikun hu stess li jitlob l-intervent militari bħala għajnuna sabiex iġib u jżomm il-kontroll.", "Il-pjan, għallanqas, dan jidher li hu.", "Dan it-tentattiv ta' pjan diġà beda jseħħ meta f'Diċembru li għadda, fil-Marokk, ġie ffirmat ftehim għal gvern ta' għaqda fil-Libja.", "Kienu l-Istati Uniti tal-Amerika li fasslu dan il-ftehim u wasslu għall-iffirmar tiegħu.", "Jekk dan it-tentattiv li l-gvern il-ġdid ta' għaqda ma jseħħlux iwarrab min-nofs liż-żewġ gvernijiet kurrenti tal-Libja (u, għalhekk, ma jkunx hemm sejħa interna għal intervent militari), hu maħsub li l-intervent xorta jsir.", "Mill-bieb jew mit-tieqa, il-Punent, instigat mill-Istati Uniti u l-Gran Britannja, beħsiebu jerġa' jindaħal fil-Libja bil-forza.", "Żball repetut?", "L-attakki jistgħu jkunu l-aktar madwar Darma fil-lvant tal-pajjiż, Tripli fil-punent, Bengażi, imma l-aktar tul il-250 kilometru ta' kosta bejn Abugrein u Bin Jawad madwar Surt.", "Ftit għajnuna tista' tinstab mil-Libjani nfushom li, għal dawn l-aħħar erba' snin—mill-waqa' ta' Gaddafi lil hawn—m'għamlu xejn ħlief jiġġieldu lil xulxin skont it-tribujiet tagħhom.", "Il-pjan oriġinali, jiġifieri li l-Libja tkun taħt il-kontroll tal-Punent, ma rnexxiex.", "Il-pajjiż jinsab fi stat ħafna agħar milli kien fi żmien Gaddafi.", "Jidher li ma teżisti ebda għama ta' kuntatti diplomatiċi mal-Istat Iżlamiku.", "L-unika soluzzjoni li aktarx qiegħda tiġi kkunsidrata hija biss vjolenti u militari.", "Donnu l-iżball tal-2011 jinsab fuq il-punt li jerġa' jiġi rrepetut.", "Hi din l-akbar ħasra.", "Li l-istrategi tal-gwerra qatt ma jaqtgħu qalbhom milli jibqgħu jużaw għalxejn l-istess mezzi minkejja li jaraw li r-riżultat mhuwiex qiegħed jinkiseb, inqar jekk ikun ħażin.", "Jafu biss jipproponu li jżidu l-intensità, li ma ssolvi xejn xorta waħda.", "L-istrategi ma jemmnux b'mezzi paċifiċi.", "Probabbli lanqas biss jafu x'inhuma.", "Ma jużawhomx għax moħħhom hu marid bil-vjolenza li tippoża ta' soluzzjoni.", "Il-vjolenza hi attriċi xiħa li l-linji tagħha ma jaqblu qatt mal-plot."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/03/is-soluzzjoni-tal-vjolenza.html", "title": "Is-soluzzjoni tal-vjolenza", "text": ["X'tagħmel ma' bniedem li jisfidak?", "Kif iġġib ruħek ma' persuna li tuża' s-setgħa tagħha fuqek biex tgħaddi tagħha?", "Kif twieġeb lil min jumiljak?", "X'tagħmel quddiem bniedem li jrid ibaxxik?", "Dawn huma ċirkustanzi reali li jista' jkun ġejna xi ftit jew wisq wiċċ imb'wiċċ magħhom.", "Huma waqtiet li jheżżu l-fehmiet u t-twemmin tagħna dwar x'inqisu bħala tajjeb u xieraq quddiem il-vjolenza.", "Iqegħulna quddiemna mistoqsijiet qawwija: Kif inwieġbu għall-vjolenza?", "Kif għandna nġibu ruħna quddiemha?", "X'inhi s-soluzzjoni tal-vjolenza?", "Essenzjalment, il-vjolenza hija l-użu tal-forza fuq ħaddieħor jew fuq xi ħaġa.", "L-iskop ewlieni u aħħari tagħha huwa li ġġiegħel lil xi ħadd jew xi ħaġa jagħmel jew tagħmel dak li trid int u mhux dak li jrid hu jew hi.", "Ovvjament, il-vjolenza tiddispensa minn kull kunsens.", "Fuq kollox, tiddispensa mir-raġuni.", "Il-vjolenza tista' tkun ta' bosta għamliet (żgur mhux biss fiżika).", "Xi wħud jemmnu li l-użu tal-vjolenza hu xi kultant ġustifikat, imqar f'sitwazzjonijiet rari u eċċezzjonali.", "Oħrajn, għalkemm dan ma jemmnuhx, isibu li l-vjolenza tista' tiġi magħfusa fuqhom bħala l-aħħar alternattiva disperanti.", "Kontra dawn, bosta jżommu li l-vjolenza ma hi qatt u taħt l-ebda ċirkustanza ġustibikabbli.", "Jekk inqisu bħala raġunat il-prinċipju miżmum minn Platun li l-vjolenza tagħmel ħsara l-ewwel u qabel kollox, kif ukoll l-aktar, lil min jużaha (u mhux lil min jirċeviha), allura nistgħu faċilment nintebħu min, minn fost dawn li semmejna, għandu l-aktar raġun.", "Irridu nkunu boloh biex nixtiequ jew nagħmlu ħsara volontarja lilna nfusna.", "Ukoll jekk iebsa, f'ċirkustanzi ordinarji l-għażla tagħna tista' ma tkunx diffiċli wisq.", "Iżda x'jibqa' minnha f'oħrajn eċċezzjonali.", "Jien dejjem insibni naħseb fuq dan l-eżempju estrem: nagħtu każ li kont ta' età imfarfra jew adulta f'nofs is-snin erbgħin tas-seklu l-ieħor, u n-Nażi invadew lil Malta u bdew joqtlu addoċċ lil kulmin ifettlilhom, ... jien x'kont nagħmel?", "Kif kont inġib ruħi?", "X'pożizzjoni kont nieħu?", "Naqbel magħhom, le.", "Nikkoopera magħhom, anqas.", "Kont insibha ġo fija li nissieħeb mar-reżistenza (vjolenti)?", "Jew kont noqgħod bi kwieti, nipprova nibqa' ħaj u nsostni xi ideal nonvjolenti?", "Lil Gandhi spiss kienu jistaqsuh kinetx taħdem il-filosofija tiegħu tan-nonvjolenza kontra l-aggressjoni ta' Hitler.", "Sostanzjalment, it-tweġiba ta' Gandhi dejjem kienet tkun f'żewġ partijiet.", "Waħda, li n-nonkooperazzjoni nonvjolenti hija għamla ta' azzjoni fuq tul ta' żmien u mhux xi arma li toħroġha biex tegħleb il-vjolenza ta' ħaddieħor.", "Tnejn, li n-nonkooperazzjoni nonvjolenti ma tfissirx li ma timplikax sagrifiċċji kbar (possibbilment anki l-mewt) għal min jipprattikaha.", "Qiegħed ngħid dan għaliex spiss nisimgħu lil min iqiegħed f'miżien lil Hitler u lil Gandhi bħala rappreżentanti ta' żewġ poli opposti.", "Min jagħmel hekk narah ikun qiegħed jibbanalizza l-vjolenza ta' Hitler daqskemm in-nonvjolenza ta' Gandhi, jew ukoll ir-raġunijiet għala seħħew l-ewwel u t-tieni gwerer dinjija (bħalma wkoll kull gwerra oħra).", "Iżda biex nerġa' niġi għall-eżempju ta' Malta okkupata min-Nażi, naħseb li fiċċirkustanzi dmiri kien ikun li nfixkel lin-Nażi kemm jista' jkun", "mingħajr", "ma noqtol lil ħadd.", "Naħseb li, fl-istess ħin, kont b'kull mezz possibbli nagħmel il-qalb lill-vittmi u nipprova nikkonvinċi lin-Nażi jieqfu mill-vjolenza.", "Iżda li noqtol lil min irid joqtolni naraha bħala kontradizzjoni daqskemm li (f'ċirkustanzi anqas gravi) nuża l-vjolenza biex imwaqqaf il-vjolenza.", "Kif nista' ma nkunx kontradittorju jekk ningħata għal dak li fl-istess nifs qiegħed nikkundanna? ...", "Dan", "minkejja", "d-dgħufija tal-bniedem vjolenti li jien minħabba t-trobbija tiegħi f'soċjetà vjolenti u d-dispożizzjoni Mediterranja (kemxejn irraxxibbli) tan-natural tiegħi.", "Apparti l-ġlied immedjat kontra l-vjolenza, jidhirli li hu bil-wisq aktar meħtieġ u raġunat li nagħtu aktar siwi—ħafna aktar—lit-trobbija tal-kultura tal-paċi (xi ftit jew wisq kif kien iżomm Gandhi).", "Kundizzjonijiet ta' vjolenza llum jew għada jġibu l-vjolenza; kundizzjonijiet ta' paċi jġibu l-paċi.", "Kif diġà ssuġġerejt, kemm f'pajjiżna nħejju għal kultura bħal din hu dubjuż ħafna.", "Aħna aktarx nittrabbew midħla ta' ħafna suriet ta' vjolenza li jidħlu f'demmna.", "Il-vjolenzi fiżiċi, sesswali, emozzjonali, psikoloġiċi, spiritwali, kulturali, verbali u oħrajn, huma hekk parti mit-trobbija normali tagħna li titkexkex jekk taħseb fuq it-taħlita li jagħmlu flimkien.", "Għaldaqstant, jista' jkun li wieħed jifhem għala l-ewwel li jiġi f'moħħna quddiem il-vjolenza jew it-theddida tagħha huwa li nwieġbu bil-vjolenza.", "Jew ukoll li nqisu xi għamla ta' vjolenza bħala soluzzjoni għall-vjolenza.", "X'tista' tistenna minn nies vjolenti mrobbijin fil-vjolenza u disposti għall-vjolenza?", "Iżda jekk nemmnu li qatt ma hu raġunat, sensat jew prattiku li nużaw il-forza fuq ħaddieħor jew li nġiegħlu lil xi ħadd jagħmel jew tagħmel bilfors dak li rridu aħna—l-istess bħalma ma rridux li ħaddieħor jagħmel hekk magħna—allura rridu nerġgħu naħsbuha qabel ma nagħżlu l-vjolenza bħala xi soluzzjoni għall-vjolenza."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/05/is-socjalist-galliem.html", "title": "Is-soċjalist għalliem", "text": ["Is-soċjaliżmu u t-tagħlim jimxu id f'id.", "Kull soċjalist ta' stoffa dejjem kien edukatur.", "Dan għaliex is-soċjaliżmu huwa mod partikulari ħafna ta' kif wieħed iħares lejn ir-realtajiet ta' madwaru.", "L-ewwel xejn, is-soċjaliżmu huma mentalità u viżjoni; imbagħad hu azzjoni fil-prattika li tieħu ħafna suriet.", "Ktieb ġdid", "Illum qiegħed jiġi varat ktieb ġdid ta' sebgħa u tletin novella ta' tulijiet differenti mxandrin bejn l-1924 u l-1969 mill-Belti Nikol Biancardi (1904–1969) u miġbura minn Donna-Lynn Calleja.", "Il-ktieb huwa parti mis-Sensiela Kotba Soċjalisti.", "Il-ktieb jinkudi wkoll bijografija dettaljata ta' Biancardi u kummenti kritiċi fuq ix-xogħlijiet letterarji tiegħu.", "Ħasra li ma żiedx ma' dawn werrej ta' ismijiet u temi ta' referenza.", "Nikol Biancardi kien wieħed mill-pijunieri tal-Partit Laburista Malti, letterat u kittieb tal-Malti.", "Il-kitbiet tiegħu jinkudu poeżij, novelli, drammi u artikli.", "Kien wieħed mis-soċjalisti 'radikali' ta-snin tletin li ħadem għaċ-ċelebrazzjoni ta' Jum il-Ħaddiem għall-ewwel darba fl-1926.", "Għal xi żmien kien segretaru tal-Partit Laburista.", "Is-sentimenti soċjalisti u laburisti tiegħu Biancardi esprimiehom l-aktar f'kitbiet politiko-soċjali, fosthom il-ftit novelli mxandra fil-ktieb il-ġdid Il-Ħalliel tal-Mejtin u Novelli Oħra li ħareġ illum.", "L-istejjer huma għaxqa għal min iħobb l-ilsien Malti, sempliċi biex jifhimhom kulħadd u maħsuba biżżejjed biex wieħed jirrifletti fuqhom.", "Materjal ġdid u mirqum", "Is-sbuħija tan-novelli mxandra mhuwiex biss fl-użu mirqum tal-ilsien Malti.", "Fihom ukoll dehra tal-ħajja Maltija fl-aspetti l-aktar ordinarji tagħha, speċjalment fost il-popolin, u ħjiel tal-ħsieb Malti fiż-żmien li nkitbu.", "Ngħidu aħna, ma jinqsux li jixirfu xi preġudizzji tal-epoka u xi kliem politikament inadegwat.", "In-novelli juru dak li nistgħu nsejħulu 'pathos', jiġifieri sentimenti profondi li kapaċi joħorġu minn qalb li tħobb u tħoss.", "Il-kitbiet ta' Biancardi jixhdu għall-imħabba tiegħu tal-ħaddiem u taż-'żgħir' fis-soċjetà, kif ukoll għas-sensittività tiegħu għall-weġgħat u t-tbatijiet tan-nies.", "Il-bijografija inkluża fil-ktieb hija prezzjuża għax fiha ħafna materjal bir-reqqa (xhieda ta' riċerka metikoluża u attenta) u materjal ġdid, għall-anqas għal min, bħali, ma kienx jaf wisq fuq Biancardi.", "Siewja wkoll huma l-kummenti kritiċi tal-awtriċi Calleja.", "Għaldaqstant, il-ktieb hu miżgħud sorpriżi mill-bidu sal-aħħar, iddisinjat b'arti (grazzi lil Gaetan Cilia) u ppreżentat b'ħafna kura (grazzi lill-SKS).", "Għalliem soċjalista", "Fuq kollox, Biancardi joħroġ bħala soċjalist fin u perspettiv li, bil-mod u l-manjiera tiegħu, ifittex li jgħallem u jeduka.", "Il-kitbiet tiegħu, kemm dawk f'dan il-ktieb ta' Donna-Lynn Calleja u kemm oħrajn imsemmijin fil-bijografija u l-kummenti kritiċi, juru li l-viżjoni tiegħu tar-realtajiet ta' madwaru kienet mimsusa minn interpretazzjoni li tiġbor fiha sens liberali ta' ġustizzja.", "Mill-ktieb wieħed jista' jintebaħ li x-xbieha ta' Biancardi taqbel ma' min iżomm li s-soċjalist awtentiku, taħt il-ħidma soċjali u politika tiegħu, huwa għalliem.", "Dan għaliex iħoss il-ħtieġa li jiftaħ għajnejn ħaddieħor għal analiżi tal-istrutturi inġusti tas-soċjetà, għal qagħda aktar ħielsa tal-individwi u għal xewqa ta' dinja aktar ġusta.", "Illum ħafna attivisti xellugin huma nieqsa minn dan minħabba li t-tħejjija u t-taħriġ ideoloġiku tagħhom mhux biss huma mkittfin iżda wkoll difettużi.", "Jiena jidhirli li għandna nkunu grati lejn Donna-Lynn Calleja talli tatna dan il-ktieb u, lili l-ewwel wieħed, għenitna niskopru lil Nikol Biancardi.", "Ħajr xieraq ukoll lil kulmin ħadem magħha biex twassal ix-xogħol tagħha għad-dawl, kemm dawk fl-Università ta' Malta u kemm kulmin għenha fir-riċerka u l-pubblikazzjoni tal-ktieb.", "Tagħmel tajjeb li tfittex li tikseb kopja tiegħu.", "Jien ma ddispjaċinix.", "Ktieb ġdid ta' Mark Montebello bi studju dwar il-Kantilena ta' Pietru Caxaru", "Agħfas fuq ix-xbieha biex tniżżlu PDF b'xejn"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/03/l-gazz-demokratiku.html", "title": "L-għażż demokratiku", "text": ["Il-valuri ta' komunità demokratika ma jiġux mgħallma imma mgħajxa.", "Ftit li xejn f'Malta u Għawdex hawn ċittadini li tabilħaqq għexu f'demokrazija.", "Jekk xi ħadd għadu jaħseb li bħalissa qegħdin ngħixu f'soċjetà demokratika huwa jew diżilluż jew ma jafx x'inhi demokrazija.", "Aktarx, fil-fatt, għandu mit-tnejn.", "Din li ngħixu fiha mhijiex soċjetà demokratika.", "Għax, għalkemm fuq il-karta tidher hekk, fil-prattika ftit li xejn hija dak li tgħid li hi.", "Evidentement, hija soċjetà li tfaħħar ħafna d-demokrazija.", "Imma mbagħad, fl-istess waqt, hija soċjetà li temmen f'ħafna għamliet ta' vjolenza, kemm fit-teorija u kemm fil-prattika, kemm b'mod espliċitu u kemm impliċitament.", "Hija soċjetà li tagħti setgħat bla qies (u bosta drabi immunabbli) lill-gvern.", "Hija soċjetà li tistrieħ fuq il-qawwa tal-pulizija u s-servizzi sigrieti tagħha.", "Hija soċjetà fejn iċ-ċittadin m'għandux setgħa effettiva, imma biss deputata u rappreżentattiva.", "Hija soċjetà li fiha ċ-ċittadin jinsab f'taqtiegħa għall-flus u għajxien deċenti.", "Hija soċjetà mibnija fuq it-taxxi tal-poplu.", "Hija soċjetà fejn iċ-ċittadin m'għandu ebda influwenza fuq l-edukazzjoni li jagħti lil uliedu.", "Hija soċjetà kkontrollata mis-suq u l-banek.", "Din mhijiex demokrazija.", "Hija oligarkija, plutokrazija, aristokrazija, korporatokrazija, futarkija, kleptokrazija, ... sejħilha li trid.", "Iżda mhux demokrazija.", "Inkunu biss qegħdin nidħqu bina nfusna meta nsejħulha hekk.", "Demokrazija hija fejn is-setgħa, mill-bidu sal-aħħar, tinsab f'idejn iċ-ċittadin.", "Fejn iċ-ċittadin hu suprem.", "Demokrazija hija fejn huwa ċ-ċittadin li jieħu d-deċiżjonijiet kollha fuq kull aspett ta' ħajtu; fejn iċ-ċittadini huma, fil-prinċipju u fil-prattika tas-setgħat politiċi, ugwali għal xulxin; fejn il-ġid komuni jinqasam fuq kulħadd skont il-ħtiġijiet ta' kull wieħed u waħda miċ-ċittadini; fejn il-privileġġi, il-monopolji u l-immunitajiet ma jeżistux; fejn l-indħil tal-gvern huwa mill-anqas; fejn iċ-ċittadin hu sid tal-mezzi tal-produzzjoni; fejn huwa ċ-ċittadin stess li jiddefinixxi lilu nnfisu; fejn l-għajxien u l-kundizzjonijiet tal-għajxien jeżistu għaċ-ċittadini fuq bażi kooperattiva, mutwalista u konsenswali; fejn ir-regoli tas-suq huma maħluqa, miżmuma u maħduma miċ-ċittadini interessati stess bi dritt ugwali ta' parteċipazzjoni u influss.", "Evidentement, din mhijiex is-soċjetà li ngħixu fiha aħna llum.", "Fejn id-demokrazija tiġi definita bil-vot ta' darba kull ħames snin; bis-separazzjoni parzjali tas-setgħat leġislattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji; u bit-taparsi libertà tal-istampa.", "Hija demokrazija finta dik fejn iċ-ċittadin huwa għall-ħniena tal-istituzzjonijiet; fejn iċ-ċittadin m'għandux leħen fl-għażla ta' ebda kap ta' dipartiment tal-gvern; fejn iċ-ċittadin m'għandux aċċess liberu għall-informazzjoni; fejn iċ-ċittadin hu meqjus f'kollox bħala sudditu.", "Ilkoll kemm aħna nistħajlu li nistgħu nitkellmu dwar demokrazija (bil-preżunzjoni li nifhmu x'inhi).", "Iżda fil-fatt ħadd minna ma qatt għex f'demokrazija.", "Għex f'soċjetà li tissejjaħ 'demokratika'; dan iva.", "Imma din l-hekk imsejħa soċjetà mhijiex demokratika għajr fl-isem biss.", "Għaldaqstant, mhuwiex esaġerat li ngħid li ħadd minna ma jaf x'inhi demokrazija, għax, kif għedt fil-bidu, il-valuri ta' komunità demokratika ma jiġux mgħallma imma mgħajxa.", "Huwa hekk biss li wieħed isir jaf x'inhi demokrazija, kif isir il-bini gradwali tagħha u kif titħaddem fil-prattika; jiġifieri meta jgħixha personalment.", "Nażżarda ngħid li din l-esperjenza m'għandu ħadd minna, għall-anqas jekk qatt m'għex f'soċjetà bħal din xi mkien barra minn Malta.", "Fostna ma teżisti mkien u ħadd ma jaf xi ssarraf.", "Ħafna jitkellmu dwar kif is-soċjetà 'demokratika' tagħna tista' titjieb.", "Jgħidu li jeħtieġ din u jeħtieġ l-oħra.", "Jgħidu li dik trid tinbidel u din trid titneħħa.", "Dawn in-nies ma joffru ebda alternattiva għall-falzità tas-soċjetà taparsi demokratika tagħna.", "Jgħumu biss fl-istess ilma mdardar tagħha.", "Huma għomja daqsha.", "L-alternattiva mhijiex li nibdlu s-soċjetà li għandna, iżda li nwarrbuha għal kollox.", "Mhijiex li ntejbuha jew li ngħarrquha, iżda li niċħduha minn ħajjitna u ngħixu mingħajrha f'komunitajiet tabilħaqq demokratiċi.", "Din id-duwa ma jidher li jrid jipprovaha ħadd għax fil-fatt, fil-qiegħ, ħadd ma jrid ifiq.", "Ingergru iżda kuntenti kif aħna.", "Jew m'għandniex immaġinazzjoni biżżejjed.", "Jew, agħar minn hekk, ilkoll kemm aħna għażżenin.", "Hija s-soċjetà taparsi demokratika tagħna stess li għallmitna l-għażż.", "Mhux għall-ġid tagħna, iżda għall-ġid tagħha.", "Mhux għax tħobbna, iżda għax tħobb lilha nnifisha.", "Huwa għażż demokratiku li jiċħad id-demokrazija.", "Huwa għażż li jibqa' jikkonfermana fil-falzità tagħna.", "Huwa għażż li jagħmilna kompliċi ta' soċjetà ingannata."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/05/il-bennej-tal-pontijiet.html", "title": "Il-bennej tal-pontijiet", "text": ["Ftit ilu, meta ġie nieqes l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca, smajt diversi jgħidu fuqu b'ċerta awtorità li kien qeda l-uffiċċju tiegħu ta' arċisqof jibni l-pontijiet.", "L-espressjoni inkurjożatni mhux ftit għax kont żgur li smajtha xi mkien qabel.", "Infatti, il-memorja tiegħi ma qarrqitx bija.", "X'pontijiet huma?", "Niftakar li, meta laħaq arċisqof, Pawlu Cremona wkoll kien uża din l-espressjoni stramba.", "Jekk Alla meta spiċċa xi ħadd ma żiedx jgħid li tul l-arċiveskovat tiegħu kien għamel proprju hekk, bena l-pontijiet.", "Jidhirli li anki l-arċisqof preżenti wera x-xewqa, hekk malli laħaq, li jagħmel l-istess u jibni l-pontijiet bħal ta' qablu.", "Mid-dehra hemm bżonn ta' ħafna pontijiet.", "Għax dan il-bini kollu donnu qed isir drawwa, jekk mhux ukoll vizzju.", "Minn ħaġa waħda ninsab kważi ċert: li ħadd ma qal, għall-anqas safejn naf jien, li Gonzi wkoll, jiġifieri l-arċisqof ta' qabel dawn kollha, kien bennej tal-pontijiet ukoll.", "Forsi ħadd m'azzarda jtawwal ilsienu daqshekk.", "U tifhimhom.", "Il-bini tal-pontijiet hija professjoni fiha nnifisha.", "Il-biċċa hi li, kemm f'Malta u daqstant Għawdex, il-pontijiet tgħoddhom fuq is-swaba ta' id waħda.", "Wieħed biss tagħtik il-Google Search jekk tfittex fiha: dak ta' Manwel Dimech f'San Ġiljan.", "U dan bnewh iċ-Ċiniżi li, safejn naf jien, ebda wieħed mill-arċisqfijiet ma kien min-nisel tagħhom.", "Sens simboliku", "Jibqa' l-fatt li l-espressjoni hija kurjuża, bla dubju.", "Għax, xi jridu jfissru eżattament biha meta jgħidu li xi ħadd (u arċisqof, jekk ma tridx) huwa bennej tal-pontijiet?", "Żgur ma jridux jgħidu dan f'sens litterali.", "Għax l-aktar li setgħu bnew l-arċisqfijiet f'kull parti tad-dinja f'kull żmien, u ċertament mhux kollha, kienu karrieri.", "Allura f'liema sens tintuża l-espressjoni?", "Bla dubju f'sens simboliku.", "Iżda dan iħassibni.", "Għax l-espressjoni ddoqqli bħala waħda politika.", "Aktarx trid tgħid li, bħalma pont jgħaqqad żewġt ixtut li min-natura tagħhom Alla ħalaqhom mifrudin, b'xi mod, permezz ta' dan il-mestjier simboliku, jinġiebu flimkien nies mifruda minn xulxin.", "Dan huwa mestjier nobli, ċertament.", "Il-papa nnifsu jissejjaħ 'pontifex maximus', jiġifieri il-pont il-kbir, anki jekk dan it-titlu aktar jixraq lil Ġesù, li jgħaqqad il-bniedem ma' Alla l-Missier.", "Imma forsi l-papa jgħaqqad ukoll il-bnedmin bejniethom.", "Allura, jekk niġu f'dan, kull nisrani, anzi kull bniedem, għandu jkollu dan il-mestjier li jġib il-għaqda.", "Flok il-verità", "Jien ma nafx li l-arċisqfijiet f'Malta kellhom xi bżonn speċjali li jgħaqqdu l-mifruda fost il-kongregazzjonijiet tagħhom jekk mhux f'xi każijiet eċċezzjonali ta' bejn il-każini tal-festi.", "Għalhekk bil-fors li l-espressjoni tintuża f'sens politiku, fejn l-għaqda mixtieqa trid issir bejn il-partiti politiċi partiġġjani.", "Jekk inhu hekk, fuq din il-firda ma nafx li qatt inbena xi pont, aħseb u ara wieħed suriet in-nies.", "Allura aktar jaqgħali f'rasi li din tal-bini tal-pontijiet hija waħda minn dawk l-espressjonijiet ċerimonjali li wieħed jobżoqha ma' bosta oħrajn biex taparsi jkun qal xi ħaġa flok ix-xejn.", "Jew, jekk mhux flok ix-xejn, flok il-verità.", "Għax, jekk hu minnu li, kif jgħidu, l-ewwel fatalità ta' kull gwerra hija l-verità, mid-dehra daqstant ieħor hija ta' kull funeral.", "Jista' jkun li jien għalhekk la nħobb 'il waħda u lanqas ma togħġobni l-oħra.", "Imma jekk ikollna tabilħaqq nagħżlu, kemm aħjar hu x-xejn milli n-nuqqas ta' verità.", "Jew mill-kliem vojt."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/03/qed-ninftiehem.html", "title": "'Qed ninftiehem?'", "text": ["Jista' jkun li l-mistoqsija 'Qed ninftiehem?' mhijiex komuni ħafna.", "Il-biċċa l-kbira jidhirli li ma jużawhiex.", "Għallanqas jien bil-kemm qatt nismagħha tingħad.", "Minflok nisma' mistoqsijiet oħra li, naħseb jien, m'għandhomx isiru, mistoqsijiet bħal 'Qed tifhimni?' jew 'Fhimt?'", "Jew 'Qed tifhem?'", "Tagħmel tajjeb persuna li, waqt li tkun qed titħaddet ma' xi ħadd, minflok dawn il-mistoqsijiet, tagħmel il-mistoqsija li qiegħed nipproponi.", "Rispett lejn l-intelliġenza", "Waqt li jkunu qegħdin jitkellmu miegħek, ħafna nies għandhom id-drawwa li jistaqsuk: 'Fhimt?', 'Qed tifhem?' jew 'Qed tifhimni?'", "Xi wħud huma dilettanti ħafna ta' dawn il-mistoqsijiet u spiss, spiss ħafna, spiss wisq, waqt li jkunu qed jitħaddtu jitfgħulek xi waħda minnhom, jekk mhux it-tnejn li huma, ma' wiċċek.", "'Fhimt?'", "'Qed tifhem?'", "'Qed tifhimni?'", "Dawn huma mistoqsijiet insolenti, anki jekk min jagħmilhom ma jkollux dik l-intenzjoni.", "Meta wieħed jitaqsik intix qed tifhem jew fhimtux (jew fhimthiex), qisu qiegħed jgħidlek li moħħok ma jagħtikx biżżejjed, li inti tqil biex tifhem jew li farka injorant.", "Biex tifhem irid ikollok l-intelliġenza.", "Qed ħaddieħor jistaqsik intix qed tifhem bħallikieku qiegħed jittrattak ta' injorant jew bniedem 'slow' mentalment.", "Jista' jkun li dawn il-mistoqsijiet tagħmilhom inti stess mingħajr ma taf waqt li tkun qiegħed titħaddet ma' ħaddieħor.", "'Fhimt?'", "'Qed tifhem?'", "'Qed tifhimni?'", "Bħallikieku jekk l-ieħor jew l-oħra ma fehmukx, mhux inti tkun fissirt ruħek ħażin ... sakemm ma tkunx qed tgħid xi għerf ta' Salamun.", "Mistoqsijiet insolenti", "Imma lanqas f'dan il-każ.", "Ukoll jekk tkun qed tipprova tfisser xi ħaġa diffiċli lil xi ħadd, hu insolenti li tistaqsi jekk l-ieħor huwiex qed jifhem jew le.", "Tkun qiegħed tgħajjru 'injorant' jew 'injoranta' bil-pulit.", "Naf li ħafna drabi dan ma nagħmluhx b'dan l-iskop.", "Imma l-mistoqsijiet 'Fhimt?'", "'Qed tifhem?' jew 'Qed tifhimni?' hekk ikunu jimplikaw.", "Kien hemm żmien meta, sforz id-drawwa, jien ukoll kont nagħmel dawn il-mistoqsijiet lil ħaddieħor waqt it-taħdit tiegħi.", "Ma kontx inpoġġihom biex ninsolenta lil dak li jkun.", "Iżda lanqas ma kont naħseb wisq dwar x'jimplikaw u kemm huma mistoqsijiet impertinenti u jonqsu mir-rispett.", "Sirt naf mod ieħor meta darba kont Spanja.", "Kont qiegħed nitħaddet ma' xi nies minn Madrid (bl-Ispanjol) u, waqt li kienu qed ikellmuni, ġiet f'ħalqhom din il-mistoqsija: \"Mi esplico?\" – li tfisser: 'Qed infisser ruħu sewwa?'; jew aħjar: 'Qed ninftiehem?'", "Kemm kienet differenti din il-mistoqsija minn dawk li kont nuża jien u ħafna Maltin oħrajn!", "X'differenza minn 'Fhimt?'", "'Qed tifhem?' jew 'Qed tifhimni?'", "Mistoqsija rispettuża", "Din il-mistoqsija, 'Mi esplico?' jew 'Qed ninftiehem?', ma tixħetx ir-responsabbiltà tal-ftehim tad-diskors fuq l-ieħor, imma tirrikonoxxi li l-kelliem jista' ma jkunx qed ifisser ruħu sew.", "Il-mistoqsija ma takkużax lil ħaddieħor, inqar mingħajr intenzjoni, b'xi injoranza jew b'xi moħħ ħafif.", "Xejn minn dan.", "Hija twassal għall-istess skop—il-verifikazzjoni li l-messaġġ ta' dak li qiegħed jingħad qed jasal—imma b'mod rispettuż u anki sabiħ.", "Meta ħaddieħor jifhem x'qed ngħidu, dan ifisser li tkellimna b'mod li jinftiehem.", "L-istess meta aħna nifhmu lil ħaddieħor.", "Imma meta ħaddieħor ma jifhimx, jew jien ma nifhimx dak li jkun qed jingħad, disgħa u disgħin fil-mija tal-każi l-ħtija tinsab f'min ikun qed jitkellem; għax ma jfissirx ruħu sewwa b'mod li jista' jinftiehem.", "Għaldaqstant, kemm hi isbaħ il-mistoqsija 'Qed ninfiehem?' milli 'Fhimt?'", "'Qed tifhem?' jew 'Qed tifhimni?'!", "Kemm tagħmel sewwa li tidra tużaha minflok dawn il-mistoqsijiet impertinenti!", "Kemm hu aħjar li, fit-taħdit tagħna, nuru r-rispett lejn l-intelliġenza ta' ħaddieħor.", "Ngħid għalija, minn mindu tgħallimt din il-mistoqsija mill-Ispanjoli, qatt ma wżajt il-mistoqsijiet l-oħra aktar.", "Qatt.", "Dejjem nuża l-mistoqsija: 'Qed ninftiehem?'", "Jidhirli li tagħmel sewwa jekk tagħmel hekk int ukoll."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/05/disciplined-way-of-thinking.html", "title": "Disciplined way of thinking", "text": ["Philosophy is an activity.", "Utterly useless at worse, according to some, mystifying at best, and in any case needless.", "This might be true in some cases but arguably not in all. For philosophy asks the hard questions and, though it might be obsessively cautious in asserting definitive conclusions, it surely unmasks much of our foolishness and pulls to pieces many of our presumed certitudes.", "Taken from this perspective it is priceless.", "For many make an art of their foolery and a monument of their absurdity.", "Philosophy, at least, cuts them to size.", "But it does more.", "It rams the frontiers of thought, it reaches beyond the immediate imagery of belief, and it sails the uncharted waters of imagination.", "'Why should this and that be so?' it asks; 'What if ...?'", "And off it goes.", "Knocking delusions, razing illusions, and envisaging new forms of language by which to interpret the world.", "Philosophy's main working tool is dialogue.", "Dialogue with oneself, with the world, with others: provoking, challenging, arguing.", "Never content with the facile answer, ever wary of the snare of self-justification, forever mindful of the need to defy ingrained attitudes, mores and habits of thought, philosophy paves the way for our mind's outreach towards new alternatives with which to fathom ourselves and the realities we arbitrarily create.", "The Philosophy Sharing Foundation, founded four years ago on the outlines provided by Peter Serracino Inglott, represents this spirit.", "It brings together philosophy enthusiasts; inspires, strengthens and promotes philosophical activity in the Maltese Islands; and contributes towards society through philosophy.", "The foundation now has area sections in both Malta and Gozo.", "Each with their own volunteers, the sections organise monthly public discussions, five-session courses delivered by professional academics, and other activities related to philosophical topics.", "In the Maltese Islands philosophers are rarely considered relevant partners in governmental or private enterprises.", "Abroad, especially in Europe and the United States, philosophers are regularly engaged, as philosophers, to form part of research teams and operational boards.", "Their expertise is taken to be a valuable asset in exploring and planning initiatives of an industrial, social or political nature, and also in contributing to public debate.", "Here in Maltese Islands philosophers still have not acquired such a status.", "Not that competent specialists in the field are not to be found but probably more for the limited and untrustworthy standing philosophy itself has in the minds of private and public operators.", "This is a pity.", "For it is amazing how many, both local people and foreign residents, are well-read in philosophy even if they do not hold official academic titles in the field.", "The Philosophy Sharing Foundation is mostly tailor-made for such people.", "It offers them the opportunity to share their ideas and discuss those of others while learning to discipline their mind and organise their thoughts.", "For philosophy is perhaps first and foremost this: a disciplined way of thinking.", "All of us think, of course.", "And many of us do read very interesting and serious books.", "Nonetheless, most people (maybe including a good number of public personalities) let their thoughts run riot, forgoing order altogether, throwing logic to the dogs, and allowing their mind to make bizarre associations with their ideas.", "It is unsurprising that many of their final inferences do not hold water.", "At least philosophically.", "For this is what philosophy is certainly good at: analysing the rational soundness of whatever affirmations we make.", "Not everything passes as sensible with philosophy.", "It can be as ruthless when assessing our thought processes as liberal when unshackling our mind from unjustified restrictions.", "This is not a question of being right or wrong in our assertions.", "It is more a matter of whether our conclusions are based on reasonable grounds, and are consistent with themselves.", "On examination, one will be astonished how illogical we can be, and how absurd are much of our deductions.", "Philosophy helps.", "It is certainly not useless or needless in this respect, and might not be all that mystifying once one gets the hang of it.", "Orderly thinking, after all, needs practice too.", "Some of us nedessitate it more than others.", "(Times of Malta, 11 May, 2016)"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/05/religjon-neoliberali.html", "title": "Reliġjon neoliberali?", "text": ["Mhijiex ħaġa rari li r-reliġjon 'uffiċjali' ta' pajjiż tagħti palata lill-filosofija tan-nazzjon.", "Ġrat fl-imgħoddi u tibqa' tiġri 'l quddiem.", "Kemm-il darba, fil-gżejjer Maltin, il-gvernijiet u r-reliġjon imxew id f'id ħa jseddqu s-setgħa politika li kull wieħed minnhom kellhom b'mod differenti.", "Illum ukoll.", "Il-filosofija neoliberali donnha għandha r-reliġjon Kattolika tagħtiha r-riħ u tberkilha s-semm neoliberali tagħha.", "In-neoliberaliżmu", "Il-kelma 'neoliberaliżmu' tfisser 'liberaliżmu ġdid'.", "Aktarx l-isem mhuwiex xieraq sabiex ifisser dak li jirrappreżenta n-neoliberaliżmu.", "Aktar kien ikun xieraq li jissejjaħ, ngħidu aħna, 'psewdoliberaliżmu'.", "Għax fil-fatt, in-neoliberaliżmu hu liberaliżmu falz.", "Huwa jissabutaġġja l-prinċipji tal-liberaliżmu sabiex dawn jaqdu l-ħtiġijiet tas-suq kapitalista rażan.", "In-neoliberaliżmu jdawwar dawn il-prinċipji tal-liberaliżmu fuq rashom.", "Jinqeda bis-sbuħija u l-fama tajba tagħhom għall-iskopijiet diżastrużi tiegħu.", "Dak li kien maħsub li jeqred il-privileġġi u jseddaq mill-qiegħ il-komunità umana jużah sabiex isaħħaħ proprju dak li hu kontra: il-privileġġi u l-frammentazzjoni soċjali (jew, jekk trid, il-firda bejn in-nies).", "Il-prinċipji liberali li n-neoliberaliżmu jissabutaġġja u jimmanipula huma bosta.", "Aktarx l-aktar rappreżentattivi li nistgħu nsemmu huma dawn: is-supremazija tal-individwu, it-tnaqqis tal-preżenza governattiva, it-tisħiħ tal-komunitajiet lokali, l-imħabba nazzjonali, u l-ħarsien tal-ambjent.", "Filosofija tal-kapitaliżmu", "In-neoliberaliżmu jieħu dawn il-prinċipji u, mingħajr ma jikkontradixxihom, jużahom biex jeqred minn ġo fihom dak kollu li jista' jaffettwa ħażin is-suq bla rażan.", "Iżomm b'suprem l-individwu kapitalista, jopponi l-kontrolli tas-suq min-naħa tal-gvernijiet, jifred lin-nies minn xulxin ħalli ma jkunu jistgħu jieħdu ebda azzjoni kollettiva, u jisfrutta r-riżorsi l-ambjent b'kull mod u mingħajr ħsieb għall-ġejjieni.", "Bħala l-filosofija preferita tal-kapitaliżmu li żviluppa wara l-waqa' tal-Unjoni Sovjetika, in-neoliberaliżmu rnexxielu jinfiltra kull fibra tas-soċjetà u joħloq mentalitajiet li jivvantaġġjawh.", "B'riħet il-flus, bil-kultura konsumistika li ġġenera huwa impressjonanti kif seħħlu jġib in-nies li jaġixxu KONTRA l-interessi tagħhom stess filwaqt li jbellagħhielhom li jħobbuhom u jixtieqilhom il-ġid.", "Tabilħaqq, in-neoliberaliżmu jistrieħ fuq l-appell li għandu fil-'punent' u fuq il-sengħa li għandu li jisfrutta l-bqija tad-dinja biex iħalli l-'punent' paxxut.", "Il-muftieħ tas-suċċess tiegħu hija l-kumdità.", "Iżda din mhijiex għal kulħadd.", "Hija għal dik il-biċċa mill-popolazzjoni tad-dinja (bl-esklużjoni tal-bqija) li hija biżżejjed biex iżżommlu r-riħ fil-qlugħ.", "Spiritwalità neoliberali", "Sfortunatament, l-ispiritwalità tar-reliġjon Kattolika li hi l-aktar mifruxa llum fostna tgħin lil din il-filosofija tittrijunfa.", "Hija spiritwalità individwalistika li tinsisti fuq ir-relazzjoni tal-individwu ma' Alla b'konsegwenza li teskludi s-solidarjetà soċjali konkreta, kemm fuq livell lokali daqskemm fuq dak internazzjonali.", "Fil-prattika, hija spiritwalità ta' firda soċjali.", "Barra minn hekk, hija spiritwalità li tinkuraġġixxi l-ħajja kwieta, serena u komda.", "Imqar b'mod indirett, hija tħeġġeġ relazzjoni mal-flus li hi diżordnata.", "Dan għaliex, filwaqt li tfakkar fid-dmir tax-xogħol u l-ħarsien tal-familja, hija fil-fatt qed tkabbar il-ġibda lejn il-konsumeriżmu u l-edoniżmu.", "Hija wkoll spiritwalità personalistika li, għax tinsisti fuq l-individwaliżmu, mingħajr ma trid tnaqqas il-kuxjenza ambjentali u tqisu biss bħala mezz għall-fini tal-għajxien komdu.", "Insiet ta' min hi", "Ir-reliġjoni Kattolika, għall-anqas fl-għamla li nafu biha llum fil-gżejjer Maltin, saret kompliċi tal-ħażen neoliberali.", "Hija ma tqisx lin-neoliberaliżmu bħala eretikali meta fil-fatt hekk hu.", "Għaldaqstant, ma topponiehx, ma tiqaflux u ma tiddenunzjahx.", "Bil-kontra, b'mod indirett hija taġevolah, issaħħu u tikkoopera mal-ereżiji tiegħu.", "In-neoliberaliżmu huwa affront lil Alla.", "Huwa idolatru.", "Iżda dan il-Knisja Kattolika, għall-anqas fil-gżejjer Maltin, ma tarahx.", "Minħabba s-superfiċjalità tal-ispiritwalità li tħalli li tinfirex bla oppożizzjoni, anzi bil-barka taċita tagħha, hija saret hija stess parti mill-kultura tad-dnub flok parti mill-evanġelizzazzjoni tal-grazzja.", "Fi kliem ieħor, saret reliġjon neoliberali.", "L-ispiritwalità tagħha tilfet l-awtentiċità tagħha.", "Ir-reliġjon Kattolika, għall-anqas f'dawn il-gżerjjer, insiet ta' min hi, jiġifieri ta' Ġesù, li hu denunċjatur ta' kull idolatrija u oppożitur tal-filosofija li jirrappreżenta n-neoliberaliżmu."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2016/05/nies-imsallba-ajjiet-imkissra.html", "title": "Nies imsallba; ħajjiet imkissra", "text": ["Spiss jiġri li bosta minna jgħixu ħajjithom imsallba.", "Għal xi raġuni jew oħra, ħajjithom ma toħroġx kif ippjanawha jew basru.", "Xi wħud jirnexxielhom jaċċettaw dan kollu filwaqt li oħrajn jitkissru taħt it-toqol tat-tiġrib.", "Ħajjiet imkissra hawn kemm trid.", "Nies imsallba hawn bla għadd.", "Iżda wkoll tama.", "Ħafna tama.", "U, fejn hemm it-tama, il-ħajja ma tmutx.", "Attività annwali", "Dan se jkun is-suġġett ewlieni ta' diskors li Karl Borg se jagħti nhar il-Ġimgħa li ġej, 3 ta' Ġunju, ġoċ-ċentru tal-kreattività, il-Kavallier ta' San Ġwann, il-belt Valletta, fl-okkażjoni tat-Taħdita Annwali tal-Filosofija.", "L-attività tibda fis-7.30 ta' filgħaxija.", "Din hija r-raba' darba li qiegħda ssir din l-attività prestiġjuża.", "Hija organizzata mill-fondazzjoni 'Philosophy Sharing' u fiha jiġi ppreżentat diskors li l-iskop ewlieni tiegħu hu li jiftaħ orizzonti ġodda ta' ħsieb u diskussjoni.", "L-attività ssir biss darba f'sena u uffiċjalment tissejjaħ l-'Annual Philosophy Lecture'.", "Għaliha jista' jattendi kulħadd u d-dħul huwa bla ħlas.", "Wara jsir riċeviment ċkejken.", "Espert fil-qasam", "Karl Borg, il-kelliem ewlieni f'din l-edizzjoni tal-2016, huwa għalliem tal-filosofija.", "Kien ir-rinovatur tat-tagħlim tal-filosofija fis-sitt klassi ta' dak li llum hu magħruf bħala l-Junior College u ħadem ukoll ta' kap tad-dipartiment.", "Huwa studja l-Università ta' Malta kif ukoll f'Londra u l-Amerika fil-patoloġija tal-lingwa.", "Borg waqqaf ċ-ċentru kulturali u tat-tagħlim magħruf bħala l-'Istitut ta' San Tumas', il-Furjana, u huwa wkoll wieħed mill-fundaturi tal-'Moviment għall-Filosofija għat-Tfal u-ż-Żgħażagħ Ewropew'.", "Huwa kittieb u editur ta' 'l fuq minn mitt ktieb ta' suġġetti akkademiċi għal etajiet diversi, fosthom editur u kontributur tal-ktieb 'Lingwa u Lingwistika' li qiegħed fis-sillabu tal-Malti Avvanzat tal-Università ta' Malta.", "Huwa wkoll koeditur tal-ġurnal akkademiku ġdid 'The Maltese Journal of the Humanities and Social Sciences'.", "Borg għandu madwar erba' mitt pittura u abbozzi ta' dik li tissejjaħ 'Arti Filosofika'.", "Il-medjum huwa ż-żejt; ħafna drabi fuq tila organika kif kienet tinħadem fl-antik.", "Fost ix-xogħlijiet tiegħu hemm il-proġett poliptiku tal-Kurċifissjoni li jikkonsisti f'seba' kwadri u simboli oħra bi stil post Chagaljan ultra modern.", "Bżonn ta' nifs imġedded", "It-taħdita ta' Karl Borg se tkun tikkonċentra fuq il-misteru tal-eżistenza u l-kundizzjoni umana.", "Ir-reliġjon, il-politika, l-arti, ix-xjenza u bosta oqsma oħrajn tal-għerf u t-tagħrif uman jinterpretaw din l-eżistenza u din il-kundizzjoni.", "Mhux dejjem jirnexxielhom għal kollox, iżda għall-anqas jippruvaw.", "Għalihom, il-bniedem huwa dejjem il-fus li lejh iħarsu, madwaru jinġabru u fuqu jsusu.", "Imma l-ġlieda eterna ta' kull wieħed u waħda minna mal-eżistenza tagħna u mal-għamliet li biha nġarrbuha u ngħixuha tibqa' waħda problematika u bosta drabi qalila.", "Ninsabu lkoll nitliegħbu bejn dak li hu veru u dak li falz, bejn il-waqgħa u l-affirmazzjoni tagħna nfusna, bejn id-dlam tal-injoranza u d-dawl tal-għarfien u, fuq kollox, bejn il-ħajja nnifisha u l-mewt.", "Huwa f'din it-taqtiegħa bla tmiem li spiss in-nies jitkissru u jiġu msallba.", "Id-definizzjonijiet li jagħtu tagħhom infushom, kif ukoll l-isforzi li jagħmlu biex jagħtu ftit sens lil dak li ma jistax jinftiehem għal kollox, f'ħafna waqtiet huma mkittfa, nieqsa u bla serħan.", "Hija f'dan il-kuntest li l-filosofija tista' tgħin ħafna.", "Għax hija tiftaħ twieqi ġodda, twessa' orizzonti ta' tama u turi l-mogħdijiet għal bibieb li jwasslu għal interpretazzjonijiet li qatt ma nkunu bsarna bihom.", "Kull bniedem dejjem għandu bżonn ta' nifs imġedded.", "Hu għalhekk li dan l-attività se ssir.", "Jekk inti trid sfidi ġodda biex tgħix ħajtek, tonqosx għaliha."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2014/10/il-kelma-mamuga-dissidenza.html", "title": "Il-kelma maħmuġa (dissidenza)", "text": ["Tal-għaġeb ix-xeni li waslulna din il-ġimgħa minn Hong Kong.", "Kemm l-għaxriet tal-eluf tad-dissidenti jirrappreżentaw is-7.2 miljun ruħ ta' Hong Kong jew il-1.3 biljun taċ-Ċina, wieħed ma jistax jgħid eżatt.", "Li hu żgur hu li l-għadd ta' nies li għażlu li 'jitħammġu' bil-kelma 'dissidenza' kien impressjonanti.", "Dawn in-nies għażlu li ma jaqblux u għażlu li ma jablux pubblikament.", "Dan hu ġest ta' qlubija f'pajjiż bħaċ-Ċina.", "Ossessjonijiet", "Id-dissidenza għal ħafna hi kelma li tindika xi ħaġa aktar minn sempliċi periklu.", "Għandha riħa ta' xi ħaġa mnawra.", "Hija kelma li għal ħafna tindika nkwiet żejjed; disturb tas-serentià; għorka kontra l-vina.", "Għal ħafna d-dissidenza hi sinjal ta' patoloġija; ta' moħħ li xi mkien tilef it-triq; ta' ruħ mitlufa; ta' karattru diżordnat.", "Il-kelma donnha għandha għal ħafna xi ħaġa mhux sewwa fiha li jġegħilha tkun maħmuġa.", "Imma l-'ħmieġ' tad-dissidenza ma jiġix minnha nnifisha.", "Pjuttost jiġi (ifakkarna Freud) mill-ossessjoni morbuża li ħafna minna għandhom bil-perfezzjoniżmu soċjali.", "Din hija ossessjoni li bellgħulna n-nies tal-poter meta tambrulna f'moħħna li soċjetà perfetta hi waħda sabiħa meta tissaffa minn kulma jfixkel l-armonija u l-perfezzjoni formali tagħha; hi nadifa meta titnaddaf minn kulma jħammiġha jew itebbagħha; hi ordnata meta tinħeles mill-indiċiżjonijiet personali.", "Soċjetà mingħajr dissidenza hi waħda marida; patoloġika.", "Hija soċjetà fejn kulħadd ikun tilef kuluru u sar parti minn ċappa monotona bla gost u bla ħajr.", "Hija soċjetà fejn kulħadd ikun tilef l-umanità tiegħu u sar parti minn speċi ta' magna bla ruħ.", "Hija soċjetà fejn kulħadd ikun tilef ir-rieda ħielsa tiegħu u sar parti minn kuxjenza kollettiva ta' androjdi jew ħlejjaq bla moħħ.", "Abbandun", "Tgħid fl-1997 il-Britanniċi ma pprevedewx id-dissidenza ta' Hong Kong meta tawha lura liċ-Ċina?", "Daż-żgur li rawha.", "Iżda, bħas-soltu, ir-responsabbiltà ta' din l-aħħar kolonja tal-imperu defunt tagħhom ma riduhiex aktar fuq spallejhom.", "Bħallikieku l-protesti ta' Pjazza Tiananmen ta' seba' snin qabel ma kienu għallmuhom xejn.", "Madanakollu, x'importahom li kienu se jgħassru 1.7 miljun ruħ b'daqqa ta' pinna?", "Ir-riżultat qegħdin narawh illum.", "Minn dak iż-żmien, għexieren ta' eluf ħarbu jew ippruvaw jitilqu minn Hong Kong u minn taħt il-ħakma Ċiniża.", "Evidentement, kienu mitluqin għal riħhom mingħajr ħajt ta' kenn.", "Is-setgħana ftehmu bejniethom fuq id-destin tal-mases anonimi, u ddisponew minnhom skont l-interessi li kellhom.", "Ir-'Revoluzzjoni tal-Umbrella\", kif qed jissejjaħ l-att mannifiku ta' dissidenza li rajna din il-ġimgħa li għaddiet diffiċli tara li se jkollha tmiem tajjeb.", "Filwaqt li ċ-Ċina qed tissakka aktar il-ponn tal-azzar tagħha fuq il-bqija tal-pajjiż enormi, Hong Kong trid illi tiftħu.", "Kemm dan hu possibbli hu dubjuż.", "Għaldaqstant, tidher aktar erojka d-dissidenza murija dan l-aħħar.", "Għax hija dissidenza ddisprata u kważi kważi bla tama.", "Ammirazzjoni", "Minkejja dan, hija dissidenza li tumilja ċ-ċittadini tad-dinja 'ħielsa' li, fil-biċċa l-kbira tagħhom, jidhru li aċċettaw li joqogħdu għal kulma jgħidulhom u kif iqegħduhom l-hekk imsejħa mexxejja tagħhom.", "Ma jumiljawx lil dak li, minkejja kulma jiġi ma wiċċu bid-dissidenza tiegħu, jagħżel li ma jċedix għar-rikatt u l-'bullying', anki jekk il-kawża tiegħi hi mitlufa sa mill-bidu jew ma tinftehimx.", "Min irid soċjetà sabiħa, nadifa u ordnata mingħajr dissidenza jsib waħda ideali ċ-ċimiterju, hemmhekk fejn ma jipprotesta ħadd u ħadd ma jaħseb.", "Iżda kulmin irid iżomm is-sanità ta' moħħu u l-integrità tal-karattru tiegħu ma jistax ma jkunx għajjur għall-ħelsien ta' ruħu u l-kburija tad-dissidenza tiegħu.", "Lanqas ma jista', intant, ma jammirax lin-nies ta' Hong Kong li ssieħbu fir-Revoluzzjoni tal-Umbrella.", "Għax huma dissidenti.", "Għax huma qalbiena.", "Għax huma fdal ta' poplu li għandu qalb tħabbat ġo sidru.", "Ix-xbieha hija ta' Angelo Costadimas (2014)"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2014/10/ir-rizenja-tal-arcisqof.html", "title": "Ir-riżenja tal-Arċisqof", "text": ["Dwar ir-riżenja tal-Arċisqof Pawlu Cremona ġimgħa ilu sar ħafna paroli fil-vojt.", "Kien hemm min ried jgħid xi ħaġa flok ma jgħid xejn.", "Kien hemm min ried jagħti impressjonijiet ħżiena.", "U kien hemm min parla mingħajr ma stħarreġ sewwa l-affarijiet.", "Jien qed nikteb hawnhekk sempliċiment għar-rekord.", "Biex, għall-anqas, min 'il quddiem jiġi biex jirriċerka l-istorja jkun jaf iqis xi ftit aħjar dak li ġie mxandar fil-gazzetti.", "Il-paroli li sar", "Dawk li qalu xi ħaġa flok ma qalu xejn għoġobhom jaraw fir-riżenja tal-Arċisqof storja ta' manuvrar u kompliċitajiet ta' natura primarjament politika.", "Dawn aktar tkellmu dwar dak li xtaqu li qiegħed iseħħ milli dwar dak li fil-fatt kien qed jiġri.", "Ma kellhomx is-sens jagħmlu s-sempliċi distinzjoni li teżisti bejn il-kwalitajiet personali li jkollu persuna u l-ħidma amminstrattiva li kapaċi jwettaq.", "Dawk li riedu jagħtu impressjonijiet ħżiena ċarlaw dwar it-tempesta f'kikkra li nħolqot minn ċerti qassisin f'Awwissu li għadda bħallikieku kienu dawn li wasslu għar-riżenja.", "Ma setgħux ikunu aktar żbaljati.", "Sempliċi kontroll mal-fatti u l-kronoloġija tagħhom kienet turihom mill-ewwel li dan ma kienx il-każ.", "Imma xi wħud, lanqas fl-isfortuna ta' ħaddieħor ma jirreżistu li jagħmluha ta' primadonna.", "Dawk, imbagħad, li parlaw mingħajr ma stħarrġu sew l-affarijiet kienu jafu biċċiet imkittfa tal-istampa u, minn hawn, ħaffew biex jagħmlu konklużjonijiet mgħaġġlin u, fil-biċċa l-kbira, żbaljati.", "Ħafna rapporti ta' dawn in-nies kienu sempliċistiċi u superfiċjali sal-punt tar-redikolu.", "Lanqas biss ġiehom f'rashom il-prinċipju bażiku li ebda avveniment relevanti ma qatt ikollu kawża waħda, imma dejjem bosta kawżi li jaħdmu flimkien sabiex iwasslu għal riżultat komuni.", "Viżjoni iffukata", "Jiddispjaċini ngħidlek li hawnhekk jien m'iniex se nistħarreġ dawn il-kawżi.", "Lanqas biss se nsemmihom.", "Ngħid biss li xi wħud ġew iġġenerati min-natural ta' Mons. Cremona nnifsu, xi wħud mill-deċiżjonijiet amminsitrattivi li ħa, xi wħud mid-dinamika fi ħdan il-kleru lokali, u xi wħud mill-proċess storiku li l-Knisja f'Malta qabdet f'dawn l-aħħar sittin sena.", "Bħalma wieħed għandu jistenna, l-istorja hi aktar ikkumplikata milli tidher (anki jekk mhijiex xi waħda ta' barra minn hawn).", "Forsi lanqas ma hi xi waħda li kien jistħoqqilha l-attenzjoni li ngħatat.", "Ħafna għandhom jagħmlu nuqqas ta' servizz lejn in-nazzjon Repubblikan Malti u saħansitra lejn il-Knisja nnifisha billi jittrattaw mal-Knisja bħallikieku kienet xi pedina kruċjali jew vitali fil-qafas tas-soċjetà Maltija.", "Għat-tajjeb jew għall-ħażin, u għal ħafna raġunijiet, dan m'għadux il-każ illum.", "U aktar ma l-paċpaċa jintebħu b'dan malajr, aktar jagħmlu pjaċir lil kulħadd.", "Dan il-pjaċir jagħmluh billi jgħinu lill-istituzzjonijiet, inkluż il-Knisja, jiffukaw fuq il-ħtieġa assoluta li f'pajjiżna l-individwu jingħata l-primat li jistħoqqlu fuq kull ħaġa oħra.", "Ir-Repubblikaniżmu tagħna għadu infantili u sotto-żviluppat.", "U hekk se jibqa' sakemm l-istituzzjonijiet kollha ma jitqegħdux għas-servizz tal-individwu u tiegħu biss.", "Sakemm jibqgħu jaqdu lilhom infushom, Repubblikaniżmu matur f'dan il-pajjiż ma jistax ikollna.", "L-aħħar kelma", "Qalbi toħroġ lejn Mons. Cremona.", "Kienet kif kienet in-natura tal-amministrazzjoni qasira tiegħu bħala Arċisqof, ir-rispett lejh personalment ma tonqosx (bħalma ma tonqos lejn ħadd, wara kollox).", "Apparti amministrazzjoni djoċesana, tul dawn is-seba' snin u nofs li għaddew il-preokkupazzjoni ta' min ilu jafu mill-qrib, inkluż tiegħi, kienet dejjem dwar saħħtu.", "Kienet għalina ta' wġieħ il-qalb li narawha, sfortunatament, tiddeterjora bil-mod il-mod.", "Hija x-xewqa ta' kulħadd, nittama, li Mons. Cremona jerġa' jikseb saħħtu mill-ġdid.", "Minn hawnhekk nixtieq nawguralu minn qalbi li ma jħallix dan l-episodju jitfgħu aktar lura, iżda li, bil-grazzja t'Alla, jissuperah u jimxi 'l quddiem."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2014/10/sant-l-ukrajna-u-voti-ora.html", "title": "Sant, l-Ukrajna u voti oħra", "text": ["Ftit anqas minn xahar ilu (fis-16 ta' Settembru) ittieħed vot fil-Parlament Ewropew fuq il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-Ukrajna mal-Unjoni Ewropea (UE).", "Il-Membri rappreżentanti taż-żewġ partiti Maltin kollha vvotaw favur barra wieħed, li astiena: Alfred Sant.", "Dan ħoloq preċedent.", "Fuq kollox, fetaħ tieqa żgħira ta' arja friska fil-kamra soffokanti tal-politika partiġġjana Maltija.", "Ċaqċieqa", "Elett fil-Parlament Ewropew f'Mejju li għadda fuq il-karru tal-Partit Laburista (b'48,739 vot jew 36% tat-total tal-voti Laburisti), ċertament kulħadd stenna li Sant jagħmel kif dejjem sar is-soltu: li jsegwi l-linja tal-partit li miegħu ġie elett (li hu wkoll, s'intendi, il-partit fil-gvern).", "F'dan il-każ tal-Ukrajna, kulħadd stenna li Sant jivvota favur il-mozzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew, Martin Schulz, u tal-President tal-Ukrajna, Petro President Poroshenko.", "Iżda mhux hekk sar.", "Sant astiena.", "Mhux ta' b'xejn li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin, George Vella, qomos mill-ewwel.", "Il-vot ta' Sant, qalilna malajr, ma jirriflettix il-politika tal-gvern.", "Naturalment, Sant kellu r-raġunijiet tiegħu (tajbin jew anqas tajbin) għala astiena f'dak il-vot partikulari, iżda dan ma jmerix il-fatt li, b'dak il-ġest (sempliċi), faqqa' ċaqċieqa li ħasdet lil xi wħud ta' mentalità partiġġjana.", "U bir-raġun.", "Kif Sant għamel darba, jista' jitħajjar jagħmel darbtejn u tlieta u erba' u aktar.", "Jistgħu jitħajru l-membri l-oħrajn, kemm sħabu u kemm tan-naħa l-oħra.", "Il-fatt hu li ħoloq preċendent li għal xi wħud jista' jidher perikoluż ferm.", "Għal oħrajn―bħali, għandi ngħid―Sant wera li m'huwiex xi pupazz li tqiegħdu kif trid.", "Azzardat", "L-Ukrajna apparti, Sant bagħat messaġġ lil dawk kollha li jobogħdu l-politika partiġġjana u l-pupazzi tagħha.", "Bagħat messaġġ li jgħidilhom li għad hemm tama għal dawk li m'humiex (u ma jridux ikunu) indottrinati mill-partiti politiċi jew mid-dommi u l-moralitajiet tagħhom.", "Bħal Sant, għad hemm tama għal min irid iżomm rasu fuq għonqu u jaħseb f'moħħu.", "Fil-fatt, qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, konna smajna ħafna paroli fuq hekk.", "Jiġifieri kien se jsir kull sforz biex il-politika partiġġjana tibda tinqered.", "Ma ngħidx li f'dan ir-rigward ma sar xejn, iżda ma naħsibx li sar biżżejjed.", "Effettivament, l-aġir ta' Sant hu ħafna aktar elokwenti, anki jekk xi wħud (ta' gazzetta bl-Ingliż f'Malta) ipprovaw ipinġuh bħala att ta' ribelljoni jew ukoll (ta' gazzetta oħra bl-Ingliż) bħala att ta' estremiżmu politiku.", "Jien ma naħsibx li la kien waħda u lanqas l-oħra.", "Fiċ-ċirkustanzi, anki jekk forsi ma naslux li nsejħulu att 'kuraġġuż', naħseb li nistgħu naslu biex insejħulu 'azzardat'.", "Mhux faċli f'dal-pajjiż turi li għandek moħħ.", "Dan speċjalment meta tqis li, ġimgħa biss qabel ma ttieħed il-vot fuq l-Ukrajna, il-Ministru Vella mar mal-kurrent tal-biċċa l-kbira tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin l-oħra tal-UE u (kif riedet in-NATO) ivvota favur is-sanzjonijiet kontra r-Russja.", "Tama", "Għalkemm wieħed jista' jaqbel jew ma jaqbilx mal-vot ta' astensjoni ta' Alfred Sant, aktarx ma jistax ma jammirx il-ġest.", "Naħseb li, tabilħaqq, jista' jitqies bħala bidu ta' possibbiltajiet oħra li jibdlu l-mod kif għandna naħsbu dwar kif issir il-politika.", "Barra minn hekk, naħseb ukoll li kien ġest li fakkarna (lili għall-anqas) f'dak is-Sant li konna ġejna biex nammiraw fl-1996.", "Wieħed jista' jittama li ċ-ċaqċieqa li faqqa' ma tkunx l-aħħar waħda."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2014/10/il-gwerra-ta-obama.html", "title": "Il-gwerra ta' Obama", "text": ["Waħda mill-battalji l-aktar jaħarqu tal-kampanja elettorali li kienet wasslet lil Obama fil-quċċata", "tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti tal-Amerika kienet il-mod kif dan il-pajjiż li għamel lilu nnifsu 'pulizija tad-dinja' kienet se jittratta mal-hekk imsejħa terroristi Iżlamiċi.", "Obama kien ħalef li ma jirrepetix l-iżbalji tal-president ta' qablu u ma jdaħħalx lill-Amerika fi gwerer militari oħra, anzi li jrażżan dawk li kienu diġà għaddejja.", "Ir-Repubblikani tgħidx kemm kienu għajruh dgħajjef.", "Issa, wara ħames snin ta' presidenza, Obama jinsab maqbud fi gwerra oħra, waħda li hu jsejħilha 'limitata'.", "Gwerer 'limitati'", "Għalkemm il-gwerra li beda Bush fl-Afganistan fl-2001, sal-lum Obama ma rnexxilux irażżana għal kollox, fl-2011 waqqaf dik li kienet ilha għaddejja sa mill-2003 fl-Iraq.", "Iżda fl-istess sena (2011) Obama daħħal lill-Amerika fi gwerra ġewwa l-Libja, u issa, sa minn Ġunju li għadda, inqabad fi gwerra oħra kontra l-'Istat Iżlamiku' fl-Iraq u s-Sirja.", "Iżda Obama jinsisti li, la l-gwerra fil-Libja u lanqas din, ma huma gwerer bħalma kien għamel Bush.", "Dawn, isostni, huma gwerer 'limitati', għax ma jinvolvux truppi tal-art, iżda flotot navali u tal-ajru biss.", "Din hi distinzjoni fina li prattikament ftit tikkonvinċi lil kulħadd.", "Terġa' u tgħid, legalment dawn il-gwerer setgħu marru saħansitra kemxejn lil hinn mill-interpretazzjoni li Bush kien jagħti lill-Kostituzzjoni u s-setgħat presidenzjali f'każ ta' gwerra uniliterali (jiġifieri waħda li fiha l-Amerika tattakka mingħajr ma hi attakkata direttament).", "Għalkemm legalment il-President jeħtieġ il-kunsens tal-Kungress Amerikan jekk l-'użu neċessarju u xieraq tal-forza' jaqbeż sittin jum mill-ewwel intervent, Obama ma talabx il-kunsens tal-Kungress fil-gwerra ġewwa l-Libja, għax, skont hu, l-Amerika ma kinetx fi stat ta' gwerra.", "Fil-każ tal-Istat Iżlamiku, il-kunsens intalab u ngħata, iżda sempliċiment 'biex l-Amerika tkun magħquda' fl-azzjoni tagħha.", "Osservaturi politiċi", "Dawn jistgħu jidhru finezzi legali―li effettivament, aktar ma mmorru, iwessgħu l-interpretazzjoni tal-liġi Amerikana tal-gwerra dejjem aktar.", "Mitt darba u elf.", "Iżda wieħed forsi aktar għandu jinnota kif il-gwerra tiġi ttrattata mill-osservaturi politiċi.", "Meta Bush daħħal lill-Amerika fil-gwerra, filwaqt li l-Konservattivi faħħruh, il-Liberali tgħidx kemm għajruh.", "Issa qed jiġri bil-kontra.", "Il-Konservattivi qed jgħajru lil Obama filwaqt li l-Liberali qed japprovawh.", "L-attitudni tinbidel skont min hemm President.", "Huwa ċar li l-preġudizzju jirbaħ fuq il-ġudizzju; l-emozzjoni fuq ir-raġuni.", "Naturalment, it-tema tal-gwerra u l-ħtieġa tagħha hi dejjem kwestjonabbli.", "Anki jekk wieħed jevita l-estremi―li l-gwerra hi dejjem neċessarja jew li l-gwerra ma qatt neċessarja―xorta waħda jibqa' f'territorju dubjuż ħafna.", "Jidher li Obama qed jagħmel il-minimu f'dan il-qasam, saħansitra sal-punt li qed jiġi mgħajjar beżżiegħ u dgħajjef.", "Ċertament, il-pożizzjoni tiegħu la hija sempliċi u wisq anqas faċli.", "Versjoni moderata", "Kollox ma' kollox, Obama jista' jidher li hu versjoni moderata tal-mudell tipiku Amerikan ta' dawn l-aħħar tmenin sena.", "Il-fatt li hu tal-Partit Demokratiku b'tendenzi teoretiċi liberali ma jwarrbuhx mill-kwadru ġenerali imperjalistiku Amerikan.", "Wieħed ma jistenniex anqas.", "Għall-anqas, speċjalment f'relazzjoni mal-President ta' qablu, jipprova jkun aktar koerenti fil-pożizzjonijiet li jieħu, l-aktar fil-politika barranija tiegħu.", "Jirnexxilux hija ħaġa oħra.", "Evidentement, bosta drabi ma jidhirx li jkun jista' jieqaf għall-pressjoni li tinħoloq fuqu, bħalma ġara wara l-qtil mill-Istat Iżlamiku tal-ġurnalist Steven Sotloff fit-2 ta' Settembru li għadda, u l-qtil tal-Alan Henning xahar wara.", "Ir-rwol militaristiku tal-Amerika (flimkien man-NATO) ma tidhirx li se tbatti kif ġieb u laħaq.", "Anzi, jidher li se tiżdied.", "Jista' jkun li għad jiġi żmien meta s-sitwazzjoni tant tmur għall-agħar li nibdew ngħidu li ż-żmien ta' Obama fid-Dar il-Bajda kien wieħed mill-aħjar.", "Dan ma jfissirx li kien tajjeb għal kollox, iżda għall-anqas ma kienx mument fejn l-Amerikani fittxew il-ġlied, imma żmien fejn ipprovaw iżommu mill-ġlied jikber."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2014/11/il-faqar-jizdied.html", "title": "Il-faqar jiżdied", "text": ["F'ħames snin bejn l-2008 u l-2013, l-għadd ta' ċittadini Maltin li kienu jinsabu f'riskju ta' faqar", "u/jew ta' esklużjoni soċjali żdied bi kważi 4% tal-popolazzjoni.", "Filwaqt li fl-2008 kien meqjus li kellna fil-gżejjer Maltin 80,000 ruħ f'tali riskju, ħames snin wara, fl-2013 kellna 100,000 ruħ (kważi kwart tal-popolazzjoni kollha).", "Malta fin-nofs", "Dan tħabbar mill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistiċi tal-Unjoni Ewropea (UE) li qiegħed il-Lussemburgu, fl-4 ta' Novembru li għadda.", "Skont l-istess uffiċċju, fl-istess perjodu (2008–2013) l-għadd taċ-ċittadini li kienu jinsabu f'nuqqas materjali kbir żdied b'aktar minn 5%.", "B'mod globali, fl-istess ħames snin l-għadd taċ-ċittadini Ewropej li kienu jinsabu f'riskju ta' faqar u/jew ta' esklużjoni soċjali żdied b'aktar minn 6 miljun ruħ: minn madwar 117 miljun għal 123 miljun ruħ.", "B'kollox, dan l-għadd jagħmel madwar 17% tal-popolazzjoni Ewropea.", "Minn fost it-28 membru tal-UE, f'dan ir-rigward Malta tinsab eżatt fin-nofs: fl-14-il post. Qabilha hemm ir-Renju Unit (bi kważi 25% tal-popolazzjoni ta' nies f'riskju ta' faqar u/jew esklużjoni) u warajha hemm l-Estonja (bi kważi 24%).", "Filwaqt li l-agħar hija l-Bulgarija (bi kważi 50% tal-popolazzjoni), l-aħjar hija r-Repubblika Ċeka (bi kważi 15% biss tal-popolazzjoni).", "Mira ewlenija", "Mill-pajjiżi kollha tal-UE, disa' pajjiżi biss irnexxielhom inaqqsu bejn l-2008 u l-2013 l-għadd ta' ċittadini f'riskju ta' faqar u/jew esklużjoni soċjali: ir-Rumanija, il-Polonja, l-Islovakja, l-Awstrija, Franza, l-Iżvizzera, il-Finlandja, ir-Repubblika Ċeka u n-Norveġja.", "Fil-bqija, inkluż Malta, il-faqar żdied, ukoll jekk bi ftit.", "Iċ-ċittadini li jitqiesu f'riskju ta' faqar huma dawk li jgħixu f'familji bi dħul finanzjarju li hu anqas minn 60% tal-medja ta' dħul nazzjonali.", "Dawk li jitqiesu f'nuqqas materjali kbir huma dawk li jgħixu f'kundizzjonijiet li jċaħħduhom mill-biċċa l-kbira ta' ħtiġijiet essenzjali (bħal li jħallsu l-kontijiet jew il-kera, li jsaħħnu darhom, li jħallsu spejjeż mhux mistennija, li jieklu b'mod xieraq, li jieħdu btala qasira, li jkollhom mezz ta' transport, li jixtru magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ u televiżjoni, jew li jkollhom telefon.", "It-tnaqqis tal-faqar hu wieħed mill-miri ewlenin tal-istrateġija EWROPA2020 tal-UE.", "Għaldaqstant, din l-istrateġija tirrakkomanda li, bejn l-2014 u l-2015, il-gvern Malti jagħmel ħames affarijiet ewlenin: (1) inaqqas id-deficit nazzjonali eċċessiv b'mod sostenibbli; (2) iżid l-età tal-irtirar; (3) ikompli jżid it-taħriġ fl-edukazzjoni u jnaqqas l-għadd ta' studenti li jħallu l-iskola qabel il-waqt; (4) ikabbar l-enerġija li tiġi minn riżorsi li jiġġeddu; u (5) inaqqas il-burokrazija fis-servizzi pubbliċi, iħeġġeġ il-ħlasijiet tad-djun tal-kumpaniji, u jagħmel is-sistema ġudizzjarja aktar effiċjenti.", "L-għan il-kbir", "Iż-żieda fil-faqar ġewwa pajjiżna huwa preokkupanti daqs l-eżistenza tal-faqar kullimkien, mhux biss fl-Ewropa iżda wkoll fil-bqija tad-dinja.", "Mill-bidu tal-mandat elettorali tiegħu, il-gvern beda jistħarreġ bis-serjetà s-sitwazzjoni tal-faqar f'pajjiżna sabiex joħloq strateġija qawwija kontrih.", "L-istudji saru, ir-rapporti nkitbu, iżda x'sar minn dan kollu mhuwiex ċar.", "Dak li hu ċert huwa li l-eżistenza tal-faqar, speċjalment il-possibbiltà fiż-żieda tiegħu, ma jistax jitwarrab mill-kunsiderazzjonijiet kollha tal-amministrazzjoni governattiva.", "Anzi għandu jkun fiċ-ċentru tagħhom.", "Il-ħames rakkomandazzjonijiet għal Malta ta' EWROPA2020 jistgħu u ma jistgħux irażżnu jew saħansitra jnaqqsu din iż-żieda.", "Anki jekk jitwettqu mija fil-mija, xorta waħda jkun hemm bżonn li l-politika kollha tal-gvern tinbena u titħaddem madwar dan l-isforz.", "L-ittra miftuħa li ntbagħtet il-ġimgħa li għaddiet lill-Prim Ministru minn 26 ċittadin u ċittadina esprimiet it-tħassib li dan mhuwiex qiegħed isir biżżejjed.", "Il-partit fil-gvern mill-bidu tal-ħolqien tiegħu għamel bħala tiegħu l-għan il-kbir li ħadd ma jkun fqir jew fir-riskju tal-faqar f'Malta u Għawdex.", "Dan l-għan il-kbir għandu jitħares mingħajr riservi.", "_________________________________________", "Ir-rapport tal-Eurostat issibu hawnhekk:", "http://epp.eurostat.ec.europa.eu/cache/ITY_PUBLIC/3-04112014-BP/EN/3-04112014-BP-EN.PDF", "Il-parti dwar Malta tal-istrateġija EWROPA2020 issibha hawnhekk:", "http://ec.europa.eu/europe2020/europe-2020-in-your-country/malta/country-specific-recommendations/index_en.htm"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2014/11/il-festival-nazzjonali-tal-ktieb.html", "title": "Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb", "text": ["Bejn it-12 u s-16 ta' Novembru li ġej, fi żmien ġimgħa oħra, reġa' wasal appuntament li kull familja għandha tqis bħala importanti: il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.", "Dan ikun fid-Dar tal-Mediterran, il-Belt Valletta.", "Huwa appuntament li din is-sena qiegħed iwiegħed li jkun tabilħaqq wieħed speċjali.", "Dħul b'xejn.", "Qliegħ kbir.", "Għala 'Festival'?", "Sa ftit ilu, dan l-avveniment annwali konna nsejħulu l-'Fiera tal-Ktieb'.", "Il-bdil fl-isem mhuwiex għalxejn.", "Għax din l-attività kbira ma baqgħetx sempliċiment wirja ta' ħafna kotba lokali.", "Sar esperjenza kulturali sħiħa bis-sehem ta' ħafna pubblikaturi Maltin u barranin.", "Infatti, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, li jorganizza din l-attività, qiegħed jespandi fuq l-idea li din tista' tkun biss vetrina ta' kotba.", "Iridha tkun esperjenza ta' involviment personali bil-ktieb bħala pont bejn in-nies.", "Naturalment, l-iskop ewlieni se jibqa' il-promozzjoni tal-kotba.", "Iżda l-attività qed toffrilna aktar minn hekk.", "Infatti, l-organizzaturi ħadu ħsieb li jimlew il-jiem tagħha b'avvenimenti kulturali, waqtiet ta' inter-azzjoni bejn il-viżitaturi u xi awturi Maltin, kif ukoll sensiela ta' dibattiti u lectures li fihom jista' jipparteċipa kulħadd.", "It-tfal u ż-żgħażagħ għandhom ikunu l-aktar li jolqtuhom l-attivitajiet li se jsiru.", "Iżda mhux biss.", "Nies ta' kull età se jkollhom affarijiet li jinteressawhom.", "L-idea hi li l-ktieb iservi bħala opportunità ta' laqgħat, qsim ta' ideat, divertiment u kurżità.", "Kollox hi maħsub sabiex ebda bniedem ma joħroġ idu f'idu.", "Iżda, jixtri jew ma jixtrix xi ktieb jew ieħor li jinteressah, jieħu miegħu il-gost tal-esperjenza u l-pjaċir tal-atmosfera.", "Is-siwi tal-qari", "M'hemmx għalfejn ngħid kemm hu importanti l-qari.", "Mhux biss importanti, imma wkoll essenzjali, speċjalment għalina l-Maltin u l-Għawdxin fejn l-pajjiżna l-ideat ġodda u friski huma tant skarsi.", "Wieħed għandu jaqra, bla dubju, iżda għandu fuq kollox jagħżel sew x'jaqra.", "Il-ktieb jista' jkun ftuħ ta' moħħ għal dinjiet ġodda; għal esperjenza li qatt ma ltaqa' magħhom; għal ideat qawwija li jkabbru lil dak li jkun.", "F'attività bħalma hu l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, wieħed ikollu l-opportunità rari li taħt saqaf wieħed jiltaqa' ma' splużjoni ta' affarijiet li jistgħu jagħtu ħrara ġdida lil moħħna u lil qalbna.", "Fost l-eluf ta' kotba li magħhom wieħed jiltaqa', żgur li għandu jsib xi ħaġa li tista' twessagħlu qalbu u tiftaħlu moħħu.", "Fuq kollox, żgur li għandu jsib xi ħaġa li ttejbu bħala persuna.", "Aħna mdorrijin nisimgħu lil xulxin, u ħafna drabi dan iħalli eżattament fejn inkunu.", "Imma l-ktieb, li jitwieled fis-skiet ta' dar xi ħadd u jitlaq jimxi bħallikieku kien persuna oħra, kapaċi jasal għandek biex xi ftit jew wisq jibdillek ħajtek u jagħtik viżjoni oħra tal-ħajja.", "Qatt ma taf.", "Żgur li attività bħalma hu dan il-Festival jiftaħ il-possibbiltajiet beraħ u kapaċi anki jwettaqhom.", "Appuntament miftuħ", "Naf li din is-sena, grazzi għall-impenn tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb żied l-investiment tiegħu, kemm finanzjarju u kemm ta' riżorsi oħra, sabiex jagħmel il-Festival wieħed memorabbli għal min iżuru.", "Dan l-isforz għandu jħalli r-riżultati pożittivi tiegħu mal-pubbliku Malti u Għawdxi.", "Jien, ngħid għalija, inħoss li, min tassew għandu għal qalbu t-tkabbir edukattiv u kulturali ta' wliedu (bħalma m'għandix dubju li għandhom il-familji Maltin u Għawdxin), ma jistax jonqos li jżur din l-attività mifruxa fuq diversi jiem.", "Dan għaliex hu meħtieġ li, permezz ta' avvenimenti bħal dan, il-poplu tagħna jkompli jitgħallem iwessa' l-orizzonti tal-għarfien tiegħu u jikber fil-viżjonjiet li jista' jkollu.", "L-appuntament hu miftuħ għalik ukoll.", "Titilfux."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2014/11/kritika-bejn-il-bieb.html", "title": "Kritika bejn il-ħbieb", "text": ["Meta l-ħbieb jikkritikaw lil xulxin, jibqgħu ħbieb.", "Anzi, jista' jkun li jsiru ħbieb akbar.", "Għax il-kritika bejn il-ħbieb ma tiġix mill-għira, mill-mibegħda jew minn xi sentiment ieħor distruttiv.", "Issir f'xirka ta' rispett kważi sportiv u ta' kunfidenza rassiguranti.", "L-istess il-kritika li ssir lill-gvern mingħand 'ħbiebu'.", "Għalkemm xi wħud b'moħħ maħmuġ jagħżlu li jaraw fiha 'sinjali ta' firda', hi fil-fatt mument ta' qsim ta' sentimenti u ideat.", "Ittra bejn il-'ħbieb'", "L-ittra miftuħa li ntbagħtet il-ġimgħa ta' qabel li għaddiet lill-Prim Ministru minn 26 ċittadin u ċittadina", "(ara l-ittra aktar 'l isfel)", "evidentement inkitbet fi spirtu ta' ħbiberija u djalogu.", "Ma nażżardax insejħilhom ilkoll 'ħbieb' tal-Prim Ministru.", "Mhux għax mhumiex, iżda għax ma rridx nitkellem f'isem ħadd.", "Iżda trid tkun stupidu, bħalma kienu xi wħud li joħolmu bil-ftajjar, biex tilmaħ fl-ittra l-id ta' xi ċorma li jridu jduru għall-għaksa tal-Prim Ministru.", "Dawk li għamlu hekk allura ma fehmu xejn mid-deċiżjoni favur id-djalogu u l-kritika li Joseph Muscat ħa sa minn qabel l-elezzjoni ġenerali, u li għadu jisħaq fuqha sal-llum.", "Din id-deċiżjoni hi stedina miftuħa għall-qsim miftuħ u mingħajr inibizzjonijiet ta' rispett reċiproku.", "Tabilħaqq, l-ittra esprimiet ċertu tħassib dwar ċerti operati tal-gvern, għall-anqas dawk li jidhru jew ma jidhrux pubblikament.", "B'daqshekk?", "It-tħassib la hu dikjarazzjoni ta' gwerra, la asserzjoni ta' ġlied, la pronunzjament ta' firda u wisq anqas xhieda ta' xi qasma jew oħra.", "Il-kritika bejn il-'ħbieb'", "Nerġa' ngħid, jien ma rridx nitkellem għal ħaddieħor.", "Iżda f'dak li għandu x'jaqsam miegħi, iva, nikkritika, u nikkritika bil-kunfidenza u b'rispett.", "U dan nagħmlu għax naf kif din il-kritika tintlaqa' (u nlaqgħet) minn min jiqies 'ħabib'.", "Għax il-'ħbieb' jixtiequ l-ġid lil xulxin; il-'ħbieb' ma jibżgħux minn xulxin; il-'ħbieb' jgħinu lil xulxin kemm jistgħu.", "Jista' jkun li l-ħbieb ma jaqblux, ukoll.", "Xi ħaġa minn ewl id-dinja din?", "Hemm xi kitba mnaqqxa fil-blat li tgħid li l-ħbieb iridu jaqblu f'kollox dejjem?", "Dan jaħsbuh id-diżonesti biss.", "Għax trid tkun diżonest biex tippretendi li, għax ħbieb ta' xulxin, il-ħbieb iridu jkunu konfoffa ma' xulxin dejjem u f'kollox.", "Jekk inhu hekk, dawn mhux ħbieb ikunu, imma kompliċi.", "Il-ħbieb mhux hekk ikunu.", "Il-ħbieb jistqarru ma' xulxin il-ġid li jridu lil xulxin.", "Il-ħbieb jażżardaw, f'isem il-ħbiberija ta' bejniethom, li jgħidu dak li jħossu lil xulxin mingħajr ma jkissru, anzi jqawwu, il-ħbiberija ta' bejniethom.", "Naturalment, ebda diżonest ma jista' jifhmu dan.", "Sinjal ta' għaqda", "L-ittra ntbagħtet pubblikament għax il-Prim Ministru hu bniedem pubbliku.", "U d-deċiżjoni tiegħu li jkun miftuħ għall-kritika u għad-djalogu saret b'mod pubbliku u għadha tgħodd fil-qasam pubbliku.", "X'fiha din?", "Mela xi ħadd għandu għalfejn jaħbi xi ħaġa?", "Dan la l-Prim Ministru ma jridu u lanqas min kiteb l-ittra.", "Barra minn hekk, jien nemmen li l-ittra tista' tesprimi wkoll is-sentimenti ta' oħrajn li ma ffirmawhiex.", "Il-pubbliċità tagħha tistieden lil ħafna anonimi sabiex isieħbu s-sentimenti tagħhom magħha jew le.", "Il-'ħbieb' li jixtiequ jagħtu s-sehem tagħhom fit-titjib tal-politika tal-gvern mhumiex ftit.", "Jekk l-ittra wżat kliem 'iebes', kif intqal, juri l-ħafna ħbiberija li teżisti (mhux inqas).", "Għax il-ħbieb hekk jagħmlu.", "Iva, kapaċi jkunu iebsa ma' xulxin.", "U saħansitra 'kattivi'.", "Mhux għax huma maqsuma jew mifruda bejniethom.", "Anzi, bil-kontra.", "Għax jafu li ma' xulxin jistgħu jażżardaw minħabba l-ġid li jixtiequ lil xulxin.", "Le, le, le, sinjuri żvijjati u żbaljati, l-ittra mhijiex il-frott tal-firda, iżda tal-ħbiberija.", "Mhijiex sinjal ta' qasma, iżda ta' għaqda.", "Mhijiex għodda ta' attakk, iżda ta' kooperazzjoni.", "Mhijiex xi għajta biex immorru lura, iżda biex inkomplu nimxu 'l quddiem.", "_________________________________________", "L-ITTRA LILL-PM TGĦID HEKK:", "Aћna, hawn taћt iffirmati, ћassejna d-dmir li niktbu din l-ittra fid-dawl tal-valuri u l-gћanijiet li gћalihom il-Partit Laburista' twaqqaf, u minћabba tћassib, biża' u mrar dwar ċertu diskors u mġiba ta' wћud fil-partit.", "Il-Partit Laburista twaqqaf biex iwieżen lill-foqra, il-batuti u lil min jinsab fl-iskaluni l-aktar baxxi tas- soċjetà.", "Fil-passat, il-partit ћadem bis-sћiћ biex jgћibu minn pajjiżna l-ġuћ u l-faqar, u biex il-foqra u l-ћaddiema jiksbu mhux biss gћajxien aћjar imma wkoll dinjità u sehem mit-tmexxija tal-pajjiż.", "Waqt li nirrikonxxu l-affarijiet pożittivi li l-gvern Laburista preżenti gћamel s'issa, wisq nibżgћu li fuq punti fundamentali l-partit qabad politika li ma taqbel xejn mal-gћanijiet u l-valuri li gћalihom twaqqaf.", "Gћalhekk qed niktbu biex nuru dan it-tћassib u l-weġgћat tagћna, bit-tama li l-partit jibdel ir-rotta u jkun fidil lejn it-twemmin tiegћu.", "Fost affarijiet oħra ninnutaw b'dispjaċir li:", "• Fi żmien li l-ekonomija qed taћdem kontra l-kotra tal-ћaddiema u l-pensjonanti, fejn il-pagi u l-pensjonijiet fil-verità qed jonqsu meta mqabbla mal-gћoli tal-ћajja, u fejn il-faqar qed jgћolli rasu u jikber, il-gvern donnu jibża' juża kliem bћal żieda fil-paga minima, fil-pensjonijiet u tqassim aћjar tal-ġid (jigifieri li lil min hu sinjur u qed jistagћna aktar minn qatt qabel, gћandu jitteћidlu aktar u jingћata lil min m'gћandux).", "• Gћal xi ministri tal-gvern, l-uniċi kategoriji ta' nies li jabbużaw huma dawk li jiddependu mis-servizzi soċjali.", "Dan hu inġust mhux biss gћax hemm ћafna nies li jiddependu fuq servizzi soċjali li ma jabbużawx u gћax hemm membri ta' kategoriji oћra (professjonisti, negozjanti, eċċ.) li aktarx jabbuzaw wisq aktar, imma ghax ikompli jżid l-istigma fuq dawk li jiddependu minn dawn is-servizzi.", "• Il-gvern qed jitfa' piż żejjed fuq l-edukazzjoni akkademika u tekninka billi jaћseb u jġiegћel lil min jaћseb li din it-tip ta' edukazzjoni tista' ssolvi l-problemi soċjali kollha.", "Waqt li nemmnu f'edukazzjoni tajba, mingћajr miżuri biex iwieżnu liż-żgћir dan tal-aћћar ser jibqa' dejjem fejn ikun.", "Soċjetà fejn kull membru gћandu edukazzjoni akkademika jew teknina eċċellenti, imma fejn hemm impjieg deċenti gћal 60% tal-membri biss, ser tkun soċjetà fejn gћandek 40% jsofru n-nuqqas, minkejja l-edukazzjoni eċċellenti ta' dan it-tip li gћandhom.", "• Il-gvern donnu jrid jogћġob akkost ta' kollox lill-ispekulaturi tal-industrija tal-bini, mhux biss billi jillaxka r-regoli marbuta mal-ambjent li hu l-wirt tagћna lkoll, imma gћax mhu jagћmel xejn biex il-prezzijiet tad-djar jinżlu u jkunu raġonevoli.", "Dan qed iwassal gћal sitwazzjoni fejn bosta jsiru sidien ta' djarhom meta ma jkunux gћadhom fl-aqwa ta' ћajjithom.", "• Il-gvern preżenti jidher li m'gћandu ebda rieda jaqbad il-barri minn qrunu fil-qasam tas-saћћa, fejn f'ċerti każi hemm servizz tas-saћћa b'xejn fit-teorija imma mhux fil-prattika.", "Dan qed iwassal biex bosta li ma jistgћux iћallsu gћal viżti, mediċini u kura privata jbatu.", "Fid-dawl ta' dan kollu u fiduċjużi li din hi r-rieda ta' bosta, nittamaw li l-partit ikun fidil u jerġa' lura lejn l-gћeruq u l-valuri fundamentali tiegћu, bl-iprem ikunu l-ġustizzja soċjali u l-wens lejn min hu l-aktar fil-bżonn."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2014/11/l-amministrazzjoni-pubblika.html", "title": "L-amministrazzjoni pubblika", "text": ["Il-gvern, bir-raġun, hu mehdi bl-amminsitrazzjoni tal-Istat.", "Minn dan il-lat, id-dmirijiet u", "r-responsabbiltajiet tiegħu huma kbar u mifruxa.", "Mil-lat finanzjarju, bħal kull intrappriża kummerċjali l-gvern irid dejjem jara li, jekk jista' jkun, id-dħul tal-pajjiż ikun akbar mill-ħruġ, ħaġa li qatt ma hi faċli.", "Iżda l-amministrazzjoni għandha ħabta tiddomina operat bħal dan.", "Bħal kull istituzzjoni oħra, il-gvern irid joqgħod attend li l-amministrazzjoni ma tiddominahx u teħodlu ħsiebu minn fuq ħwejjeġ ta' importanza oħra.", "Ideali", "X'jistgħu jkunu dawn il-ħwejjeġ?", "L-ewwel u qabel kollox, il-viżjoni li Stat għandu dejjem ikollu.", "Gvern jista' jaqa' fl-iżball li jħalli l-amministrazzjoni tirkbu u tagħmel sempliċiment amministratur tal-ġid tal-Istat.", "Dan hu rwol meħtieġ, siewi u importanti, m'għandniex xi ngħidu, iżda m'għandu qatt ikun esklussiv.", "Gvern irid ukoll jispira ċ-ċittadini tiegħu; irid iwettaq ir-rwol li jpoġġi quddiem l-Istat ideali li jkabbruh.", "Dawn mhumiex neċessarjament ideali ekonomiċi jew finanzjarji.", "Għandhom aktar x'jaqsmu mat-tip ta' għajxien li ċ-ċittadini jkollhom.", "L-ideali tal-ġustizzja distributtiva, ngħidu aħna, hi waħda minn dawn.", "Jiġifieri li l-ġid tal-pajjiż ikun imqassam sew sabiex minnu jgawdi kulħadd.", "Hemm ukoll ideali oħra, fosthom id-drittijiet ċivili u politiċi taċ-ċittadini.", "Il-gvern irid dejjem ifittex li ma jinsiex id-dmir tiegħu li jipproponi leġislazzjoni, anki azzardata, sabiex irodd drittijiet importanti liċ-ċittadini tiegħu, speċjalment lill-minoranzi.", "Profeti", "L-amministrazzjoni mekkanika u burokrata weħidha mhijiex biżżejjed biex gvern ikun jista' jgħid li qed jagħmel suċċess.", "Gvern irid inebbaħ fiduċja fih innifsu billi jħares fuq l-hena u l-prosperità taċ-ċittadini kollha tiegħu mingħajr ma jonqos lil ħadd.", "Għal dan jeħtieġ li qatt ma jieqaf jipprofondixxi l-filosofija politika tiegħu u jittratta kull ħaġa skond prinċipji razzjonali u ambizzjużi.", "Il-periklu li gvern jispiċċa sempliċiment amministratur, anki jekk wieħed tajjeb ħafna, hu wieħed li bosta gvernijiet waqgħu fih.", "Iżda orizzonti ġodda fil-ħajja taċ-ċittadini u fil-ħajja tal-Istat ma jinkisbux b'dan il-mod; ma jinkisbux b'nies li ħajjithom saret biss magna tal-poter.", "Stat, nazzjon jew pajjiż b'saħħtu jeħtieġ, mhux biss amministraturi tajba u onesti, iżda wkoll 'profeti'.", "B'dan irrid ngħid li jkunu nies ta' viżjoni, anki ta' viżjoni ambizzjuża.", "Fi kliem ieħor, ikunu nies ta' provokazzjoni ideoloġika; li jieħdu l-ideoloġija tagħhom u tal-Istat lil hinn minn fruntieri li jkunu kurrentement aċċettabbli u normalizzati.", "Avventurużi", "Pajjiż jeħtieġ ideali u viżjonijiet daqskemm jeħtieġ il-flus u x-xogħol u l-amministrazzjoni tagħhom.", "Il-politika jeħtieġ li dejjem twessa' l-perspettiva tagħha sabiex tkun tista' tilqa' fi ħdanha titjib li, filwaqt li jirrispetta d-dinjità ta' kull bniedem, imexxi lil kull ċittadin lejn livelli aħjar ta' ħajja soċjali u politika.", "Dan ma jistax isir b'sempliċi amministraturi.", "Jeħtieġ filosofija politika ċara u nies li jesegwuha.", "L-amministrazzjoni, meta titħalla tiddomina u tieħu l-ispazju kollu, tfaqqar l-inventiva politika, tnessi l-avventura soċjali, tirrendi kollox medjokri u tnixxef kull ideal.", "Iżda politiku li hu mħarreġ fl-elementi tal-filosofija politika tiegħu jara kollox f'nisġa li tista' dejjem tiftaħ possibilitajiet ġodda; xibka ta' opportunitajiet li huma dejjem lesti għall-avventuruż.", "Il-politiku jrid inebbaħ.", "Irid jagħfas fuq il-fruntieri.", "Irid ikeskes il-kriterji aċċettati.", "Irid jisfida s-sedentarjetà ideoloġika.", "Irid jażżarda jmur lil hinn mil-limitazzjonijiet tal-lingwaġġ li għamlu possibbli.", "Is-Soċjaliżmu hu famuż għal dan, iżda mhux is-Soċjaliżmu biss.", "Għax hu l-istoffa ta' min irid dejjem jagħmel il-pass li jmiss, il-pass tal-imqareb."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/03/", "title": "Iċ-ċkejken u ż-żgħir", "text": ["Hawn ħafna affarijiet ċkejknin, imma xejn żgħir.", "Din id-differenza bejn iċ-ċkejken u ż-żgħir bosta minna jinsewha jew jagħżlu li jinjorawha.", "Jagħmel sewwa kulħadd li jżommha f'moħħu għax, bi tfixkil bejn il-waħda u l-oħra, bniedem għandu mnejn jonqos mir-rispett li jmissu jagħti lil ħaddieħor jew imqar lilu nnifsu.", "Xejn m'hawn żgħir, ukoll jekk ċkejken.", "Iċ-ċkejken mhux żgħir", "Meta, f'relazzjoni maż-żgħir, ngħidu li xi ħaġa hi ċkejkna nkunu aktarx qed nirreferu għall-qies tagħha.", "Iċ-ċkejken hu terminu marbut ma' tul, wisgħa, fond, piż, volum u affarijiet bħal dawn ta' natura kwantitattiva.", "Huma affarijiet li jistgħu jitkejlu jew ukoll jintiżnu, affarijiet li jistgħu jiżdiedu jew jitnaqqsu.", "Ngħidu aħna, nirreferu għal nemla bħal ċkejkna, jew ċippa ta' apparat elettroniku, jew żrara, jew bebbuxu.", "Dawn huma affarijiet li nsejħulhom ċkejknin għax il-qies tagħhom mhuwiex kbir.", "Id-dinja wkoll hi ċkejkna meta mqabbla mal-qies tax-xemx jew il-qies ta' Saturnu.", "Nista' ngħid li għandi bir ċkejken..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/01/", "title": "Id-distribuzzjoni tal-ġid", "text": ["Xi ġimgħatejn ilu ġejt mistieden nieħu sehem f'programm dirett fuq Net TV li ffoka fuq il-faqar u l-għoli tal-ħajja.", "Xi jiem wara deher rapport ta' Robert Cremona f'In-Nazzjon li kkwota xi kummenti minn dak li kont għedt.", "Hawnhekk xtaqt inkompli ftit aktar l-argument li għamilt fil-programm għax inħoss li s-suġġett kien wieħed xieraq u jistħoqqlu aktar attenzjoni.", "Il-faxxi t'isfel tal-poplu", "Ir-rapport li deher fil-gazzetta kkwotani tajjeb u r-rapportaġġ kien fidil għal dak li nstema' fil-programm tal-televiżjoni.", "Il-programm kien wieħed ippreżentat tajjeb u anki fil-biċċa l-kbira tiegħu bilanċjat.", "Miegħi fid-diskussjoni kien hemm Gejtu Vella u, mill-RTK, Jes Saliba.", "Magħna kien hemm ċertu persuna li offriet l-esperjenza tagħha.", "Fost affarijiet oħra, fil-gazzetta jien ġejt ikkwotajt li għedt li \"l-prezzijiet tal-affarijiet li nixtru żdiedu, iżda l-pagi u l-pensjonijiet ma żdidux bl-istess mod.", "Aħna nirreferu ħafna għall-ġid nazzjonali.", "Imma meta tiġi għall-faxxi t'isfel, it-tkabbir mhu..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/02/", "title": "Demokrazija u libertà", "text": ["Jekk hu tabilħaqq minnu li l-gvern preżenti hu ta' theddida għad-demokrazija u l-libertà ta' pajjiżna, allura għandna għalfejn ninkwetaw.", "Jekk le, allura kif għandna naqraw l-isfrattarija kollha li qed issir madwarna?", "Kif għandna niżnu l-kliem li jingħad, l-akkużi li jsiru u l-attentati ta' paniku ġenerali?", "Il-kisba storika", "Li gvern ikun ta' theddida għad-demokrazija u l-libertà ta' pajjiżu hija ħaġa serja ħafna.", "Dawn huma valuri li tgħallimna nħobbu u ngħożżu.", "Huma valuri, ma ninsewx, li ma kinux jeżistu f'pajjiżna qabel ma l-gvern Laburista ta' Mintoff tal-1955-58 ma ħoloqhomx b'rieda kważi ossessjonata.", "U ħoloqhom, għandna nżidu malajr, bil-kooperazzjoni tat-tmexxija kolonjali Britannika, imma kontra l-antagoniżmu u l-ostilità kważi fanatika tal-oppożizzjoni Nazzjonalista u l-oskurantiżmu tal-Knisja Kattolika lokali.", "Dan, fih innifsu, ifisser u ma jfissirx.", "'Ifisser' għax spiss jintesa li dak li għandna llum ma waqax bħal bajtra mis-sħab, imma saru sagrifiċċji kbar għalih.", "'Ma jfis..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2014/11/l-aktar-sodisfatti-bil-klima-socjali.html", "title": "L-aktar sodisfatti bil-klima soċjali", "text": ["Il-Maltin huma l-aktar Ewropej sodisfatti bil-klima soċjali li teżisti fil-preżent.", "Dan joħroġ minn riċerka magħmula għan-nom tal-Kummissjoni Ewropea f'Ġunju ta' din is-sena (2014) u ppubblikata issa.", "Riċerka simili saret f'Ġunju tas-sena l-oħra (2013).", "F'dan il-perjodu, il-Maltin intervistati wrew l-akbar titjib (meta mqabbla maċ-ċittadini l-oħra Ewropej) fis-sens ta' sodisfazzjon li għandhom f'dan ir-rigward.", "'Klima soċjali'", "Ir-riċerka hija s-sitt waħda li saret f'dan il-qasam mill-'Eurobarometer' tal-Unjoni Ewropea (UE).", "Il-ħsieb tar-riċerka huwa li tistħarreġ il-fehmiet taċ-ċittadini Ewropej fuq dik li tissejjaħ 'klima soċjali'.", "Din tirreferi għas-sentiment ġenerali li jħossu n-nies meta jaħsbu u jqisu ħmistax-il aspett differenti li jaffettwalhom ħajjithom.", "Dawn l-aspetti għandhom x'jaqsmu maċ-ċirkustanzi personali tagħhom, il-kwadru nazzjonali, kif ukoll l-ideat tagħhom dwar l-inklużjoni u l-protezzjoni soċjali.", "Ir-riċerka tfittex ukoll li tkejjel x'tip ta' tama għandhom iċ-ċittadini Ewropej għall-futur qarib — kemm b'mod ġenerali u kemm f'kull pajjiż membru.", "Sa mill-aħħar darba li saret ir-riċerka, jiġifieri f'Ġunju tas-sena li għaddiet, joħroġ xi ftit jew wisq ċar li l-UE tinsab fi stat delikat ħafna ta' rikuperu.", "Ir-rapport jgħid li dan l-istat huwa 'fraġli'.", "Jgħid li, minħabba d-differenza kbira wisq bejn il-28 pajjiż membri, l-UE jidher li għad għandha sfidi strutturali konsiderevoli x'taffronta biex tkun stabbli kif għandha tkun.", "Ir-riċerka hi bbażata fuq intervisti li saru wiċċ imb'wiċċ man-nies fi djarhom bl-għajnuna ta' xi għodod viżivi.", "F'Malta dawn saru hekk ukoll u bil-Malti.", "L-għadd ta' nies intervistati f'Malta kien ta' 501.", "Dawn ġew intervistati bejn l-14 u s-26 ta' Ġunju li għadda.", "Titjib f'kull qasam", "B'mod ġenerali, f'din ir-riċerka l-intervistati Maltin wrew titjib konsiderevoli fil-livell ta' sodisfazzjon li għandhom dwar il-klima soċjali.", "Infatti, mhux biss dan il-livell huwa l-ogħla fl-UE kollha, iżda jagħmel l-akbar qabża fost kulħadd bejn l-2013 u l-2014.", "Minn livell ta' sodisfazzjon '1' fl-2013, jitla' għal '3.1'.", "Skont riċerka simili preċedenti, dan il-livell kien l-agħar bejn l-2010 u l-2011, fejn mil-livell ta' '0.2' niżel għal '-0.3' f'sena waħda biss.", "Ir-rapport juri li, bejn Ġunju tal-2013 u Ġunju tal-2014, il-fehma tal-intervistati Maltin tjiebet fuq kull qasam li ġew mistoqsija dwaru.", "Jiġifieri dwar: il-ħajja b'mod ġenerali, is-sitwazzjoni ġenerali f'Malta, l-impjiegi, il-'housing', l-għoli tal-ħajja, l-enerġija, il-qagħda tal-familja, l-amministrazzjoni pubblika, l-ekonomija tal-pajjiż, il-pensjonijiet, il-benefiċji soċjali, u l-mod kif qed jiġi miġġieled il-faqar.", "Naturalment, mhux kull qasam juri l-istess titjib.", "L-agħar fosthom, ngħidu aħna huma l-oqsma tal-għoli tal-ħajja u s-sitwazzjoni tal-'housing'.", "Qasam wieħed jidher li, mhux biss ma jurix titjib, iżda saħansitra jmur lura.", "Huwa l-qasam tar-relazzjonijiet f'Malta bejn il-Maltin u nies ta' kultura, reliġjon jew oriġini etnika differenti.", "Fil-fehma tal-Maltin intervistati, dan il-qasam mar lura u jeħtieġ li jiġi indirizzat aħjar.", "Nies ottimisti", "Ir-rapport ifaħħar lill-Maltin, mhux biss għax jidhru li huma b'mod ġenerali l-aktar Ewropej kuntenti u sodisfatti, bis-sitwazzjoni preżenti ta' pajjiżhom (jew il-'klima soċjali' li jilmħu), iżda wkoll minħabba li, apperentement, il-Maltin huwa wħud mill-aktar nies 'ottimisti' li għandha l-Ewropa.", "Infatti, ir-rapport isemmi dan diversi drabi, għax skont hu joħroġ bħala element kostanti f'riċerki simili.", "Għalkemm wieħed irid ikun dejjem attent minn riċerki bħal dawn, mhux għax huma biss (kif jgħid ir-rapport stess) indikaturi, iżda wkoll ma tistax tiġġeneralizza x'jaħsbu 500 għal 400,000, wieħed ma jistax jinjorahom għal kollox.", "Xi ħaġa jgħidu.", "U dak li dan ir-rapport qiegħed jgħid, naħseb, hu li, b'mod ġenerali ħafna, l-impressjoni tan-nies ta' x'inhi l-klima soċjali hi pożittiva.", "Forsi mhijiex entużjasta; iżda lanqas ħażina.", "Però, l-aktar punt prinċipali tar-riċerka li aktarx wieħed jista' jiġbor huwa li tul l-aħħar sena l-impressjonijiet tjiebu b'mod konsiderevoli.", "Kemm huma impressjonijiet realistiċi hija ħaġa oħra.", "Forsi iva.", "Forsi mhux tant.", "_____________________________________", "Ir-rapport Social Climate (418/EB81.5) tal-Eurobarometer jista' jinstab billi tagħfas", "hawnhekk."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/05/", "title": "Ħut fil-baħar", "text": ["L-aħħar ġimgħa ta' kampanja elettorali qasira u intenza hija aktarx l-aktar waħda importanti.", "Min s'issa ma semgħax, jisma' xi ftit.", "Min s'issa la kien l-hemm u lanqas l-hawn, ixaqleb.", "Min s'issa ma ried jaf b'xejn, jaħsibha darbtejn.", "Din hija l-ġimgħa kruċjali meta l-istorbju jeqliel.", "Kulmin nhar is-Sibt se jersaq lejn il-kaxxa tal-vot se jkun qed jixtri l-ħut fil-baħar.", "Il-kwistjoni kollha issa hija: min hu l-aħjar sajjied?", "L-esperjenza li tgħodd", "Kull elezzjoni ġenerali, f'pajjiżna daqskemm f'ta' ħaddieħor, xi ftit jew wisq hija fuq il-ħut fil-baħar.", "Kull partit jagħmel il-wegħdiet tiegħu lill-elettorat, imbagħad hu għall-elettorat jemminhomx jew le.", "Hija kollha kwistjoni ta' fiduċja f'min jagħmel il-wegħdiet, huwiex ta' min jafdah bil-kelma li jagħti.", "F'din l-elezzjoni ġenerali, il-wegħdiet qed isiru minn sajjied li għandu l-esperjenza u ieħor li m'għandux.", "Dan, waħdu waħdu, aktarx mhuwiex biżżejjed biex issir ġudizzju minnhom.", "Erba' snin ilu wkoll kellna sajjied li ma kienx għad k..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/10/", "title": "Il-kbir Luteru", "text": ["Nhar it-Tlieta, il-31 t'Ottubru tal-2017, miljuni ta' nies madwar id-dinja kollha se jfakkru flimkien avveniment li ġrat 500 sena ilu.", "F'dan il-jum fl-1517, patri Agostinjan ta' 33 sena, weħħel mal-bibien tal-knejjes f'raħal ċkejken fil-Ġermanja, Wittenberg, stedina għal diskussjoni bbażata fuq 95 punt duttrinali.", "Dan kien il-bidu umli ta' riforma ġiganteska li kellha theżżeż id-dinja sal-lum.", "Il-patri żagħżugħ kien Martin Luteru.", "Eretiku min jagħmlu", "Ebda ġrajja, waħedha waħedha, u ebda bniedem, waħdu waħdu, ma jistgħu qatt ibiddlu l-istorja.", "Dan jistgħu jidhru li jagħmluh jekk wieħed jinjora il-qtajja bla qies ta' ċirkustanzi, ġrajjiet u nies oħra li jkunu taw lil dik il-ġrajja jew lil dak il-bniedem appoġġ, sosten u sustanza.", "Hekk ukoll il-31 t'Ottubru tal-1517.", "U hekk ukoll Luteru.", "Kemm x'kien ġara dak in-nhar, kif ukoll x'seħħlu jagħmel Luteru, ħadu t-tifsira sħiħa tagħhom b'dak kollu li ġara wara fuq medda ta' bosta snin, inkluż fatturi li juru li Luteru inzerta kien bniedem furt..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/06/", "title": "Għarukaża ta' RTK", "text": ["Jidhirli li għadda biżżejjed żmien mill-kampanja elettorali biex wieħed jikkummenta fuq l-organizzar u l-aġir tar-radju tal-Knisja Kattolika Maltija, l-RTK, fi żmien l-istess kampanja elettorali.", "Illum jew għada ridt nikkummenta fuq dan minħabba l-ħafna sentimenti li smajt m'għand in-nies u, biex ħadd ma jaħseb li d-dnub ta' xi ħadd għandu jorqod.", "'Il barra mill-partiġġjaniżmu", "Ngħiduha mill-ewwel kif inhi, mingħajr tidwir mal-lewża: l-organizzar u l-aġir tal-RTK waqt il-kampanja elettorali li għaddiet ma kienet xejn anqas minn għarukaża sħiħa.", "Għarukaża u tal-mistħija l-organizzar tal-amministrazzjoni tal-RTK, u għarukaża u tal-mistħija l-aġir ġenerali tiegħu.", "Dan jirriżulta mill-partiġġjaniżmu evidenti muri f'dan l-għodda pastorali tal-Knisja Kattolika Maltija, li ma kellu xejn pastorali, iżda kellu biss sfaċċaġni, arroganzi u insolenza.", "Jien m'iniex wieħed li nemmen li l-Knisja għandha tibqa' 'l barra mill-politika, anki għax naħseb li dan fil-prattika ma jistax ikun, iżda ċertame..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/09/", "title": "L-Air Malta ta' darba", "text": ["Il-problema tal-Air Malta donnha dejjem ittella' mill-qiegħ akkużi ta' min hu tabilħaqq il-ħtija li l-linja nazzjonali tagħna tal-ajru spiċċat fi stat ta' problema hekk gravi.", "Ovvjament, l-akkużi ma jservu għal xejn għajr biex isaħħnu l-irjus.", "Dan jagħmel is-soluzzjonijiet għall-problema aktar diffiċli għax, flok ma nfittxu l-ġid li jagħmel tajjeb għal kulħadd, ninfexxew f'battibekki politiċi li jkomplu jżidu mal-problema.", "Kumpanija ta' ġieħ", "L-Air Malta hi aktar minn sempliċiment linja tal-ajru.", "Hemm relazzjonijiet sentimentali marbutin magħha.", "Min għadu jiftakar jaf tajjeb x'jum ta' ġieħ kbir kien għan-nazzjon Malti l-31 ta' Marzu tal-1974 meta l-Air Malta ġiet inawgurata.", "Qabbli jiftakar ukoll meta, fil-21 ta' Marzu ta' sena qabel, Mintoff fil-parlament tkellem b'mod tant elokwenti fit-tħabbira tal-Air Malta u fl-approvazzjoni tal-att għat-twaqqif tal-kumpanija tagħha.", "Aktar minn hekk, jiftakar, aktarx b'nostalġija, bit-tkabbir, ftit ftit, li minn sena għal sena bdiet tagħmel l-Air ..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/07/", "title": "It-telqa tas-sajf", "text": ["Xi wħud għamlu filosofija sħiħa mill-pessimiżmu.", "Dan is-sentiment, li dejjem iħares lejn l-agħar aspett tal-affarijiet jew jemmen li fil-ħajja jiġru, jew jistgħu jiġru, l-agħar affarijiet, aktarx jitnissel minn telqa psikoloġika u affettiva qawwija li jaħdem ir-ruħ minħabba esperjenzi xejn sbieħ li ġġarrab.", "It-tfittxija", "L-esperjenzi xejn sbieħ jiġru lil kulħadd.", "Għandu mnejn xi wħud jintlaqtu agħar minn ħaddieħor, u x-xorti tagħtihom fuq wiċċhom sa minn kmieni u xi kultant donnha ma titlaqhomx.", "Madankollu, l-esperjenzi weħedhom aktarx m'humiex biżżejjed biex iferu r-ruħ b'mod permanenti u jivvalenawha b'niket li qisu ma jehda qatt.", "L-esperjenzi huma determinanti, bla dubju, iżda magħhom bniedem iżid ċertu telqa li ġġiegħlu jara lilu nnifsu, u saħansitra lill-ħajja kollha, dejjem bħala vittma ta' ċirkustanzi, nies u avvenimenti li ħadd ma jista' jevita.", "Minn hawn jiġi l-pessimiżmu li jonqos mill-fiduċja jew it-tama fil-ġejjieni.", "F'xi waqt jew ieħor, kulħadd iġarrab l-inevitabbli u kulħ..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/04/", "title": "Akkużi, ħlif u għajjat ieħor", "text": ["F'dawn l-aħħar ġimgħat, min minna seta' jinjora l-akkużi li baqgħu jsiru mingħajr rażan?", "Rajna l-oppożizzjoni tirkeb il-karru li rikbu l-politiċi kollha sa minn qabel Ġesù Kristu, il-karru tal-akkużi ta' korruzzjoni kontra l-gvern.", "Dan anki l-Laburisti għamluh fl-imgħoddi.", "Rajna wkoll il-gvern jaħlef li jdejh huma nodfa u li s-sewwa jirbaħ żgur.", "Għajjat li jtarrax", "Is-sewwa jirbaħ żgur?", "Din ġiet minn fomm il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat il-Ħadd li għadda.", "Konna smajnieha xi mkien ieħor din l-għajta.", "Min kien qalha, bħalissa?", "Ah, kienet il-famuża għajta ta' Fenech Adami meta fl-aqwa tiegħu ħadha kontra l-aktar Prim Ministru onest li qatt kellha Malti, Dr Karmenu Mifsud Bonnici.", "Fil-politika m'iniex ċert is-sewwa jirbaħx żgur.", "L-għajta hi qawwija, bla dubju, imma l-politika, għall-anqas f'Malta u Għawdex, donnha trid xi ħaġa aktar minn hekk.", "Speċjalment meta l-akkużi ta' korruzzjoni u ta' 'game over' qed jitkattru bħall-faqqus fuq tiben imxarrab li ma jista' jieħu n-nar b'xejn.", "Jien st..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/08/", "title": "It-talent naturali", "text": ["Is-sajf hu wieħed mill-aktar żminijiet xierqa biex jintwera t-talent tal-persuni.", "Imma meta ngħid hekk, aktarx mill-ewwel bniedem jaħseb f'performazzjonijiet artistiċi li jittellgħu għal ħaddieħor wara xhur u snin ta' taħriġ.", "Dak li hu diffiċli li jsir mill-ħafna jidher hekk ħafif għal xi wħud.", "Dan mhux neċessarjament talent.", "Huwa taħriġ.", "Huwa sengħa.", "It-talent awtentiku juri l-ħila.", "Naturali", "Id-differenza bejn is-sengħa u l-ħila xi wħud jarawha żejda jew ukoll mistħajla.", "Għalihom huma l-istess ħaġa.", "Jien narahom differenti u d-differenza ta' bejniethom hija waħda essenzjali.", "Għax is-sengħa tiksibha bit-tagħlim, filwaqt li l-ħila titwieled biha.", "Kull min għandu l-ħila għal xi ħaġa jista' jikseb ukoll is-sengħa tagħha, imma kull min għandu s-sengħa ta' xi ħaġa mhux neċessarjment għandu l-ħila tagħha.", "Is-sengħa tista' tissimula ħafna.", "Bniedem jista' jitgħallem biex jagħmel ħafna affarijiet straordinarji.", "Bħall-pappagalli li jitkellmu, ngħidu aħna, jew xi annimal ieħor li tgħallem jagħme..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/11/", "title": "L-ambjent ta' suspett", "text": ["Daż-żmien sirt tiltaqa' ma' bosta nies li, malli jaqbduha fuq il-politika, tarahom li nxteħtu għal rashom f'baħar ta' suspetti.", "Ħafna drabi ssib li dawn in-nies jirrepetu mingħajr wisq ħsieb kantalieni li ħaddieħor ikun qalhom aktar minn darba bi skop politiku, proprju biex jitfa' l-ħatab fin-nar u jkompli jħeġġeġ ambjent ta' suspett li ma jikseb xejn, anzi, isewwed il-qlub u jħawwad l-imħuħ.", "Tajjeb li tistaqsi", "Li wieħed jikkwestjona dak li ħaddieħor jgħidlu m'hijiex xi ħaġa ħażina.", "Il-mistoqsijiet dejjem wasslu għall-informazzjoni u saħansitra għat-tagħlim.", "Bniedem li jistaqsi huwa bniedem li jitgħallem.", "Mhux biss.", "Huwa bniedem li ma jħallix l-għajdut jiġri bih jew l-apparenzi li jqarrquh.", "Tajjeb li tistaqsi: staqsi dejjem!", "Madanakollu, waqt li wieħed jistaqsi u jikkwestjona m'għandux jagħti widen għal kull tweġiba li tingħatalu, speċjalment mingħand dawk li l-intenzjoni tagħhom m'hijiex li jgħallmuh jew jgħarrfuh, iżda li jħawduh jew, li hu agħar, li jiksbu vantaġġ politiku minn fuq..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/01/", "title": "Pożittività", "text": ["Il-ftuħ tal-attivitajiet il-ġimgħa li għaddiet marbuta mal-Belt Valletta bħala waħda miż-żewġ Bliet Kulturali tal-Unjoni Ewropea għall-2018, flimkien mal-ftuħ ta' attivitajiet oħra li qed isiru fl-Olanda, fil-belt ta' Leeuwarden, f'dawn il-jiem, jibgħat messaġġ qawwi ta' pożittività li lkoll kemm aħna neħtieġu l-ħin kollu, iżda aktar f'dan iż-żmien f'pajiżna meta l-'ħabbara tan-negattività' jridu jtammbru f'widnejna il-qtigħ il-qalb u l-biża'.", "Is-sabiħ tal-ħajja", "Il-belt ta' Leeuwarden hija l-kaptiali provinċjali tal-Istati ta' Friesland, fl-Olanda, u tħaddan aktar minn 108 elf ruħ.", "It-tema ewlenija magħżula għal dis-sena speċjali għal din il-belt hija \"Lepen Mienskip\", li tfisser \"sens miftuħ ta' kommunità\".", "Flimkien mat-tema ewlenija tal-Belt Valletta, li hija ċ-ċelebrazzjoni tal-wirt kulturali, it-temi ewlenin ifakkruna fis-sabiħ tal-ħajja meta mgħajxa b'pożittività.", "Din il-kelma, \"pożittività\", tindika attitudni ottimistika li tagħżel li tħares aktar lejn is-sabiħ tal-ħajja milli l..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/12/", "title": "X'nistennew għall-2018?", "text": ["Kulħadd ikollu l-pjanijiet tiegħu u l-istennijiet tiegħu.", "Ħadd minna, żgur, ma jistenna li ma jinqala' xejn minn taħt ir-riħ.", "Sena ġdida tista' tkun għall-ħafna oħrajn li għaddew bħalha, iżda tista' tkun, bla ħsieb ta' xejn, waħda li toħroġ mill-ixkora xi sorpriża li nibqgħu niftakruha l-bqija ta' għomorna.", "Ma jistax ikun mod ieħor.", "Ilkoll nittamaw, għandi nifhem, li tkun sena li ġġibilna xi ftit jew wisq tar-riżq.", "L-ordinarju", "Din is-sena, l-2018, kellha tkun sena ta' elezzjoni; iżda m'hijiex se tkun.", "Dik id-deċiżjoni ttieħdet ftit xhur ilu u mhux se jkollna bżonn oħra din is-sena ― għall-grazzja t'Alla.", "Il-gvern nistennewh jibqa' għaddej bil-ħidma tiegħu, u lkoll ikollna għajnejna fuq l-oppożizzjoni biex naraw jekk, tul is-sena li jmiss, tinġararx xi ftit.", "M'għandniex nistennew xi terrimoti kbar fl-ekonomija s-sena li ġejja, la lokalment u lanqas internazzjonalment.", "Jidher li l-kriżi tal-2009 intrebħet sewwa u m'għandux ikun hemm oħra, għall-anqas mhux fis-sena li se nibdew.", "L-akbar ..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/05/", "title": "Erġajna koppi!", "text": ["Il-Knisja Kattolika f'Malta u Għawdex reġgħet qed tiskjera ruħha kontra l-minoranzi tas-soċjetà.", "Ma titgħallem qatt!", "Ibda mill-kwistjoni ma' Strickland bejn l-1928 u l-1932, għaddi għar-riformi ta' Boffa biex jidħlu t-taxxa fuq il-qligħ u l-vot tan-nisa, kompli bir-referenda tal-Integration u l-Indipendenza, u spiċċa bir-referendum fuq id-divorzju u bil-liġi tas-sħubijiet ċivili, l-istorja baqgħet tirrepeti u tirrepeti u tirrepeti u tirrepeti ruħha mingħajr qtugħ.", "Knisja reazzjonarja.", "Knisja li tidher skjerata kontra ż-żgħir.", "Knisja magħluqa fil-bużżieqa ta' moħħha.", "Wara kollox, ...", "Knisja li tibqa' deċiża li tispara f'saqajha.", "Il-problema", "Issa waslet id-daqqa fuq il-kwistjoni tal-emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun.", "Erġajna bdejna naraw l-isteriżmi.", "Erġajna bdejna nisimgħu l-argumenti sempliċisti.", "Erġajna bdejna naraw il-kruċjati.", "Erġajna bdejna nisimgħu bix-xenarji apokalittiċi.", "Erġajna bdejna naraw ... insomma ... erġajna bdejna naraw il-vavati ta' dejjem.", "Il-problema..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/07/", "title": "Kjarifika", "text": ["Jekk, fl-artikli li jien xandart lokalment f'April li għadda f'din il-gazzetta u f'oħra bl-Ingliż fuq l-istrateġija tal-Knisja Kattolika fil-Gżejjer Maltin fir-rigward tal-emendi proposti mill-gvern għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun, kien hemm xi ħadd li fehem li jien ħadtha kontra l-istituzzjoni tal-Knisja Kattolika, l-awtoritajiet leġittimi tagħha u/jew xi duttrina tagħha, ħalli jkun mgħarraf hawnhekk, l-ewwel, li jien ma kelli assolutament ebda intenzjoni li nagħmel dan; it-tieni, li, jekk hekk inftehemt min-naħa tiegħi, nitlob skuża; u t-tielet, li, jekk b'dan in-nuqqas ta' ftehim weġġajt lil xi ħadd, nitolbu jaħfirli.", "Din il-kjarifika qed nagħmilha bi ftehim mas-Superjur lokali tiegħi, P. Frans Micallef, wara l-laqgħa li kelli miegħu fil-kunvent tad-Dumnikani tar-Rabat, l-Erbgħa, 25 ta' Lulju tal-2018, fil-preżenza tax-xhud P. Prof. Joseph Agius.", "F'din il-laqgħa, l-apoloġija tqiegħdet bħala kundizzjoni, li jien aċċettajt, għat-tneħħija tal-impożizzjoni tas-silenzju, magħ..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/08/", "title": "Il-maskra ta' Momu", "text": ["Momu kien l-isem li fil-mitoloija tagħhom il-Griegi tal-qedem taw liċ-ċensura, li kienet dejjem marbuta mal-kritika inġusta.", "Imma l-inġust minn dejjem ġie definit minn min jippreżumi li jaf x'inhu l-ġust, u l-ġust minn dejjem ġie definit minn min għandu s-setgħa tal-kelma u l-espressjoni.", "Għaldaqstant, Momu ma kienx jinġieb mill-allat minħabba lsienu.", "Momu ma kienx jemmen f'maskri, la ma' wiċċu u lanqas ma' wiċċ ħaddieħor.", "Maskri mneħħija", "Il-mitoloġija hija għamla ta' diskors.", "Jissejħu allat dawk il-kwalitajiet li l-bniedem għaraf madwaru u fih innifsu.", "Lil dawn tahom wiċċ biex jitħaddet fuqhom b'aktar faċilità u kunfidenza.", "Sawwarhom f'allat minħabba li l-bniedem żammhom bħala xi ħaġa 'l barra minnu għalkemm kien jaf tajjeb li ma kinux.", "Il-mitoloġija hi għamla ta' diskors li ddur dawra mal-bniedem bil-kwalitajiet sbieħ u koroh tiegħu.", "Fost l-istejjer marbuta ma' Momu hemm waħda ħelwa.", "Darba waħda, dan Momu ġie mitlub jgħid x'jaħseb fuq il-ħlejjaq ta' Żew, l-alla tal-allat, t'Atena, l..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/04/", "title": "What strategy is there?", "text": ["Once more, the Catholic Church in Malta and Gozo is giving the damning impression that it is the same retrograde of old.", "Rightly or wrongly, the amendments to the Protection of Embryos Act ruffled its feathers, and the clarion call, \"Once more unto the breach, dear friends, once more\", has been blurted out.", "My interest here is not to defend any of the amendments.", "Nor is it to weigh the criticism drawn up by the Church or by its cohorts.", "My point is merely to discuss strategy.", "To be more precise, to consider how the Church seems to be strategically depositing itself in its opposition to the proposed amendments.", "In living memory we already have ample experience of this.", "What comes to mind is the divorce referendum campaign and the issue of same-sex marriages.", "Some will go as far back as to the Integration and Independence referenda.", "Each and every time, repeatedly, the campaign strategy of the Church ended up giving the impression that it stands against minority rights.", "This time aroun..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/03/", "title": "Il-firda meħtieġa", "text": ["Spiss nisimgħu li għandu jkun hawn l-għaqda fost il-Malta u l-Għawdxin.", "Spiss nisimgħu min jilmenta li l-poplu Malti u Għawdxi hu mifrud politikament.", "Dawn in-nies, fosthom ukoll studjużi u oħrajn fis-setgħa, jikkundannaw il-firda mingħajr riservi, u jfaħħru s-siwi u l-ħtieġa tal-għaqda.", "Imma jien ngħidlek li l-firda hi meħtieġa, u l-ħasra hi m'hawnx aktar minnha.", "Bis-setgħa u mingħajrha", "Meta ngħid hekk, m'iniex qed nirreferi għall-firda partiġġjana, la fil-politika u lanqas ta' bejn il-każini tal-banda.", "Il-firda f'dawn il-każijiet hi balala u infantili; frott l-injoranza u l-immaturità.", "Firda bħal din hi biss apparenti, għax fil-fatt iż-żewġ naħat huma magħqudin waħda u sew fl-istess attitudni u mentalità tribali fariżajka u fanatika.", "Mhux din il-firda ngħidlek li hi meħtieġa.", "Din il-firda, aktar ma tinqered malajr, aktar aħjar.", "Il-firda li qed nirreferi għaliha hi dik ideoloġika.", "Jiġifieri l-firda ta' bejn in-nies tas-setgħa u n-nies ta' bla setgħa.", "Din mhijiex sempliċiment firda po..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/02/", "title": "L-ilsien Malti f'era diġitali", "text": ["Artiklu li kiteb il-Ministru Evarist Bartolo lejn il-bidu tas-sena ġibed l-attenzjoni fuq rapport li kien ħareġ fl-2012 fuq l-ilsna dinjija fl-era diġitali.", "Ir-rapport kien sar fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew tal-Ilsna li jiġi mfakkar f'Settembru.", "Għal dar-rapport ġew mistħarrġa 30 ilsien Ewropew, fosthom il-Malti, biex jiġi magħruf xortihom fl-era diġitali.", "Dak li ntqal dwar l-ilsien Malti ma kienx sabiħ.", "Id-dinja diġitali", "Ir-rapport, imħejji minn madwar 200 espert u ddokumentat fi 30 volum, sar minn ġemgħa ta' 60 ċentru ta' riċerka mifruxa fi 34 pajjiż differenti.", "L-istudju tagħhom stħarreġ kemm kellhom appoġġ teknoloġiku bosta ilsna Ewropej.", "Dal-appoġġ li hu meqjus assolutament meħtieġ fl-era diġitali li qed ngħixu fih biex l-ilsna ma jiddgħajfux jew saħansitra ma jinqerdux għal kollox.", "L-istudju stħarreġ erba' oqsma ewlenin: it-traduzzjoni awtomatika, l-interazzjoni tad-diskors, l-analiżi tal-kitba u l-aċċessibbiltà għal riżorsi lingwistiċi.", "Il-programmi teknoloġiċi jintużaw, fost af..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/03/ic-ckejken-u-z-zgir.html", "title": "Iċ-ċkejken u ż-żgħir", "text": ["Hawn ħafna affarijiet ċkejknin, imma xejn żgħir.", "Din id-differenza bejn iċ-ċkejken u ż-żgħir bosta minna jinsewha jew jagħżlu li jinjorawha.", "Jagħmel sewwa kulħadd li jżommha f'moħħu għax, bi tfixkil bejn il-waħda u l-oħra, bniedem għandu mnejn jonqos mir-rispett li jmissu jagħti lil ħaddieħor jew imqar lilu nnifsu.", "Xejn m'hawn żgħir, ukoll jekk ċkejken.", "Iċ-ċkejken mhux żgħir", "Meta, f'relazzjoni maż-żgħir, ngħidu li xi ħaġa hi ċkejkna nkunu aktarx qed nirreferu għall-qies tagħha.", "Iċ-ċkejken hu terminu marbut ma' tul, wisgħa, fond, piż, volum u affarijiet bħal dawn ta' natura kwantitattiva.", "Huma affarijiet li jistgħu jitkejlu jew ukoll jintiżnu, affarijiet li jistgħu jiżdiedu jew jitnaqqsu.", "Ngħidu aħna, nirreferu għal nemla bħal ċkejkna, jew ċippa ta' apparat elettroniku, jew żrara, jew bebbuxu.", "Dawn huma affarijiet li nsejħulhom ċkejknin għax il-qies tagħhom mhuwiex kbir.", "Id-dinja wkoll hi ċkejkna meta mqabbla mal-qies tax-xemx jew il-qies ta' Saturnu.", "Nista' ngħid li għandi bir ċkejken jew statura ċkejkna.", "F'każijiet bħal dawn huwa l-lat kwantitattiv li nkunu qed nirreferu għalih meta nsejħulhom ċkejkna.", "Iżda huma ċkejkna biss fil-qies, f'ebda ħaġa oħra.", "Huma kbar mal-lat kwalitattiv.", "Fihom infushom, dawn l-affarijiet li semmejna, u magħhom nistgħu nsemmu miljuni ta' affarijiet oħra ċkejkna fil-qies, għandhom kwalità kbira tabilħaqq.", "Is-siwi li għandhom fihom infushom—il-fejda tagħhom, il-mertu tagħhom, il-preġju li għandhom—ma huwa ċkejken xejn, iżda sħiħ u qawwi.", "Ħadd m'hu żgħir", "Aħna poplu żgħir, iżda niswew daqs l-akbar poplu.", "Jeżistu ħniefes li l-qies tagħhom huwa ta' millimetru wieħed biss, u dud iżgħar minn hekk, ta' 0.0002 millimetri biss (200μm), u żnażar iżgħar, ta' 0.0001 millimetri (139μm).", "Dawn il-ħlejjaq u oħrajn bħalhom huma mill-aktar ċkejkna tassew, imma kull waħda minnhom huma tal-għaġeb fl-għamla u l-ħiliet tagħhom.", "Huma ċkejkna imma mhux żgħar.", "L-għadam ossikli fil-widna huma fost l-iċken biċċiet tal-ġisem uman, imma mingħajrhom ma nkunu nistgħu nisimgħu xejn.", "Huma ċkejkna, iva, iżda mhux żgħar fil-ħidma jew l-użu tagħhom.", "Hekk nistgħu nsemmu gżuż u gżuż ta' affarijiet li, għalkemm huma ċkejkna—bħat-tubi nani u ċerti transistri, li l-qies tagħhom huwa ta' ftit tulijiet nukleari—ma nistgħux insejħulhom żgħar, għax is-siwi tagħhom huwa kbir tassew.", "In-nies l-istess.", "In-nies jistgħu jkunu ċkejkna, iżda qatt żgħar.", "It-trabi u t-tfal huma ċkejkna, iżda huma persuni ta' siwi daqskemm l-akbar bniedem.", "Ħadd m'hu żgħir fil-kwalità u d-dinjità.", "Kull persuna, imqar l-iċken waħda fil-qies jew fl-istatura soċjali, hi kbira fiha nnifisha u jistħoqqilha l-istess ġieħ u qima daqs kull persuna oħra, kbira kemm hi kbira.", "It-tfixkil", "Bosta drabi, aħna nitfixklu ċ-ċkejken maż-żgħir għax l-oppost tagħhom fiż-żewġ każijiet hu 'kbir'.", "Ngħidu 'ċkejken-kbir' u 'żgħir-kbir'.", "Minħabba li l-kelma 'kbir' tibqa' l-istess fiż-żewġ każijiet, nistħajlu li 'ċkejken' u 'żgħir' ifissru l-istess ħaġa u nistgħu daqqa nużaw waħda u daqqa l-oħra.", "Iżda m'għandux ikun hekk.", "Nistgħu nsejħu minoranza 'ċkejkna', imma ma nistgħux insejħulha 'żgħira'.", "Għax is-siwi tagħha hu daqs ta' maġġoranza, jekk mhux akbar.", "Nistgħu nsejħu bniedem li hu soċjalment imwarrab u mgħakkes bħala ċkejken, iżda qatt bla żgħir.", "Għax hu persuna ta' ġieħ daqs l-ogħla bniedem fis-soċjetà.", "Ħadd minna m'għandu jonqos mir-rispett lejn iċ-ċkejken għax jobsor li hu żgħir.", "Kull ħaġa u kulħadd hu kbir fih innifsu u jistħoqqlu l-ġieħ ta' kbir.", "M'għandniex infixklu ċ-ċkejken maż-żgħir jew nobsru li, għax ċkejken, xi ħaġa jew xi ħadd hu żgħir.", "Ċkejknin jew mhux, aħna lkoll kbar."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/12/", "title": "L-għaġeb tal-presepju", "text": ["Kulmeta niġi biex nara xi presepju, dejjem infittex l-ewwel l-għaġeb.", "'Kif?' tgħidli, 'Mhux lill-bambin, jew lill-Madonna, jew lil San Ġużepp?", "Jew imqar lill-ħmara u l-baqra?'", "Le!", "Lil ħadd minn dawn.", "L-ewwel infittex l-għaġeb.", "U niddiżappunta ruħi ħafna meta ma nilmħux.", "'Fejnu l-għaġeb?' ngħid lil dak li jkun.", "Xi presepju jkun mingħajr l-għaġeb?", "Il-qima xierqa", "Jien ma nafx barra minn Malta u Għawdex x'jagħmlu.", "Jekk il-presepji jkollhomx l-għaġeb tagħhom.", "Għandu mnejn dil-figura hi xi ħaġa oriġinali tagħna.", "Jien għamilt xi ftit tfittxijiet fuq l-Internet, u sibt li l-ħsieb jidher li ġie mill-presepji ta' Napli.", "Ħaġa minn ewl id-dinja, aktarx.", "Għax il-presepji kollha, milli jidher, bdew minn hemmhekk, anki jekk jgħidu (tradizzjonalment) li kien San Franġisk li għamel l-ewwel presepju.", "Bit-Taljan l-għaġeb isejħulu '", "il meravigliato", "', u bl-Ingliż, '", "the amazed sherherd", "'.", "Hu x'inhu, aħna donna nisimgħu bih is-sena kollha, għax ma trid xejn biex xi ħadd jgħidlek li qisek l-għaġeb tal-presepju..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/03/meta-jittrattawk-ta-vavu.html", "title": "Meta jittrattawk ta' vavu", "text": ["Hemm kelma għal meta jittrattawk ta' vavu.", "PATERNALIŻMU.", "Hija kelma li tiġi mil-Latin 'pater', li tfisser 'missier'.", "Għax meta jittrattawk ta' vavu, iġibu ruħhom miegħek qishom kienu xi papà, imma fl-agħar sens tal-kelma papà jew missier.", "L-attitudni tkun li jittrattawk bħallikieku kont għadek xi tifel jew tifla li trid lil min jieħu ħsiebek u jħares fuqek.", "Appuntament għalik", "Nhar il-Ħamis, 16 ta' Marzu, fiċ-Ċentru tal-Fortifikazzjonjiet, Triq San Mark, il-Belt (il-Mandraġġ), mis-7.30 ta' filgħaxija 'l quddiem, se joħroġ ktieb proprju fuq hekk.", "Fuq il-paternaliżmu.", "Il-ktieb jismu MIN JGĦIDU N-NIES LI JIEN? – Il-FAQAR TAL-PATERNALIŻMU.", "Huwa miktub minn Mark Montebello u ppubblikat mill-SKS.", "Għal din l-attività l-pubbliku kollu hu mistieden u d-dħul huwa mingħajr ħlas.", "Din hija okkażjoni għalik ukoll, jekk jinteressak is-suġġett.", "Fl-attività tista' tieħu sehem fid-diskussjoni (li żgur tkun interessanti, jekk mhux ukoll ftit taħraq), u wkoll tikseb il-ktieb bl-irħis, għax dak in-nhar ikollu prezz speċjali għal dawk li jattendu.", "Fil-fatt, il-paternaliżmu huwa suġġett li għandu jinteressa lil kulħadd.", "Għax kulħadd, illum jew għada, isib ruħu vittma ta' din l-attitudni insolenti.", "Nies adulti bħalek m'għandhomx jiġu ttrattati ta' vavi.", "Għandhom moħħ biex jaħsbu bih u jieħdu d-deċiżjonijiet.", "Għandhom il-libertà tal-għażla.", "Għandhom id-dritt ifasslu ħajjithom, il-ferħ tagħhom, l-identità tagħhom u l-ġejjieni tagħhom kif iridu huma.", "Mhux kif jiddetta ħaddieħor.", "Il-ħażen tal-paternaliżmu", "Il-paternaliżmu hekk jagħmel.", "Huwa meta xi ħadd jittratta lil ħaddieħor qisu kien immatur.", "Jista' jkun missier lil uliedu, raġel lil martu, namrata lin-namrat, sid t'imjieg lill-ħaddiema, kap ta' dipartiment lil ta' taħtu, superjur lis-sudditi tiegħu, imħallef lil min jitressaq quddiemu, pulizija lill-pubbliku, tabib lill-pazjenti, kappillan lill-parruċċjani, u l-bqija.", "Jista' jkun ukoll, fuq livell istituzzjonali, il-gvern liċ-ċittadini, bank lill-klijenti, kumpanija lill-benefikarji, u l-bqija.", "Kulħadd hu fil-periklu li jsir vittma tal-paternaliżmu daqskemm kulħadd jista' juża l-paternaliżmu ma' ħaddieħor.", "F'dawn il-każijiet kollha, il-persuna paternalista tittratta lil ħaddieħor bħallikieku kien tfal, jiddettalu fuq ħajtu, jiddeċiedi għalih mingħajr il-kunsens tiegħu u jirrappreżentah mingħajr ma jikkonsultah.", "Il-paternalista jippretendi li jaf aktar mill-vittmi tiegħu kif għandhom jgħixu, x'deċiżjonijiet għandhom jieħdu, x'isawwar il-ferħ tagħhom, x'identità personali għandu jkollhom, u x'ġejjieni hu tajjeb għalihom.", "Fl-aħħar mill-aħħar, il-paternaliżmu huwa kwistjoni ta' kontroll, manipulazzjoni u sfruttament.", "Ktieb jgħodd għalik", "Dan il-ktieb jistħarreġ il-paternaliżmu minn kull lat tiegħu, interpersonali, istituzzjonali u legali.", "Jittratta kif aħna niltaqgħu mal-paternaliżmu (Taqsima 1), l-inhuma l-oriġini u l-ġustifikazzjoni tiegħu (Taqsima 2), is-sura l-faqar tiegħu (Taqsima 3) u l-azzjoni possibbli kontra l-paternalisti (Taqsima 4).", "Hu ktieb li jippreżenta studju kumpless u diffiċli fi kliem mill-aktar ħfief, b'lingwaġġ sempliċi u b'ħafna eżempji ta' tifsir.", "Minħabba li l-messaġġ ewlieni tal-ktieb hu maħsub biex jgħin lill-qarrej jiskopri l-forom differenti tal-paternaliżmu u biex possibbilment jikkumbattihom, il-pożizzjonijiet favur u kontra l-ġustifikazzjoni tal-paternaliżmu huma murija f'termini kemxejn kategoriċi.", "Dan m'għandux ifisser li f'kull pożizzjoni mhemmx kontradizzjonijiet, għalkemm dawn aktarx ma jnaqqsux is-saħħa tal-argumenti.", "Il-ktieb ma jippretendix li kulħadd jaqbel ma' dak kollu li jgħid, iżda għall-anqas jiftaħ diskussjoni li tista' tipproduċi xi ħaġa.", "Għalhekk, ħu l-appuntament: Il-Ħamis, 16 ta' Marzu, iċ-Ċentru tal-Fortifikazzjonijiet, Triq San Mark, il-Belt, fis-7.30 ta' filgħaxija."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/10/", "title": "Europa admirabilis", "text": ["Meta snin ilu kellna l-kampanji tar-referendum għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, ma jidhirlix li ħadd qatt ma kien semma l-vantaġġ li qed naraw illum bis-sħubija tagħna.", "Huwa l-vantaġġ li, fil-Parlament Ewropew, dejjem tista' ssib nies onorabbli li jpatptu skont kif tgħidilhom u jingħaqdu miegħek ħalli flimkien jagħmlu kampanja fuq xiex jitwebblu.", "L-Ewropa tan-negattività hi tassew ammirevoli!", "Front għall-ġustizzja", "Tiftakarha t-tixbiha tal-Ewropa ta' Abel u l-Ewropa ta' Kajin?", "Antika issa, veru.", "Għandha 'l fuq minn erbgħin sena żgur.", "Imma għandu mnejn li qatt daqs illum m'aħna naraw is-sens sħiħ tagħha.", "Kajin u l-imxierka tiegħu donnhom dejjem bil-ħakk biex jaraw ma' min se jaqbdu.", "Kulma jridu hu tfesfisa fil-widnejn ... u arahom jikkakkmaw flimkien biex joħolqu front għall-ġustizzja.", "Dawn iriduha ta' nies serji; nies tal-affari tagħhom.", "Kollhom ingravajjed u bagalji, kollhom karti u ġlekkijin, u erħilhom itellgħu mill-istonku tagħhom u jobżqu s-semm.", "Addio verifiki.", "Addio imparz..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/03/mingajr-precedenti-fl-olanda.html", "title": "Mingħajr preċedenti fl-Olanda", "text": ["Dak li qed jiġri fl-Olanda bħalissa għandu mnejn hu mingħajr preċedenti.", "Anzi, jista' joħloq preċedent liema bħalu.", "Il-gvern Olandiż jinsab f'kwestjoni mat-Turkija fuq xi ħaġa li għandha mnejn tiftaħ it-triq għal sitwazzjonijiet simili fl-Ewropa jew ukoll f'inħawi oħra tad-dinja.", "X'jista' jirriżulta minn dan kollu?", "Dixxendenzi barranin", "Il-ġimgħa li għaddiet, eżattament nhar il-Ħamis li għadda, fit-Turkija sar referendum fuq is-setgħat effettivi tal-president tal-pajjiż.", "B'daqshekk ma fiha xejn.", "Il-problema qamet meta l-ministri tal-gvern Tork riedu jagħmlu 'meetings' ġol-Olanda għat-Torok li jgħixu hemmhekk jew għandhom ċittadinanza Olandiża.", "Skont l-istatistiċi Olandiżi, hemm madwar 500,000 ċittadin Olandiż ta' dixxendenza Torka ġo l-Olanda.", "Dawn jagħmlu mat-2.5 fil-mija tal-popolazzjoni kollha Olandiża.", "Kien għal dawn li l-ministri Torok riedu jagħmlu l-'meetings', mhux ġo pajjiżhom, iżda f'pajjiż ħaddieħor!", "Id-demostrazzjonijiet Torok waqt il-kampanja referendjali tat-Turkija saru mhux fl-Olanda biss, iżda wkoll fil-Ġermanja u l-Awstrija.", "Fil-Ġermanja hemm mat-tliet miljun ċittadin Ġermaniż ta' dixxendenza Torka.", "Fl-Awstrija hemm mal-200,000.", "Il-preżenza tad-dixxendenza Torka mhijiex daqstant problema f'dawn il-pajjiżi.", "Il-problema aktar hi t-talbiet li l-gvern Tork qed jagħmel fil-kampanji politiċi tiegħu f'pajjiż ħaddieħor.", "X'inhi l-kwestjoni?", "Dak li ġara l-ġimgħa li għaddiet fl-Olanda aktarx kien mingħajr preċedenti.", "Li jsiru 'meetings' f'pajjiż ħaddieħor minn gvern barrani hija xi ħaġa li tista' tkun preċedent għal sitwazzjonijiet simili f'pajjiżi oħra.", "Il-gvern Olandiż ċaħad li l-ministru Torok jagħmlu 'meetings' għat-Torok fl-Olanda.", "Il-Ġermanja u l-Awstrija lanqas demostrazzjonijiet mit-Torok, ukoll mingħajr il-preżenza tal-membri tal-gvern Torok, ma ħallew isiru (għal raġunijiet ta' sigurtà, qalu).", "Min-naħa tiegħu, għaċ-ċaħda Olandiża tal-ġimgħa li għaddiet, il-gvern Tork ħa għalih bil-kbir.", "Il-pretest li jisa' jibgħat il-ministri tiegħu jagħmlu 'meeting' f'pajjiż ħaddieħor, mhux biss jemmen fih, iżda wkoll isostni li għandu d-dritt morali u legali li jagħmlu.", "L-Olanda, il-Ġermanja u l-Awstrija t-tlieta ċaħdu li jeżisti dritt bħal dan.", "Hu x'inhu, il-fatt li nqalgħet din l-istorja tista' tkun sinjal ta' affarijiet li ġejjin.", "Issa jmiss lin-nies legali u diplomatiċi biex jaraw sewwa jekk ħaġa bħal din tista' issir tabilħaqq.", "Jista' gvern jagħmel 'meeting' għal nies tad-dixxendenza tiegħu f'art sovrana ta' ħaddieħor?", "Din hi l-kwestjoni kollha.", "Skond xi esperti legali u politiċi, dan mhux biss hu possibbli letiċament iżda wkoll moralment validu.", "Oħrajn ma jaqblu xejn ma dan u jsostnu li jista' joħloq preċedent perikoluż fejn gvern jidħol bl-influwenza tiegħu f'art li tgawdi s-sovranità ta' ħaddieħor.", "Mistoqsija interessanti", "Is-sitwazzjoni tidher li ħolqot xenarju u possibbiltajiet għal kollox ġodda fil-fasla politika tal-Ewropa.", "Dawn huwa fatt ieħor li juri kemm il-fruntieri ta' bejn il-pajjiżi qed isiru dejjem aktar elastiċi.", "Diġà l-miljuni ta' refuġjati wrew dan.", "Issa l-kwestjoni ttieħdet fuq skala għal kollox differenti.", "Għalkemm ir-referendum fit-Turkija sar u spiċċa, ix-xenarju legali u politiku li ħoloq fuq il-possibbiltà ta' 'meetings' f'pajjiż ħaddieħor ma spiċċatx u għad trid tiġi definita b'aktar preċiżjoni.", "Jista' jkun li l-gvern Tork, bit-tgħajjir li għajjar lill-gvernijiet tal-Ġermanja, l-Awstrija u l-Olanda li huma Nażisti, m'għandux raġun.", "Iżda jaf li b'daqshekk ħoloq xi ħaġa li kulħadd irid minn issa 'l quddiem jiffaċċjaha.", "Għandu jew m'għandux pajjiż id-dritt li jagħmel 'meetings' f'pajjiż ieħor?", "Din hi l-kwestjoni kollha, u wieħed ma jista' ma jistqarrx li hi mistoqsija interessanti ħafna.", "Min jaf kif tiġi mwieġba?", "Lilna f'Malta tagħmlilna differenza jew it-tweġiba tkunx iva jew le?", "Aktarx iva."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/09/", "title": "Il-blogiżmu rieqed", "text": ["Il-blogiżmu huwa fenomenu ta' żmienna li beda fuq l-Internet fit-tmeninijiet tas-seklu l-ieħor.", "Fil-Gżejjer Maltin hu aktar riċenti minn hekk.", "Il-firxa u l-popolarità tiegħu huma bla qies u għandhom sehem importanti fil-kultura tal-pajjiżi li għandhom soprastruttura teknoloġika.", "Madanakollu, f'pajjiżna jidher li għadu mhuwiex qed jagħti l-aqwa li jista'", "Ġurnali ħajjin", "Jissejjaħ 'blog' kwalukwe sit jew paġna fuq l-Internet li jikkonsistu f'għadd ta' kontribuzzjonijiet, aktarx kitbiet, tipikament irranġati f'ordni kronoloġiku maqlub.", "B'hekk, l-iġded kontribuzzjonijiet jidhru l-aktar 'il fuq, u l-eqdem l-aktar 'l isfel.", "Ġieli l-kontribuzzjonijiet jiġu miżjuda b'tagħrif ġdid mill-awturi tagħhom jew ukoll mill-qarrejja.", "Il-blog jista' jinkludi wkoll diskussjonijiet sħaħ.", "Dal-kontribuzzjonijiet kollha jsawru speċi ta' ġurnal ħaj.", "Infatti, il-kelma 'blog' tiġi mit-terminu 'weblog', li tfisser ġurnal tax-xibka elettronika.", "Il-blogijiet huma magħrufa għall-ħeffa li biha jinbidlu, għall-interaz..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/03/meta-l-politiku-jonqos-ic-civilta-tagna.html", "title": "Meta l-politiku jonqos iċ-ċiviltà tagħna", "text": ["Iċ-ċiviltà li niftaħru li għandna tissejjes, fost ħwejjeġ oħra, fuq għadd imdaqqas ta' affarijiet li jesprimuha.", "Aktar ma dawn l-affarijiet ikunu fl-għajn, aktar jieħdu responsabbiltà fuqhom quddiem is-soċjetà kollha.", "Fost dawk l-aktar fl-għajn huma l-politiċi.", "Fuq dawn, fost ħafna oħrajn, taqa' responsabbiltà kbira biex jesprimu ċ-ċiviltà tagħna u l-fażi tal-iżvilupp tagħha.", "Qegħdin fil-fatt jerfgħu biżżejjed din ir-responsabbiltà?", "In-nies pubbliċi tagħna", "L-artisti, il-ħaddiema pubbliċi kollha, il-voluntieri f'kull qasam, in-nies li jagħtu servizz pubbliku u ħafna suriet oħra ta' ċittadini għandhom ir-responsabbiltà li, flimkien mal-politiċi, jesprimu ċ-ċiviltà tagħna.", "Ilkoll flimkien, kulħadd bit-toqol u s-siwi tiegħu, juru kemm aħna ċċivilizzati, kemm ilħaqna livell għoli ta' ħruġ mill-egonazzjonalizzmu tagħna u ġrejna fit-triq tal-altrunazzjonaliżmu.", "Dawn iż-żewġ termini―egonazzjonaliżmu u altrunazzjonaliżmu―nistgħu nqisuhom bħala żewġt iġnub ta' medda ta' żvilupp li minnhom jgħaddi nazzjon.", "L-egonazzjonaliżmu jirreferi għal meta n-nazzjon jingħalaq fih innifsu u jqis lilu nnifsu bħallikieku kien iċ-ċentru tad-dinja, b'kollox iseħħ f'relazzjoni miegħu u għalih.", "Dak kollu li ma jidħolx f'din il-kategorija ta' attitudni, jew ma jorbotx miegħu, għall-egonazzjonaliżmu jitqies bħala bla siwi u bla interess.", "Min-naħa l-oħra, l-altrunazzjonaliżmu nistgħu nqisuh li jirreferi għal meta nazzjon joħroġ mill-ossessjoni bih innifsu u b'dak li jqis li hu tiegħu, u jibqa' jara lilu nnifsu bħala parti minn komunità ta' nazzjonijiet, biċċa waħda minn kuntest li jħaddan lilu u lil kulħadd f'umanità waħda.", "L-altrunazzjonaliżmu jmur lil hinn mill-egoiżmu nazzjonali u jitfa' l-ħarsa tiegħu lejn il-ġid komuni tan-nazzjonijiet, il-popli u l-ġnus.", "Iċ-ċiviltà hija ħajja", "L-egonazzjonaliżmu u l-altrunazzjonaliżmu aktarx tista' tarah fl-attitudnijiet tan-nies li semmejt aktar 'il fuq.", "L-għamla li biha dawn, b'mod ġenerali, iġibu rwieħhom juri n-nazzjon lejn liema ġenb tal-medda ta' żvilupp qed ixaqleb.", "Aktar ma jxaqleb lejn l-egonazzjonaliżmu aktar hu infantili u immatur, xhieda ta' livell baxx ta' ċiviltà.", "Aktar ma jxaqleb lejn l-altrunazzjonaliżmu aktar hu matur, żviluppat, komplet u avvanżat, xhieda ta' livell għoli ta' ċiviltà.", "Xi wħud, iċ-ċiviltà tagħna jesprimuha f'termini ta' storja, tal-imgħoddi, tat-tradizzjoni, bħallikieku ċ-ċivilizzazzjoni hija xi ħaġa arkeoloġika, konservazzjoni arkivjali ta' fossili mejta.", "Bil-kontra, iċ-ċivilizzazzjoni hi xi ħaġa ħajja, kontemporanja, preżenti issa, imlaħħma fil-poplu li jgħix illum u fl-attitudnijiet tiegħu.", "Huwa aħna lkoll li nsawru ċ-ċivilizzazzjoni tagħna llum, irrispettivament x'kienet fl-imgħoddi, imqar is-sena li għaddiet.", "X'aħna llum?", "Aktar egonazzjonali jew aktar altrunazzjonali?", "'Il fejn qed inxaqilbu?", "Jekk, biex nibdew, nieħdu bħala qies in-nies l-aktar pubbliċi tagħna, u minnhom nilmħu ċ-ċivilizzazzjoni tan-nazzjon, aktarx inkunu nistgħu naraw fejn qegħdin u 'l fejn sejrin.", "Għalhekk, il-politiċi tagħna x'juruna?", "X'livell ta' ċiviltà esprimulna?", "X'juru li aħna?", "Fejn jixhdu li wasalna fil-medda taċ-ċivilizzazzjoni?", "Aħna jixirqilna aħjar", "Nistgħu ngħidu li kull mexxej politiku f'pajjiżna wiegħed li qatt ma hu se jaqa' għall-baxxezza tat-tgħajjir u t-tmaqdir tal-oppożituri.", "Kull wieħed minnhom ma żammx din il-wegħda.", "Kmieni jew tard waqa' fin-nasba tal-egonazzjonaliżmu biex tbiegħed mill-altrunazzjonaliżmu.", "Tal-ewwel tisħaq fuq l-'aħna' u l-'huma'; tat-tieni fuq l-'aħna' biss.", "Illum, meta qed nersqu lejn kampanja elettorali u lejn elezzjoni ġenerali, b'riżq tabilħaqq ikrah il-politiċi tagħna bdew il-litanija ta' tgħajjir u tmaqdir li jbaxxina lkoll u jiġbidna lura lejn l-immaturità, il-puwerilità u ... l-irrisponsabbiltà.", "Id-doża qed tiżdied kuljum.", "Ftit huma dawk li jidhru qed irażżnuha jew jirreżistuha.", "Ir-responsabbiltà tal-politiċi quddiem il-poplu kollu hu li jġibu ruħhom ma' xulxin bid-dinjità, bid-dekor, skont il-livell li niftaħru li nlaqna fiċ-ċivilizzazzjoni tagħna, li fil-fatt naħsbu li hi żviluppata mhux ħażin.", "Il-baxxezza tan-nies pubbliċi tagħna qed tgiddeb dan.", "Aħna lkoll jixirqilna aħna.", "Nistennew aħjar.", "Irridu aħjar."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/11/", "title": "Ħa tintemm il-vjolenza!", "text": ["Illum, il-25 ta' Novembru, il-Ġnus Magħquda tfakkar il-Jum Internazzjonali għat-Qerda tal-Vjolenza kontra n-Nisa.", "Hija tifkira ta' ċertu tifsir u importanza għax din l-għamla ta' vjolenza, f'dinja fejn il-jeddijiet tal-bniedem huma hekk meqjuma, diżgrazzjatament għadha sal-lum waħda mill-aktar mifruxa, persistenti u qerrieda.", "Il-vjolenza bi preġudizzju", "Meta fl-1993 l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fissret xi trid tgħid b'vjolenza kontra n-nisa hija għarfitha bħala \"kull għemil ta' vjolenza li jsir kontra mara għax hi mara, li jista' jġibilha ħsara jew tbatija fiżika, sesswali jew psikoloġika, inkluż it-theddida ta' atti bħal dawn, atti li jġegħluha tagħmel li ma tridx jew atti li jċaħħdulha l-libertà tagħha, kemm jekk isiru fil-pubbliku kif ukoll fil-privat\".", "Wieħed għandu mnejn jistagħġeb kemm atti bħal dawn, li jsiru kontra mara għax hi mara, huma komuni, mhux biss barra minn pajjiżna, imma f'pajjiżna wkoll.", "Għadhom jeżistu nies, l-aktar irġiel, li jqisu l-mara bħala xi ħaġa i..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/01/il-burokrazija.html", "title": "Il-burokrazija", "text": ["Il-burokrazija, ċentralizzata jew le, tiċħad liċ-ċittadin l-aċċess għad-deċiżjonijiet li jaffettwaw ħajtu mill-qrib.", "Għalkemm illum kull istituzzjoni għandha xi ftit jew wisq tal-burokrazija, l-akbar burokratu hu l-gvern.", "Il-burokrazija mhijiex sempliċiment sistema ta' amministrazzjoni, iżda hija mekkaniżmu ta' deċiżjonijiet b'bażi ta' politika mhux rappreżentattiva.", "... u ċ-ċittadin", "Il-kelma 'burokrazija' hi magħmula minn żewġ kelmiet, waħda Franċiża u l-oħra Griega.", "Filwaqt li l-ewwel parti tagħha tiġi mill-Franċiż 'bureau', li tfisser skrivanija, it-tieni parti tiġi mill-Grieg 'kratos', li tfisser tmexxija.", "Il-kelma sħiħa, użata għall-ewwel darba b'mod sarkastiku minn Jacques Gournay fil-bidu tas-seklu 19, tindika t-tmexxija politika magħmula mill-uffiċċji u minn fuq l-iskrivaniji.", "Diġà Gournay uża l-kelma biex tindika ineffiċenza amministrattiva (l-aktar f'rabta mal-kummerċ).", "Iżda maż-żmien, b'aktar riflessjoni, filwaqt li l-kelma ġiet użata f'sens aktar negattiv milli pożittiv, bdiet timplika wkoll affarijiet pjuttost perikolużi, bħal, ngħidu aħna, it-teħid ta' deċiżjonijiet amministrattivi minn uffiċjali li huma maqtugħa minn dawk in-nies li lilhom se jkunu qed jaffettwaw id-deċiżjonijiet tagħhom, u saħansitra insensittività waqt it-teħid ta' deċiżjonijiet.", "Iċ-ċittadin, li mhuwiex parti mill-burokrażija ta' ebda istituzzjoni, wisq anqas tal-gvern, huwa l-vittma f'din l-istorja.", "Kemm nies eletti minnu u kemm ħafna u ħafna oħrajn li mhumiex, iżda li jirrappreżentawh xorta waħda, jieħdu deċiżjonijiet f'ismu u minfloku waqt li hu hu mħolli għal kollox barra.", "Iċ-ċittadin huwa biss ir-riċevitur tal-effetti tad-deċiżjonijiet.", "Buromanija", "Fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-gvernijiet eletti jwiegħdu li se jnaqqsu l-burokrazija u jressqu jew jinkludu liċ-ċittadin fit-teħid tad-deċiżjonijiet amministrattivi.", "Dan rari jseħħ, jekk qatt.", "Aktar jiġri li l-gvern jinħakem minn dik li Gournay innifsu sejjaħ 'buromanija', jiġifieri li, f'isem l-effiċjenza, jissaħħew u saħansitra jitkattru l-iskrivaniji u l-uffiċċji li fuqhom u fihom isiru d-deċiżjonijiet minn kapi, kumitati, kummissjonijiet, irjus u l-bqija.", "L-iskuża tal-effiċjenza taħdem bħala l-aqwa sistema ta' ineffiċjenza.", "Dan għaliex qabel kollox il-burokrazija hija mekkaniżmu magħqud, imħallas għal kollox mill-poplu, biex iċaħħad lill-istess poplu milli jieħu dawk id-deċiżjonjiet li jaffettwaw direttament lil ħajtu.", "Anzi, ħafna drabi l-proċessi tal-burokrazija huma espliċitament (anki legalment) moħbija mill-poplu.", "Mhux biss iċ-ċittadin ma jkunx jaf kif qed jittieħdu d-deċiżjonijiet, iżda lanqas biss għandu aċċess biex jiskoprih.", "Fl-aħħar mill-aħħar, iċ-ċivil tal-gvern—bil-ministeri, id-dipartimenti, l-uffiċċji u l-iskrivaniji kollha tiegħu—ma hu rappreżentattiv xejn.", "Jirrappreżenta biss lilu nnifsu, iżda mhux lill-poplu, li tah is-setgħa u li jżommu fis-setgħa.", "Dinjiet maqtugħa", "Għall-burokrati, jiġifieri ġewwa l-uffiċċji u fuq l-iskrivaniji amministrattivi, iċ-ċittadin hu biss numru u fajl.", "Bla wiċċ.", "Bla isem.", "Bla identità.", "Tant hu hekk, li r-regola numru wieħed tal-burokrati hija li m'għandhomx jippersonalizzaw ix-xogħol tagħhom; m'għandhomx jinvolvu lilhom infushom fih b'xi mod sentimentali jew emozzjonali.", "Il-qtugħ mill-benefikarji tas-servizzi tagħhom hu l-garanzija tal-imparzjalità u l-produttività tagħhom.", "L-agħar ħaġa li ċittadin jista' jiġrilu, fil-fatt, hu li jsib ruħu mgħaqqad fil-labirint burokratiku ta' xi istituzzjoni fejn la jaf ir-regoli tal-logħob, la n-nies, la d-drawwiet u lanqas l-intriċċi.", "Hemm ġew żgur li jintilef u jsib ruħu agħar milli beda.", "Il-burokrazija u ċ-ċittadin huma żewġ dinjiet differenti li ma jitħalltux.", "Dan għall-ġid tat-tnejn.", "Dan il-mostru burokratiku, li aħna ngħixu miegħu kuljum, u li kuljum qiegħed jikber u jitmantna minn butna, huwa ċ-ċaħda ta' dak kollu li hu l-isbaħ fid-demokrazija.", "Huwa jagħmel parodija mit-tmexxija li, kif f'Malta hekk ukoll barra, tgħid li hi tal-poplu, mill-poplu u għall-poplu.", "Il-burokrazija sempliċiment tiggarantixxi li biċċiet minn moħħ iċ-ċittadin jinsabu fuq l-iskrivaniji ta' xi ħadd ieħor f'uffiċċji li ħadd ma jaf fejn huma jew minn min jitmexxew."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/01/id-distribuzzjoni-tal-gid.html", "title": "Id-distribuzzjoni tal-ġid", "text": ["Xi ġimgħatejn ilu ġejt mistieden nieħu sehem f'programm dirett fuq Net TV li ffoka fuq il-faqar u l-għoli tal-ħajja.", "Xi jiem wara deher rapport ta' Robert Cremona f'In-Nazzjon li kkwota xi kummenti minn dak li kont għedt.", "Hawnhekk xtaqt inkompli ftit aktar l-argument li għamilt fil-programm għax inħoss li s-suġġett kien wieħed xieraq u jistħoqqlu aktar attenzjoni.", "Il-faxxi t'isfel tal-poplu", "Ir-rapport li deher fil-gazzetta kkwotani tajjeb u r-rapportaġġ kien fidil għal dak li nstema' fil-programm tal-televiżjoni.", "Il-programm kien wieħed ippreżentat tajjeb u anki fil-biċċa l-kbira tiegħu bilanċjat.", "Miegħi fid-diskussjoni kien hemm Gejtu Vella u, mill-RTK, Jes Saliba.", "Magħna kien hemm ċertu persuna li offriet l-esperjenza tagħha.", "Fost affarijiet oħra, fil-gazzetta jien ġejt ikkwotajt li għedt li \"l-prezzijiet tal-affarijiet li nixtru żdiedu, iżda l-pagi u l-pensjonijiet ma żdidux bl-istess mod.", "Aħna nirreferu ħafna għall-ġid nazzjonali.", "Imma meta tiġi għall-faxxi t'isfel, it-tkabbir mhux jinħass bl-istess mod\".", "Dan il-kliem, ikkwotat korrettement, nikkonfermah.", "Għalkemm jien konvint mill-isforz li diġà sar biex iċ-ċittadin iż-żgħir ilaħħaq sew mal-ħajja, jgħix ħajja diċenti u jkollu wkoll x'jibqagħlu għall-mistrieħ tiegħu, nifhem li dan l-isforz għandu jikber.", "Ir-rati tat-tkabbir", "Il-ħajja għoliet għal diversi raġunijiet, aktarx mhux anqas, kif jien għedt ukoll fil-programm tat-televiżjoni, minħabba d-dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea.", "Kollox ma' kollox, bin-naqra n-naqra, il-piż fuq iċ-ċittadin iż-żgħir żdied u qed ikompli jiżdied.", "Tabilħaqq, is-sitwazzoni mhijiex allarmanti.", "Iżda s-sinjal hemm qegħdin: iċ-ċittadin iż-żgħir qed jgħaddiha bl-isbrixx.", "Min-naħa tal-gvern, ma jidhirlix li hemm attitudni li tinjora jew ma tagħtix kas tas-sitwazzjoni ta' dawn iċ-ċittadini, ukoll fuq livell ta' strateġija politika.", "Iżda jidher li d-diskrepanza bejn ir-rata li biha qed togħla l-ħajja minn sena għal sena u r-rata li biha d-dħul nett ta' familja medja jew bniedem waħdu ma kibritx b'tali mod li sserraħ il-moħħ u żżomm il-ħajja fuq livell għal kollox sostenibbli.", "Nifhem ukoll li l-gvern għadu qed iwettaq il-pjan tiegħu biex, għallanqas sa tmiem il-leġislatura tiegħu, jara li jkun ħalla liċ-ċittadin medju f'qagħda aħjar milli minn meta ħa l-gvern f'idejh.", "Nemmen li dan il-pjan għandu jiggarantixxi kwalità ta' ħajja li ċ-ċittadin, inkluż dak żgħir, isibu aċċettabbli għal kollox.", "Ir-Rapport fuq il-Faqar", "Fl-istess programm televiżiv, jien ġbidt l-attenzjoni għar-Rapport fuq il-Faqar li kien ġie maħdum biex itaffi l-faqar relattiv fost il-poplu.", "Għedt—u dan ġie rrapportat korrettement—li, għalkemm kien għadda żmien mhux ħażin mill-bidu tar-rapport, dan jidher li għadu fi stadju ta' diskussjoni.", "Meta se jibda jitħaddem fil-prattika ma nafx.", "Jidhirli li r-Rapport, anki jekk iltaqa' ma' diffikultajiet inizzjali, m'għandux jibqa' karta mejta.", "Nemmen li l-gvern għandu r-rieda politika li jibda jwettqu.", "Aktar ma dan jibda malajr, aħjar.", "Jiena nifhem li gvern Laburista qatt ma ħalla dan l-aspett tal-politika amministrattiva tiegħu tiżloqlu, u t-tama tiegħi hi li anqas din id-darba ma hu se jiġri hekk.", "Li l-ġid nazzjonali iġġenerat mill-gvern kurrenti hu kbir nafuh ilkoll.", "Xi wħud minna, iżda, mhumiex daqshekk ċerti mit-tqassim ġust tiegħu.", "Dawn id-dubji għandhom jitneħħew bil-fatti konkreti u b'miżuri trasparenti.", "Fuq dan jiddependi ħafna s-suċċess ta' din l-amministrazzjoni governattiva, kif ukoll ir-rieda tal-biċċa l-kbira tal-poplu li jerġa' jarah iżomm it-tmun."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/02/alla-jezisti-jew-le.html", "title": "Alla jeżisti jew le?", "text": ["Ħafna jistaqsu: Alla ħoloq lilna jew aħna ħloqna lilu?", "Fost dawk li jippruvaw isolvu din it-tensjoni, l-akbar dmir biex tiġi pprovta l-eżistenza t'Alla taqa' fuq min jemmen f'Alla.", "La l-atejisti u lanqas l-agnostiċi m'għandhom għalfejn jipprovaw xejn.", "L-argumenti tat-tejisti", "Fost it-tejisti, donnu hemm ħames għamliet ta' raġunijiet li jipproponu:", "(1) kożmiċi, l-aktar li l-ordni li donnu jeżisti fl-univers ħolqu essri divin (dawk li jipproponi hekk ġeneralment jissejħu 'Kreazzjonisti' jew il-proponenti tal-'Fasla Intelliġenti');", "(2) storiċi, l-aktar li l-bniedem minn dejjem emmen f'essri divin);", "(3) psikoloġiċi, l-aktar li l-bniedem IĦOSS li hemm xi essri divin 'l barra u akbar minnu;", "(4) romantiċi jew sentimentali, l-aktar li l-ġmiel kollu tan-natura bilfors ħolqu xi essri divin; u", "(5) filosofiċi, l-aktar li, fl-ordni tal-essri (being), ma jistax ma jkunx hemm Essri Ewlieni ('Primum Movens') li mhuwiex kompost u m'għandux bidu (it-tifsiriet ta' dawn jissejħu 'ontoloġiċi').", "Argumenti li jgħoddu", "Bl-eċċezzjoni tal-aħħar proposta, hija l-ewwel waħda li llum l-aktar li tiġbed interess.", "It-tlieta l-oħra m'għandhomx validità wisq kbira.", "Dan għax kull diskors oġġettiv fuq jekk Alla jeżistix irid jibda mill-manifestazzjonijiet t'Alla li huma distinti u indipendenti mill-esperjenza umana.", "L-argumenti tat-tejisti ma jistgħux jibdew minn dak li l-bniedem jilmaħ jew jaħseb li jilmaħ, wisq anqas minn dak li jħoss.", "Biex juri li hemm xi Alla, il-bniedem ma jistax jibda", "hu", "l-azzjoni tal-għarfien t'Alla.", "Dan jammonta biss għal suġġettiviżmu bla validità oġġettiva.", "Fi kliem ieħor, argument validu irid jibda minn dak li l-bniedem iġarrab", "mingħajr", "ma jibda ebda azzjoni min-naħa tiegħu.", "Il-bniedem li b'xi mod jibda jew jipprovoka esperjenza spiritwali jew mistika qajla jista' jistqarr li qed jibni fuq il-bażi soda tal-oġġettività.", "Reliġjon u xjenza opposti?", "Dan iwassalna biex nagħmlu ħames mistoqsijiet fuq jekk l-eżistenza t'Alla tistax tiġi pprovata oġġettivament fuq il-bażi pożitivistika (partikularment dik tal-mekkanika kwantistika).", "L-EWWEL NETT: It-teoristi tal-'Fasla Intelliġenti' huma ta' min joqgħod fuqhom f'dan ir-rigward?", "It-tweġiba diretta aktarx trid tkun:", "Le", ".", "L-espert tal-mekkanika kwantistika, Stephen Barr (The Believing Scientist, 2016) jgħid hekk: \"X'kisbu t-teoristi tal-fasla intelliġenti?", "Bħala xjenza, xejn. [...]", "L-argumenti tagħhom mhux biss ma jikkonvinċux, iżda għamla ħafna ħsara, għax deffsu f'moħħ in-nies li l-kunċett ta' Essri Intelliġenti huwa marbut ħaġa waħda maċ-ċaħda tax-xjenza\", li mhuwiex korrett.", "IT-TIENI: Min jemmen fl-eżistenza t'Alla BIL-FORS irid jiċħad ix-xjenza?", "It-tweġiba diretta aktarx trid tkun", "Le", "wkoll.", "Skont Barr: \"Dak li ħafna jqisuh bħala kunflitt bejn ir-reliġjon u x-xjenza ma hu hekk xejn.", "Il-kunflitt huwa bejn ir-reliġjon u l-materjaliżmu.", "Il-materjaliżmu jqis ruħu xjentifiku meta, fil-fatt, mhuwiex hekk.", "Huwa skola filosofika li tiċħad li xejn, minbarra l-materja fiżika, ma jeżisti\", ħaġa li lanqas il-mekkanika kwantistika ma taċċetta.", "Alla jista' jiġi pprovat?", "IT-TIELET: Il-mekkanika kwantistika telimina kull possibbiltà tal-eżistenza t'Alla?", "Għal darba oħra t-tweġiba tidher li trid tkun:", "Le", ".", "Skont Barr: \"Għalkemm ma tagħti ebda argument għall-eżistenza t'Alla, il-mekkanika kwantistika [...] tipprovdi argument kontra l-materjaliżmu, li fid-dinja tallum hu l-opponent intellettwali ewlieni tat-twemmin f'Alla\".", "IR-RABA': Tista', mill-filosofija biss tipprova l-eżistenza t'Alla?", "Hawnhekk ukoll, it-tweġiba tidher li għandha tkun:", "Le", ".", "L-ewwel nett, il-proċess metodoloġiku sħiħ tal-filosofija huwa diametrikament", "oppost", "għall-okkorrenza ta' xi esperjenza t'Alla.", "Filwaqt li tal-ewwel hu attiv, tat-tieni hu għal kollox passiv.", "It-tieni, in-natura", "sperimentali", "tal-provi teskludi l-possibbiltà ta' osservazzjoni pożittiva ta' essri divin.", "IL-ĦAMES: Jista' qatt ikun hemm prova pożittiva indubitabbli tal-eżistenza t'Alla?", "It-tweġiba tidher li trid tkun:", "Le", ".", "Waħda, għax nistgħu biss nilmħu l-eżistenza ta' Essri Divin jew min dak li mhuwiex.", "It-tieni, għax kull diskors tagħna jista' jkun biss permezz analoġiku, jiġifieri b'ċertu xebħ u proporzjonalità.", "Agħfas fuq l-istampa għal aktar informazzjoni.", "Grazzi."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/01/l-anniversarji-tas-sena.html", "title": "L-anniversarji tas-sena", "text": ["L-anniversarji sirna nħobbuhom ilkoll kemm aħna.", "Jum twelidna kull sena sar wieħed li niċċelebrawh b'ħafna tifkiriet u festeġġjamenti.", "Dan ma kienx minn dejjem.", "Sa ftit għexieren ta' snin ilu ħadd ma kien joqgħod jiċċelebra xejn, anqas u anqas il-jum tat-twelid.", "Iżda llum xort'oħra.", "Għal min jiddeletta bit-tifkiriet, hawn għandek lista sħiħa ta' anniversarji li se jiġu mfakkra din is-sena tal-2017.", "Mhux kollha għandhom l-istess importanza.", "Għall-insara Kattoliċi u Protestanti, u għandu mnejn mhux għalihom biss, l-ewwel fil-lista t'hawn taħt aktarx hu wieħed mill-aktar ewlenin.", "Għall-dawk delettanti tal-istorja ta' Malta, l-anniversarji tal-George Cross, il-ftehim ta' Mintoff u Carrington, u l-qtil brutali ta' Karen Grech jistgħu jiġbduhom aktar.", "Għall-mużiċisti, dak ta' Elvis se jkunilhom ewlieni.", "Għal oħrajn, għandu mnejn ta' Marilyn Monroe ukoll.", "Xi wħud jistgħu ma jħallux l-anniversaru tar-revoluzzjoni Russa tgħaddi mingħajr grogg.", "Insomma, hawnhekk jidher li hawn xi ħaġa għal kulħadd.", "Ma' dawn l-anniversarji tul l-2017 għandek iżżid tiegħek personali, għax int parti mill-istorja wkoll.", "Fuq kollox, l-imgħoddi għandna niftakruh biex jgħallimna ngħożżu dak li għandna llum u jqawwilna qalbna għall-ġejjieni.", "Hawn huma xi wħud mill-aktar anniversarji ewlenin tas-sena 2017:", "• 500 sena mit-teżijiet ta' Luteru f'Vittenburgu (Ottubru)", "• 150 sena mill-ewwel titjira tal-aħwa Wright (April)", "• 100 sena mill-abdikazzjoni tat-Tżar Nikola II (Marzu)", "• 100 sena mid-dikjarazzjoni tal-Amerika fuq il-Ġermanja (April)", "• 100 sena mir-revoluzzjoni Russa (Novembru)", "• 95 sena mill-mewt tal-esploratur tal-Antartika Ernest Shackleton (Jannar)", "• 85 sena mill-ħtif tat-tarbija ta' Charles Lindbergh (Marzu)", "• 85 sena mill-kurunazzjoni tal-ewwel imperatur ta' Manchukuo Pu Yi (Marzu)", "• 80 sena mill-bombardiment ta' Guernica fi Spain (April)", "• 80 sena mill-għejbien ta' Amelia Earhart (Lulju)", "• 75 sena mit-twelid ta' Stephen Hawking (Jannar)", "• 75 sena mill-waqa' ta' Sajgon (Frar)", "• 75 sena mill-għoti tal-George Cross lil Malta (April)", "• 75 sena mill-Battalja ta' Stalingrad (Awwissu)", "• 70 sena mill-partizzjoni tal-Palestina mill-Ġnus Magħquda (Novembru)", "• 60 sena mill-ħruġ tal-ewwel Premium Bonds (Ġunju)", "• 60 sena minn meta l-Prinċep Karim sar Aga Khan IV (Lulju)", "• 65 sena mill-mewt ta' Eva Peron (Lulju)", "• 55 sena mill-bidu tal-ewwel servizz tal-hovercraft (Lulju)", "• 55 sena mill-mewt ta' Marilyn Monroe (Awwissu)", "• 50 sena mill-mewt traġika tal-veloċist Ingliż Donald Campbell (Jannar)", "• 50 sena mill-ewwel tiġdid kariżmatiku fil-Knisja Kattolika (Frar)", "• 50 sena mill-ftuħ tad-diega ħajdroeletronika tal-Iran (Mejju)", "• 50 sena mill-bidu tal-Gwerra tas-Sitt Ijiem (Ġunju)", "• 50 sena mill-kurunazzjoni tas-Shah tal-Iran (Ottubru)", "• 50 sena mill-ewwel transplant tal-qalb (Diċembru)", "• 45 sena mill-ftehim storiku ta' Mintoff mal-Gran Britannja (Marzu)", "• 45 sena mill-qtil tal-atleti Iżraelin f'Munich (Settembru)", "• 40 sena mill-ftuħ taċ-Ċentru Pompidou (Frar)", "• 40 sena mill-mewt ta' Elvis Presley (Awwissu)", "• 40 sena mill-mewt tal-mużiċista u poeta Ingliż Marc Bolan (Settembru)", "• 40 sena mill-qtil tal-attivista antiapartista Sudafrikan Steve Biko (Settembru)", "• 40 sena miż-żjara storika ta' Sadat f'Iżrael (Novembru)", "• 40 sena mill-qtil ta' Karen Grech (Diċembru)", "• 30 sena mill-ewwel vot sinodali mogħti lin-nisa fil-Knisja tal-Ingilterra (Frar)", "• 30 sena mill-invażjoni tal-Gżejjer Falklands (April)", "• 30 sena mill-mewt tan-Nażista Rudolph Hess (Awwissu)", "• 30 sena mill-ftehim bejn Reagan u Gorbachev biex jeqirdu l-bombi nukleari (Diċembru)", "• 25 sena mil-Laqgħa Għolja Dinjija fil-Brażil għall-ħarsien tal-ambjent (Ġunju)", "• 25 sena mill-vot tal-Knisja tal-Ingilterra biex tordna nisa saċerdoti (Novembru)", "• 20 sena mill-ewwel klunaġġ tan-nagħġa Dolly (Frar)", "• 20 sena mill-mogħdija ta' Hong Kong liċ-Ċina (Ġunju)", "• 20 sena mill-mewt traġika tal-Prinċipessa Diana (Awwissu)", "• 15-il sena mill-ħolqien tal-Ewro (Jannar)", "• 10 snin mill-qtil ta' Benazir Bhutto (Diċembru)", "Jalla s-sena l-ġdida ġġiblek ir-riżq, kif nixtieqlek minn qalbi."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/01/bsaet-obama.html", "title": "B'saħħet Obama", "text": ["Nhar il-Ġimgħa, 20 ta' Jannar, tiġi fi tmiemha l-avventura straordinarja ta' Barak Obama meta jħalli għal kollox it-tmexxija tal-gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika.", "Avventura li bdiet mat-tlettax-il sena ilu, fl-2004, rat lil dan il-bniedem jixref mid-dellijiet biex jilħaq waħda mill-ogħla qċaċet ċivili tad-dinja u jżomm dik il-kisba b'dehen, kariżma u, fuq kollox, unur.", "Seħer u faxxinu", "Il-Ġimgħa ssir fil-belt kapitali tal-Istati Uniti tal-Amerika, Washington, l-inawgurazzjoni tal-45 President tal-pajjiż, Donald Trump, wara żewġ perjodi ta' erba' snin kull wieħed ta' Barak Obama.", "Jinbidel il-President u jinbidel ukoll il-partit politiku fil-gvern, minn Demokratiku għal Repubblikan.", "Iżda l-bidla hi ħafna akbar minn hekk, u ferm aktar sinifikattiva.", "Minbarra li kien l-ewwel President ta' ġilda sewda—ħaġa fiha nnifisha diġà storika—Obama ġab miegħu ukoll xi ħaġa li kienet ilha nieqsa mill-presidenza Amerikana.", "Ġab miegħu xi ħaġa msaħħra u affaxxinanti.", "Ġab miegħu tama ħajja fil-futur Amerikan u rispett imġedded lejn l-Istati Uniti mid-dinja.", "Is-simpatija tiegħu, il-ħila fid-diskors, l-intelliġenza, il-kunfidenza, l-umur, l-eleganza, u r-rieda li jkun dejjem raġunevoli għamluh bniedem ta' ammirazzjoni, u taw lill-uffiċċju għoli tiegħu stima li kienu ilu ħafna ma jkollu.", "Dan mil-lat uman.", "Mil-lat politiku, it-tmien snin ta' Obama f'ras il-presidenza Amarikana ma kinux passiġġata.", "Jibqgħu memorabbli xi wħud mill-kisbiet diffiċli tiegħu daqskemm xi wħud mill-oqsma fejn, bl-enerġija tiegħu kollha, ma seħħlux jasal fejn ried jew daqskemm xtaq.", "Fallimenti u kisbiet", "Ma seħħlux Obama jżomm, ngħidu aħna, il-wegħda li jagħlaq il-ħabs infami ta' Guantanamo f'Kuba.", "Ma seħħlux iżomm il-wegħda li jġib qrubija akbar bejn il-partiti ewlenin tal-Amerika, anzi kabbarha.", "Ma seħħlux iżomm il-wegħda li jnaqqas id-dejn pubbliku ta' pajjiżu.", "Ma seħħlux iżomm il-wegħda fil-qasam internazzjoni li jersaq lejn l-oppożituri tal-Amerika bi spirtu ta' djalogu u b'id ta' ħbiberija.", "Xi wħud żgur li għandhom il-ħila li jtawlu din il-lista ferm aktar.", "Iżda l-kisbiet ta' Obama mhumiex anqas importanti.", "Huwa seħħlu jżomm il-wegħda li jtemm ir-reċenzjoni tal-2008.", "Seħħlu jżomm il-wegħda li jtejjeb il-ħajja ta' kuljum tal-Amerikan komuni.", "Seħħlu jżomm il-wegħda li jrażżan il-banek il-kbar.", "Seħħlu jżomm il-wegħda li jnaqqas it-taxxi.", "Seħħlu jżomm il-wegħda li jtemm il-gwerra f'Iraq u l-Afganistan.", "Seħħlu jżomm il-wegħda jkabbar is-sehem tal-Amerika fil-qasam tal-kummerċ trans-Paċifiku.", "Seħħlu jżomm il-wegħda li jaqbad il-problema tal-klima dinjija minn qrunha.", "Din il-lista wkoll tista' titwal aktar.", "Ma jistax jonqos, madanakollu, li Obama wkoll kellu l-irkejjen mudlama tiegħu.", "Kif ittratta mal-Libja aktarx tieħu l-ewwel post fil-lista tad-dubji.", "Jista' jkun ukoll li wieħed jikkwestjona kif mexa fis-Sirja.", "Id-dubju donnu jirbaħ meta tqis in-nuqqas ta' Obama biex inaqqas l-armi fl-idejn f'pajjiżu.", "Jista' jkun li l-akbar dubju jorbot ma' kif Obama ma seħħlux iqajjem l-ekonomija Amerikana daqskemm ħaseb li seta'.", "Ħolma, leġġenda, ikona", "L-istorja għad tqis għal darba u elf dawn id-dubji, u jistħarreġ fit-tul u fil-fond l-impatt ta' Obama fuq pajjiżu u fuq id-dinja, fejn falla u fejn għamel suċċess, fejn bena u fejn ħatt.", "Madanakollu, jibqa' l-fatt li Obama, fih innifsu, bil-personalità kumplessiva tiegħu, kien mument partikularment speċjali fl-istorja Amerikana, xi ftit jew wisq kif kienu Lincoln, Roosevelt u Kennedy.", "Obama mhux se jintesa kif ġieb u laħaq.", "Nhar il-Ġimgħa, meta jinżel is-separju fuq din il-parti 'presidenzjali' tal-ħajja ta' Obama, aktarx xi ftit jew wisq huwa jidħol fl-isfera tal-miti u l-mitoloġiji.", "Għax, minkejja dak li kien fir-realtà tal-fatti politiċi, Obama jista' jkun li hu xbieha akbar minnu nnifsu għal ħafna nies u għal bosta ġenerazzjonijiet.", "Aktarx hu parti minn ħolma umana li, b'imgħoddi mkasbar u umiljat, rebħet l-ixkilijiet kollha, ħafna akbar minnha, biex laħqet għoli li kważi kważi qatt ma basret li kien possibbli.", "Obama għad isir leġġenda li tiġbor fiha ħwejjeġ mistħajla iżda mixtieqa dejjem; leġġenda mwielda biex ma tmutx; leġġenda ta' proporzjonijiet fantastiċi.", "Obama se jkun ikona oħra li ma tmut qatt."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/02/id-dritt-morali-tat-tmexxija.html", "title": "Id-dritt morali tat-tmexxija", "text": ["F'dak li jirrigwarda l-Istat politiku, id-dritt morali tat-tmexxija jikseb is-saħħa u l-ġustifikazzjoni tiegħu mill-poplu.", "Għaldaqstant, huwa l-poplu li jsostni u jżomm wieqaf dan id-dritt, hu l-poplu li jrid ikun kontinwament sodisfatt miż-żamma u l-użu tiegħu, u hu lill-poplu li jrid jingħata rendikont progressiv.", "Mandat morali", "Id-dritt tat-tmexxija f'pajjiż demokratiku ma jinkisibx biss mil-lat numeriku tal-elettorat, jiġifieri meta l-maġġoranza tal-voti validi f'elezzjoni ġenerali tiffavorixxi partit flok oħrajn.", "Dak jista' jkun il-bidu tal-istorja, imma żgur li mhijiex l-istorja kollha.", "Għax biex tissokta l-bqija tal-istorja jeħtieġ xi ħaġa oħra.", "Jeħtieġ mandat morali ma' dak elettorali.", "Il-mandat morali huwa rieda kontinwa ta' favoriment, ta' aċċettazzjoni u ta' approvazzjoni.", "Dan huwa mandat li ma jintweriex bil-voti f'kaxex elettorali.", "Jintwera b'sentiment ġenerali mifrux fost il-popolazzjoni bbażat fuq l-esperjenza immedjata u fuq il-fiduċja fil-ġejjieni qrib.", "Dan hu sentiment li jitħarrek.", "Hu fluwidu.", "Proprju minħabba li jitgħajjex minn impressjonijiet issuġġeriti minn kuntatt dirett mal-istrutturi tat-tmexxija kif ukoll mill-mezzi ta' komunikazzjoni.", "Fuq kollox, hu sentiment ta' dixxerniment kontinwu ta' x'inhu jsir mit-tmexxija, x'seta' sar, x'huwiex qiegħed isir, kif, għala u għalfejn.", "Minkejja li hu sentiment intanġibbli u tipikament elastiku, jiġifieri li kapaċi jissaporti inkonvenjenzi fit-tul, xorta waħda hu qawwi, tenaċi u b'ħila li jagħmel ġudizzji kategoriċi.", "Il-moralità elettorali", "Id-dritt morali tat-tmexxija li jiġi mill-poplu b'dan il-mod mhuwiex ta' min jinjorah.", "Għalkemm ħafna drabi ma jreġġax lura mandat elettorali qabel ma dan itemm iż-żmien allokat lilu kostituzzjonalment, iżomm il-polz tat-treġija b'għajnejn attenti, b'moħħ li jiddelibera u, fuq kollox, b'ilsien li jtaqtaq.", "Hu minn hawn jikseb il-forza tiegħu.", "Ma jiġġudikax addoċċ.", "Jiġġudika b'sens ta' moviment u direzzjoni.", "Iħoss, jekk trid tgħid hekk, jekk il-mandat elettorali għandux ukoll wieħed morali.", "Il-moralità ta' dan il-mandat huwa sens ġenerali ta' jekk it-treġija hijiex kif kienet mistennija jew kif kienet ittamata.", "Hi moralità għax tħaddan fiha l-kriterji ta' x'inhu sewwa u x'huwiex, ta' x'inhu xieraq u x'huwiex, ta' x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin.", "Hi moralità li, fl-aħħar mill-aħħar, hi sensittiva għal jekk il-mandat elettorali huwiex qed jiġi onorat jew le.", "Il-moralità tal-elettorat―li, effettivament, hi dejjem akbar mir-rieda tal-maġġoranza elettorali―ma tistax tinbena jew tinħatt wisq faċilment jew artifiċjalment, speċjalment meta hi sostenuta fuq perjodu twil u mibnija b'esperjenzi proprji.", "Ovvjament, wieħed m'għandux ma jagħtihiex importanza jew jittrattaha b'mod ħafif.", "Fl-aħħar mill-aħħar, se jkun fuqha li se tistrieħ il-maġġoranza elettorali li jmiss.", "L-esiġenza elettorali", "Għalkemm din il-moralità popolari tat-tmexxija mhijiex insensittiva għal bosta fatturi li mhux dejjem ikollhom x'jaqsmu direttament mal-politika, is-sustanza tagħha hija l-vera termometru tal-pajjiż.", "Hija ovvja li, f'kull perjodu governattiv, hi din il-moralità li l-oppożizzjoni politika tipprova tinfluwixxi kemm jista' jkun.", "Iżda spiss jiġri li l-oppożizzjoni tiżbalja meta taħseb li tali moralità hi manipulabbli faċilment.", "M'hijiex.", "La mill-oppożizzjoni u lanqas mill-gvern, u lanqas mill-midja.", "Tabilħaqq, dawn u ħafna fatturi influwenti oħra kapaċi jħallu xi għamla ta' effett, iżda mhux daqstant determinanti.", "Dan għax l-esperjenza kontreta ta' kuljum ta' dak li l-elettorat jisma', jara, iħoss u jġarrab fil-laħam il-ħaj għandu toqol akbar fl-istima ġenerali tal-ġudizzju prattiku.", "Jiena jidhirli li wieħed m'għandux jilgħab jew jissogra wisq ma' din il-moralità.", "M'għandux jażżarda żżejjed, għax kapaċi tkun perikoluża.", "Wara kollox, hi minnha li jiġi, apparti l-legalità tal-mandat, id-dritt morali tat-tmexxija, u mingħajrha t-treġija titlef is-saħħa u l-ġustifikazzjoni tagħha.", "Il-poplu jesiġi sodisfazzjoni morali kontinwament, u għandu raġun u għandu dritt."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/01/presidenza-li-se-tifnina.html", "title": "Presidenza li se tifnina?", "text": ["Il-presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja hija vetrina rari li biha nistgħu nuru xi wħud mis-sengħat u l-ħiliet tagħna bħala poplu, bħala Stat u bħala nazzjon.", "Huwa aktarx improbabbli li nimpressjonaw lil xi ħadd fl-Ewropa b'xi sengħat jew ħiliet straordinarji li kulħadd jistagħġeb bihom.", "Li nistgħu nagħmlu huwa li nieħdu din l-okkażjoni ta' darba f'mitt qamar biex għallanqas nuru li m'aħniex poplu retrogradu jew ritardat.", "Piż tqil ħafna", "Qabel xejn, il-presidenza qed titlob u se tkompli titlob sforz titaniku ta' riżorsi umani u finanzjarji fil-qasam politiku amministrattiv.", "Huwa sforz li jidher qed iġebbed bil-kbir dawn ir-riżorsi.", "Minkejja li għal din il-presidenza nifhem li ilna nippreparaw bosta snin, xorta waħda jidher li, issa li wasal il-mument, il-piż huwa tqil ħafna u, nittamaw, ma jkunx iżżejjed għalina.", "Il-presidenza titlob kompetenza f'ħafna setturi, partikularment amministrattivi, li qajla jidher li għandna f'kwantitajiet rikjesti u meħtieġa.", "Nies kompetenti għandna, naturalment, iżda għandu mnejn mhux daqskemm biċċa xogħol kumplessa u impenjattiva bħal din tal-presidenza titlob il-ħin kollu, kull jum, għal sitt xhur sħaħ.", "Mil-lat politiku, meta jeħtiġilna nirrispondu b'ħeffa u b'mod kwalifikat għal sitwazzjonijiet li, ippreparat kemm wieħed hu ppreparat għalihom, dejjem jeħduk għall-għarrieda.", "Ħafna drabi, dawn huma sitwazzjonjiet, kemm fil-qrib u kemm fil-bogħod, li ftit għandna kuntatt magħhom (jew interess fihom) b'mod dirett.", "Xi wħud minnhom qatt ma nistgħu nkunu ppretarati għalihom, aħseb u ara kemm nirrispondu, u noffru tmexxija, għalihom b'mod kwalitattivament għoli u profond.", "Nefqa titanika", "Jien nammira l-isforz li jidher li qed isir fil-qasam amministrattiv u fil-qasam politiku.", "M'għandix dubju li n-nies tagħna se jaqtgħu figura xi ftit jew wisq tajba.", "Nittama li, hekk kif igerrbu l-ġimgħat, dan l-isforz straordinarju ma jifniehomx.", "Dan kollu nistgħu ngħaqqduh ma' qasam ieħor, dak finanzjarju.", "L-ispiża għall-presidenza u t-tħaddim tagħha s'issa la nafuha u aktarx ma se nkunu nafuha qatt.", "Nobsor li se tkun f'milljuni bla qies; spiża nazzjonali ġiganteska u kolossali li, milli jidher, ma jidhirx li se niggwadanjaw wisq minnha bħala poplu.", "Ovvjament, il-prestiġju tal-presidenza huwa kbir.", "Imma dan il-lussu (li kważi kważi hu kapriċċ) jiġi bi prezz, u l-prezz hu titanikament għoli.", "Jista' wieħed jitħasseb serjament x'kellna bżonn dan kollu, u jista' wieħed jissusspetta li dan il-kapriċċ lussuż huma biss parti mill-attitudni ġenerali ordinarja biex, bħala Stat, inmattru riġlejna aktar milli l-friex tagħna jippermetti.", "Il-fatt jidher li jibqa' li donnha saret drawwa aċċettata (mhux neċessarjament tajba) li, biex nidhru moderni u ta' livell ma' pajjiżi ferm aktar sinjuri minna fl-Ewropa, niġġebbdu, nittawlu u kważi ninfetqu.", "Mument ta' spontanjetà", "Ħafna minn dak li jien qed nara li qed noffru lill-Ewropa minn din il-vetrina ta' ftit xhur ma jistax jimpressjona lill-Ewropej li għandhom saqajhom fl-art u li jinsabu seba' mitt sena 'l quddiem minna.", "Speċjalment fl-oqsma artistiċi.", "Aħna nsibuha diffiċli―u xi wħud impossibbli―li naċċettaw li aħna periferiċi kulturalment.", "Nagħmlu x'nagħmlu, ukoll jekk nilagħbuha mod ieħor, jew nemmnu mod ieħor, periferiċi se nibqgħu dejjem.", "Il-periferija tagħna tista' tkun l-isbaħ ħaġa li għandna u l-aqwa vantaġġ li jista' jkollna.", "Tista' tkun l-akar ħaġa li jammiraw fina l-Ewropej.", "Imma għal ħafna minna donnu l-fatt li aħna periferiċi huwa motiv ta' mistħija u għajb.", "Mhux talli ma jarawhiex bħala vantaġġ u bħala sors ta' kapital kulturali, imma saħansitra jridu jaħbuha u jilagħbuha li ma teżistix.", "Attitudni bħal din hi tad-daħk u oġġett ta' redikolu għal min jaf mod ieħor, speċjalment l-Ewropew li ma jippretendix u ma jridx li ngiddbu lilna nfusna għax jarana sbieħ kif aħna, periferiċi.", "Il-presidenza m'għandhiex tkun mument ta' artifiċjalità, iżda ta' spontanjetà.", "Aktar ma nkunu ġenwini, aktar l-Ewropej jammirawna u jħobbuna."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/02/id-demm-tal-ajja.html", "title": "Id-demm tal-ħajja", "text": ["L-aqwa għemil ta' tjieba umana huwa dak anonimu.", "Mhux biss meta min jirċievi l-għemil ma jkunx jaf min għamlu, imma aktar u aktar li min jagħmel l-għemil ma jkunx jaf min gawda minnu.", "L-istess il-karità, meta tkun anonima b'dan il-mod li qed ngħid, hi fl-aqwa tagħha.", "Meta tagħti d-demm, dan hu li tkun qed tagħmel.", "Tjieba umana, karità nisranija", "Jien wieħed minn dawk li, kull tliet xhur, immur bil-ferħ kollu ta' qalbi nagħti d-demm.", "Għalija hu sagrifiċċju tabilħaqq żgħir, imma li naf li jiswa' ħafna.", "Fiċ-Ċentru tal-Demm fi Gwardamangia, ħdejn id-dħul tal-Isptar San Luqa, dejjem sibt kortesija mill-aqwa u faċiltà kbira biex nagħmel din l-opra ta' tjieba umana u karità nisranija.", "Nifhem li mhux kulħadd għandu stonku biex jagħti d-demm.", "Għandu mnejn jibża' mil-labra jew ma jħossux komdu meta jara d-demm jinġabar ġo borża.", "Iżda nifhem ukoll li l-biċċa l-kbira tagħna m'għandhomx problemi bħal dawn u xorta waħda qatt ma qiesu b'serjetà li jagħtu mid-demm lil ħaddieħor.", "Jista' jkun hemm ukoll min ma jistax jitħalla jagħti d-demm, jew minħabba s-saħħa tiegħu nnifsu jew minħabba xi riskju li jista' jinħoloq fil-pazjent li jirċevih.", "Fiċ-Ċentru li semmejt dejjem ikun hemm tabib jew tabiba li tara bir-reqqa d-demm jistax jingħata u hekk kulħadd ikollu moħħu mistrieħ.", "Donazzjoni li ssalva l-ħajja", "L-għoti tad-demm tiegħek lil ħaddieħor huwa każ speċjali ta' għajnuna lill-proxxmu.", "Bih litteralment qed tagħti xi ħaġa mill-aktar intima għalik.", "Mhux bħal meta tagħti flus, ħwejjeġ, ikel, xorb, oġġetti u l-bqija lil xi ħadd.", "Dawn mhumiex parti minna.", "Imma d-demm iva.", "Bħal meta, ukoll, xi ħadd jagħti organu tal-ġisem lil ħaddieħor.", "Dawn iż-żewġ każijiet, l-għoti tad-demm u, ħafna aktar serju, tal-organi, huma wħud mill-isbaħ modi ta' kif bniedem jista' jingħata lil ħaddieħor mingħajr ma jagħmel ħsara gravi lilu nnifsu.", "Fil-każ tal-għoti tad-demm, mhux biss il-proċess, imma l-għotja nnifisha hija hekk sempliċi li kważi kważi tgħaġġbek kif tista' tagħmel xi ħaġa daqshekk kbira bi sforz daqshekk żgħir.", "Meta pazjent jeħtieġ id-demm, u l-każijiet għal dan ma jonqsux ta' kuljum, ikun qed jilagħba mal-mewt.", "Id-donazzjoni tad-demm litteralment issalvah u troddlu l-ħajja.", "Daqshekk essenzjali u fundamentali huwa nvolut f'dan il-proċess sempliċi li wieħed jista' jagħmlu mingħajr diffikultajiet kumplikati.", "Privileġġ u gratitudni", "Personalment, jien inħossni privileġġjat li nista' nagħti din l-għajnuna kull tliet xhur sakemm inkun nista'.", "Ma tiswili xejn.", "Ma toħloqlix problemi ta' saħħa.", "Ma taħlilix ħafna ħin.", "Ma timplika ebda diffikultà fit-tul.", "Madanakollu, kull darba li nagħti d-demm inħossni li għamilt xi ħaġa, mhux biss sabiħa u xierqa, iżda wkoll prezzjuża.", "Ovvjament, il-siwi tad-demm li nagħti għal ħaddieħor huwa talli hu, demm li ħaddieħor għandu bżonnu biex jgħix u ma jmutx.", "Imma hemm aspett ieħor ta' din id-donazzjoni: l-anonimat tagħha.", "Jien la nkun naf għand min se jmur id-demm—u borża demm, kif jgħiduli, tista' tingħata lil aktar minn persuna waħda—u lanqas min jirċevih ma jkun jaf min tahulu.", "Qisu xi ftit bħall-każ tal-id il-leminija li ma tafx x'inhi tagħmel ix-xellugija.", "L-anonimità qisha l-garanzija li d-donazzjoni tkun safja u awtentika, mingħajr trombi u rikonoxximenti.", "Dan kollu qiegħed ngħidu biex inħajrek tagħti d-demm.", "Tista' tmur kuljum, inkluż il-Ħdud u l-festi, jew fiċ-Ċentru ta' Gwardamangia jew fiċ-Ċentru tad-demm f'Għawdex.", "Tista' tmur ukoll fis-swali l-kannella tal-Isptar Mater Dei kull nhar ta' Tnejn bejn is-2.00 u s-7.00 ta' filgħaxija, jew fl-Isptar t'Għawdex bejn it-Tnejn u s-Sibt bejn it-8.30 u l-11.30 ta' filgħodu.", "Minn hawnhekk nirringrazzja lill-ħaddiema kollha taċ-Ċentru ta' Gwardamangia, mhux talli jagħtuni l-opportunità li nagħmel dan l-att sabiħ ta' tjieba umana u karità nisranija, imma wkoll tal-kortesija sabiħa tagħhom."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/01/pozittivita.html", "title": "Pożittività", "text": ["Il-ftuħ tal-attivitajiet il-ġimgħa li għaddiet marbuta mal-Belt Valletta bħala waħda miż-żewġ Bliet Kulturali tal-Unjoni Ewropea għall-2018, flimkien mal-ftuħ ta' attivitajiet oħra li qed isiru fl-Olanda, fil-belt ta' Leeuwarden, f'dawn il-jiem, jibgħat messaġġ qawwi ta' pożittività li lkoll kemm aħna neħtieġu l-ħin kollu, iżda aktar f'dan iż-żmien f'pajiżna meta l-'ħabbara tan-negattività' jridu jtammbru f'widnejna il-qtigħ il-qalb u l-biża'.", "Is-sabiħ tal-ħajja", "Il-belt ta' Leeuwarden hija l-kaptiali provinċjali tal-Istati ta' Friesland, fl-Olanda, u tħaddan aktar minn 108 elf ruħ.", "It-tema ewlenija magħżula għal dis-sena speċjali għal din il-belt hija \"Lepen Mienskip\", li tfisser \"sens miftuħ ta' kommunità\".", "Flimkien mat-tema ewlenija tal-Belt Valletta, li hija ċ-ċelebrazzjoni tal-wirt kulturali, it-temi ewlenin ifakkruna fis-sabiħ tal-ħajja meta mgħajxa b'pożittività.", "Din il-kelma, \"pożittività\", tindika attitudni ottimistika li tagħżel li tħares aktar lejn is-sabiħ tal-ħajja milli lejn l-ikrah.", "Hi attitudni li tħeġġeġ dawk il-valuri li jgħaqqdu flok jifirdu, jinkludu flok jeskludu u jfittxu s-soluzzjonijiet flok inewħu fuq il-problemi.", "L-ottimiżmu mhuwiex giddieb jew qarrieq meta msejjes fuq ir-realtà.", "Ħadd m'għandu jiċħad, jinjora jew iwarrab il-problemi; imma dawn qegħdin hemm biex insolvuhom u nimxu 'l quddiem.", "Hawn nies li moħħhom biss fin-negattività; dejjem jibku xortihom, iwaqqgħu lilhom infushom u jiffissaw biss fuq l-ikrah.", "Aktar minn hekk, huma nies li donnhom iridu dejjem iwebblu lil ħaddieħor bin-negattività tagħhom.", "Dan mhuwiex il-mod kif nagħmlu l-aħjar mill-ħajja delikata u qasira tagħna.", "Ftit twissijiet", "Fl-imgħoddi, bosta filosfi kienu misħuta b'attitudni negattiva lejn il-ħajja; imma oħrajn, le.", "Sa mill-qedem, dejjem kien hemm ħassieba kbar u filosfi li għamlu ħilithom biex ma jaqgħux fil-ħofra tan-negattività u, minkejja t-tbatija, l-hemm u l-keded tal-ħajja, fittxew li jaraw is-sabiħ fiha, kif ukoll dak li jtuq ir-ruħ u l-ispirtu uman lejn ixqfa isbaħ.", "Dawn il-filosfi u ħassieba tawna seba' twissijiet ewlenin kif nistgħu nħarsu l-pożittività fina u f'ħaddieħor.", "Dawn it-twissijiet li ġejjin jgħoddu għalik u għalija bħala individwi, u jgħoddu wkoll għal gruppi ta' bnedmin, inkluż fuq livell ta' nazzjon:", "1.", "Iffoka l-enerġija tiegħek", "— Il-moħħ enerġiku tagħna jeħtieġ il-gwida konxja tagħna.", "Nistgħu nagħżlu 'l fejn l-enerġija tiegħu jidderiġina.", "Jekk trid tmur tajjeb, aħseb bħallikieku diġà mort tajjeb.", "Għix illum dak li tixtieq għall-għada.", "2.", "Żomm rabta miegħek innifsek", "— Il-fiduċja fina nfusna twassalna biex nirrelataw mad-dinja u mal-oħrajn b'aktar ħeffa.", "Il-kurżità tiegħek, l-ambizzjonijiet tiegħek u l-kuraġġ tiegħek stħarriġhom dejjem biex tkun taf lilek innifsek sewwa.", "3.", "Oħlom il-ġejjieni", "— Il-ħolm tal-ħajja juruna fejn u kif irridu nkunu għada pitgħada.", "Min ma joħlomx ħolm bħal dan, ma jasal qatt imkien.", "Tasal fejn toħlom.", "Id-dinja hi dik li tnebbaħ int f'moħħok, f'qalbek u f'ruħek.", "4.", "Imxi bil-mod", "— Min jgħaġġel, jaqa'.", "Min iferfex, igerfex.", "Min ma jaħsibx biżżejjed fuq għemilu, jitfixkel.", "Min jimxi bil-mod, bil-għaqal u bil-ħsieb jasal il-bogħod.", "5.", "Kun mgħarraf sewwa", "— It-tagħrif huwa dak li fuqu naħdmu u nħaddmu biex ngħixu.", "Tiblax kulma tisma' jew jingħad.", "Ħafna ġurnaliżmu ma tistax tafdah, u lanqas dak li bosta nies iqiegħdu quddiem għajnejk.", "Emmen biss meta tkun studjajt l-affarijiet sewwa.", "6.", "Taħqarx lilek innifsek", "— L-ewwel ħniena li trid turi hija lilek innifsek.", "Agħraf l-iżbalji tiegħek, imma toqgħodx tmaħmaħ fuqhom; imxi 'l quddiem.", "Tweħħilx f'ħaddieħor meta hu tort tiegħek; imma wkoll aċċetta l-limitazzjonijiet tiegħek u għix bihom mill-aħjar li tista'.", "7.", "Tintelaqx!", "— Il-problemi tal-ħajja, jekk tfittex li terbħilhom, isaħħuk, mhux idgħajfuk.", "Użahom biex tissaħħaħ.", "Adatta ruħek dejjem għaċ-ċirkustanzi li ssib ma wiċċek, aċċetta dak li int u kun dejjem grat jew grata għall-jum ġdid li sebaħ.", "Dawn it-twissijiet mhumiex l-uniċi li nista' nsemmi; lanqas m'huma assoluti.", "Tista' żżid magħhom jew tnaqqas minnhom.", "Kif inhuma, jistgħu jgħinuk tkun persuna li tiffaċċja l-ħajja b'pożittività li żżommok hieni jew hienja, b'saħħtek u b'qalbek qawwija.", "Għal dawk li jemmen f'Alla, hemm it-tmien twissija, li hija din:", "8.", "Afda f'Alla", "— Din tfisser: Afda lil Alla.", "Ħalli lil Alla jkun Alla.", "Tagħmilhiex ta' Alla floku.", "Taħseb qatt li tista' tgħallmu jew turih x'għandu jagħmel.", "Ħalli għal kollox f'idejh: Hu kapaċi biżżejjed!", "Il-ħabbara tan-negattività", "Fuq livell ta' nazzjon, il-'ħabbara tan-negattività' jgħajtu kemm jifilħu biex jinstemgħu jew jingħataw widen.", "Dawn jidher ċar li ma jħobbux 'il pajjiżna jew lill-poplu tagħna; iħobbu biss lilhom infushom.", "Jilagħbuha ta' ottimisti meta huma biss mimlija qrusa, imrar u pessimiżmu.", "Agħar minn hekk, huma nies li ma jistgħux iġerrħu l-fatt li l-pajjiż mhuwiex imexxi biss mill-klassi ta' min hu geddumu fix-xgħir, ħobżu maħbuż u żejtu fil-kuż.", "Huma nies li jobogħdu l-ugwaljanza; għax iridu biss lil min jikkmanda u 'l min jiġi kkmandat ... imbasta huma jkunu mal-kmandanti u aħna mal-ikkmandati!", "Id-dinja tagħhom—dik li huma mwebblin biha f'moħħhom—hija dinja tal-imgħoddi.", "Illum u l-ġejjieni mhuwiex tagħhom.", "Iridu jreġġgħu l-arloġġ lura biex jerġgħu jibdew isaltnu u jisserdqu fuq kulħadd.", "Pajjiżna għamel sew li ċaħadhom; nittama li jibqa' jiċħadhom dejjem, huma u 'l kulmin isir bħalhom.", "Il-possibbli", "Nies pożittivi, u pajjiż pożittiv, għandhom is-sigriet biex ikunu kuntenti u biex jikbru.", "Jistgħu jħarsu lejn il-ġejjieni b'realiżmu produċenti, kif ukoll, jekk iseħħilhom, b'għaqal u b'għerf.", "Il-bniedem pożittiv, u pajjiż pożittiv, ma jħarisx lura, ma joqgħodx jibki l-imgħoddi, ma jnawwarx fil-ġrieħi tiegħu, imma jfittex li jissaħħaħ għall-isfidi l-ġodda—u li qatt ma jonqsu—tal-ħajja.", "Hemm ħafna x'jista' jaqtagħlna qalbna, imma mhux fuq dan irridu naħsbu, iżda fuq dak—jista' jkun ftit u jista' jkun ħafna—li jagħmlilna l-qalb, isaħħaħna u jeħodna 'l quddiem.", "Sakemm nibqgħu pożittivi, nibqgħu wkoll kreattivi.", "L-impossibbli ma nistgħux nagħmluh—dan hu l-qasam t'Alla—imma l-possibbli iva.", "U l-possibbli noħolquh aħna stess, bl-attitidnijiet u d-deċiżjonijiet tagħna.", "Xejn—xejn—m'għandu saħħa biżżejjed biex iwaqqafna ... jekk biss iridu aħna.", "Agħfas fuq ix-xbieha t'hawn isfel għal aktar tagħrif.", "Grazzi."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/11/iz-zgir-u-l-bsatu.html", "title": "Iż-żgħir u l-b'saħħtu", "text": ["Dawk id-dokumenti li qed jinkixfu fuq nies li nvestew barra l-pajjiżi rispettivi tagħhom, dawk li qed jissejħu bl-Ingliż il-'Paradise Papers', jew, bil-Malti, il-'Karti tal-Qaddisin', jekk xejn juru differenza oħra qawwija bejn iż-żgħar u 'l min hu b'saħħtu finanzjarjament.", "Hija differenza li ma nistgħux nistagħġbu biha, iżda li tfakkarna bil-qawwi l-livelli ta' diżugwaljanza li hawn fid-dinja, inkluż f'pajjiżna, u r-rgħiba tal-bniedem fejn twassal.", "X'nistgħu nagħmlu kontriha? wieħed jista' jistaqsi.", "Atti inetiċi", "Il-Karti tal-Qaddisin jammontaw għal madwar 13.4 miljun.", "Huma dokumenti elettroniċi kunfidenzjali li jorbtu mal-investiment barra l-pajjiż tal-oriġini.", "Dawn inkixfu minn gazzetta Ġermaniża l-Ħadd li għadda, 5 ta' Novembru, 2017.", "Il-Karti kixfu mal-120,000 isem ta' individwi jew kumpaniji li jagħmlu investimenti bħal dawn.", "L-ammont ta' flus involut f'dawn l-investimenti jlaħħaq l-10 triljun dolloru Amerikan, jiġifieri 10 miljun, miljun, miljun!", "Il-biċċa l-kbira ta' dawn l-investimenti mhumiex illegali.", "Huma jsiru bis-saħħa ta' entitajiet barranin li, permezz tal-liġijiet ta' pajjiżhom, joffru indulġenzi mit-taxxi bi tnaqqis konsiderevoli.", "Minkejja li mhumiex illegali, mhumiex etiċi, jiġifieri mhumiex sewwa għal kollox.", "Waħda għax in-nies involuti jinvestu 'l hinn minn pajjiżhom stess, meta suppost ir-raġuni tgħid li għandhom jinvestu f'pajjiżhom, speċjalment ikunu parti mill-gvernijiet rispettivi tagħhom.", "It-tieni, meta tqis l-ammonti ta' flus involuti, wieħed ma jistax ma jistaqsix 'Minfejn ġew dal-flus kollha?'", "Wieħed jista' jobsor li xi wħud minn dawn l-ammonti tal-għaġeb ikunu ġew minn għejun dubjużi jew saħansitra illegali.", "Iżda oħrajn ma jkunux ta' dan it-tip, allavolja l-ammonti xorta waħda jħassbu lil dak li jkun.", "It-tielet, il-biċċa l-kbira ta' dawn l-investimenti, jekk mhux kollha, isiru fis-sigriet u l-ħabi.", "X'jurik dan?", "Ċertifikat ta' falliment", "M'għandniex xi ngħidu, dak li hu b'saħħtu biss jista' jagħmel investimenti goffi bħal dawn.", "Ċikku l-poplu—iż-żgħir—lanqas biss jista' joħlom bihom.", "Mhumiex għal snienu.", "Dawn l-investimenti huma biss ħobż għal min hu geddumu fix-xgħir u qed ipappiha tajjeb.", "Il-bqija, isaffru l-Aida.", "Hija s-sistema selvaġġa kapitalista li għamlet possibbli dawn il-barbaritajiet fid-dinja tagħna tallum, fejn għandek lil min hu mejjet bil-għatx u 'l min hu mejjet fis-sakra.", "Il-biċċa l-kbira tan-nies tad-dinja huma dawk li ma jgawdux minn din il-'ġenna tal-art' li tkattar il-flus bħad-dbieben.", "Il-Karti tal-Qaddisin isimhom magħhom: huma tal-qaddisin ta' din l-art wikkiela, xħiħa u rgħiba.", "Huma l-qaddisin li ssibhom ma' djul il-gvernijiet u n-nies tas-setgħa; li jafu jdawru sold fuq dahar ħaddieħor; li aktarx għandhom subgħajhom imdaħħal f'kull pudina li teżisti f'pajjiżhom u anki f'pajjiż ħaddieħor.", "Dal-Karti, jekk trid, huma ċ-ċertifikat tal-falliment tal-kapitaliżmu, li jħaxxen bwiet ftit min-nies filwaqt li jħalli miljuni oħra jaqilgħuha u jikluha jew, agħar, bil-kemm kemm jgħixu.", "Nies bla fejda", "Tassew li l-Karti tal-Qaddisin mhumiex illegali, għalkemm inetiċi.", "Iżda żgur li huma pastażata mill-kbar.", "Huma nsult lil kull persuna li taqla' l-ħobża ta' kuljum b'għaraq ta' xbina, li m'għandhiex setgħa, u li ħafna drabi titqies dispensabbli.", "Aktar minn hekk ngħid.", "Il-Karti, u oħrajn bħalhom, huma insult lill-umanità.", "Għax aħna lkoll indaqs u l-għana ta' wieħed hu misruq mill-ġid ta' min m'għandux.", "Il-ftit—għall-grazzja t'Alla—li jien ġejt f'kuntatt ma' sitwazzjonijiet fejn rajt kemm ir-rgħiba ta' xi wħud f'pajjiżna tasal biex tnessihom ir-rispett lejn ħaddieħor, kien meta sħabi u jien konna qed nipprovaw insalvaw il-Wied tal-Kalkara.", "Dan ġara bosta snin ilu.", "Hawnhekk rajt il-kummerċjant id f'id minn taħt il-mejda mal-politiku kemm ta' lewn u kemm ta' ieħor.", "Dawn l-affarijiet jiskandalizzawni għax narahom jonqsu serjament mill-umanità.", "Jien, ibda biex, lanqas b'antanjola ma rrid immiss magħhom, għax maħmuġin u qarrieqa.", "Imma lanqas ma nistenna li ħaddieħor jinxteħet għal porkeriji bħal dawn.", "Bniedem ta' veru ma jista' la jkun rgħib u lanqas xħiħ.", "Huma bniedem bla fejda.", "Agħfas fuq ix-xbieha għal aktar tagħrif:"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/11/korrotti-bdaqshekk.html", "title": "Korrotti. B'daqshekk?", "text": ["Iltqajt dan l-aħħar ma' grupp t'Olandiżi biex nagħtihom taħdita fuq it-twemmin fil-gżejjer Maltin.", "Meta temmejt dak li ħejjejt biex ngħid, il-mistoqsijiet kienu kollha fuq il-korruzzjoni f'pajjiżna; f'dan biss donnhom kienu interessati.", "Ftit tal-ġimgħat wara, kelli komunikazzjoni bl-Internet ma' għadd ta' Spanjoli fuq ix-xogħlijiet letterarji Maltin; il-mistoqsijiet li bdew jagħmluli kienu fuq il-korruzzjoni f'pajjiżna; bħall-oħrajn, f'dan kienu interessati l-aktar.", "Korruzzjoni endemika", "Dan l-interess makabru qam dan l-aħħar minħabba li kulħadd sema' bina li aħna litteralement noqtlu għall-korruzzjoni.", "Ngħiduha kif inhi, il-barranin li qatt ma rifsu fuq artna, u li aktarx bil-kemm qatt semgħu bina qabel, qishom f'daqqa waħda skoprew dak li l-barranin li jgħixu hawnhekk f'Malta jew f'Għawdex tgħallmu mal-ewwel ftit ġimgħat tagħhom fostna, u li aħna, bejnietna, ilna nafu ħafna: li aħna korrotti sa minn qaddisna!", "M'għandniex xi ngħidu, dan ma ngħiduh qatt fil-beraħ, u lanqas qatt nammettuh.", "Il-Malti u l-Għawdxi minn dejjem tar-ruħ kien, u aktarx hekk jibqa' għal dejjem.", "Madanakollu, liema Malti u Għawdxi ma jafx il-qawl 'Aħjar ħabib fis-suq minn mitt skud fis-senduq'?", "Kull Malti u Għawdxi jaf li bla ħbieb ma tasal imkien.", "Jaf jgħid ukoll: 'Għin ruħek biex Alla jgħinek'; u kulħadd jgħin ruħu.", "Kollox sew, li ninqdew bil-ħbieb biex, bis-sewwa jew bid-dnewwa, naslu fejn irridu naslu, ħadd ma jsejħilha 'korruzzjoni'.", "Hija kelma kerha, maħmuġa u midinba li aħjar ngħaddu mingħajrha.", "Iżda, bħalma jgħid Shakespeare f'Romeo u Ġuljetta: 'Tfuħ l-istess warda b'kull isem ieħor'.", "Kulħadd imċappas", "Il-korruzzjoni għandha tradizzjoni qadima fostna.", "Ma nafx qatt kienx hemm xi ħadd li kiteb l-istorja tagħha.", "Aktarx le.", "Ħasra; għax, li kellu jagħmel hekk, kien isib li t-tixħim, il-pjaċiri, il-favuri u n-neputiżmi ilhom sekli sħaħ irabbu l-għeruq tagħhom fostna — u, tista' tgħid, dejjem bil-barka tas-sema!", "Ibda minn żmien il-Kavallieri—biex ma mmorrux 'il bogħod ħafna—u spiċċa sallum, tgħallimna mill-Knisja u mill-Istat, u minnhom it-tnejn f'kukkanja ma' xulxin, biex ma nsemmux kull istituzzjoni oħra li qatt eżistiet, ibda mill-familja, li dejjem 'id taħsel lill-oħra', u wkoll: 'Ħokkli dahri u nħokklok tiegħek'.", "Jien ngħidlek li m'hawnx bniedem Malti u Għawdxi wieħed li m'huwiex korrott f'dal-pajjiż!", "Lanqas wieħed.", "Lanqas waħda.", "Għax ilkoll kemm aħna, ibda minni, tgħallimna nkellmu 'l dan u nkellmu 'l oħra, niftiehmu ma' din u niftiehmu mal-ieħor, ngħaddu kelma ma' wieħed u ngħaddu kelma ma' waħda — biex dak li rridu, fl-aħħar mill-aħħar neħduh.", "Imbasta naslu.", "Kif ngħidu bejnietna: 'Fejn jidħlu l-interessi m'hemmx permessi'; ... jidħlu biss il-ħbieb u l-ħbieb tal-ħbieb.", "Il-bqija jiġi waħdu.", "L-għamla normali", "Xi wħud dan isejħulu 'qligħ diżonest', jew isejħulu 'frodi', jew jgħidu li jinvolvi t-tixħim bil-pulit.", "Dażgur li hu diżonest!", "Dażgur li hu frodi!", "Dażgur li jinvolvi t-tixħim bil-pulit!", "Imma aħna xejn minn dan ma nsejħulu; u m'għandniex għalfejn.", "Għax aħna ngħidu li hu 'għaqal' u 'bżulija' meta wieħed iħaddem rasu, jaf minfejn għandu jgħaddi u, fuq kollox, jaf lil min għandu jkellem.", "B'daqshekk—għax insejħulu 'għaqal' u 'bżulija'—m'huwiex ħażin?", "Dażgur li hu ħażin!", "Kien u jibqa' ħażin dejjem.", "Imma għalina jgħaddi.", "Għalina, nies tar-ruħ kemm trid, dan hu l-għamla normali kif ngħixu, naħdmu, nieklu u nagħmlu sold.", "Tant hu normali, li sa minn żmien żemżem waqafna nqisuh moralment korrott.", "Inkunu onesti, jekk nafu kif, u l-iswed insejħulu iswed, u l-abjad insejħulu abjad.", "Għalxejn il-ħmar jgħajjar lil denbu.", "Għax ilkoll kemm aħna, ibda minni, ninsabu f'din il-borma.", "Dejjem jaqbel li, qabel ma naraw it-tibna f'għajnejn ħaddieħor, naraw it-travu li għandna f'għajnejn aħna.", "B'daqshekk għandna għalfejn nistħu?", "U kif!", "Agħfas fuq ix-xbieha t'hawn taħt:"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/11/indignazzjoni.html", "title": "Indignazzjoni", "text": ["L-ewwel sentiment, u l-aktar—u, għandu mnejn, l-uniku—sentiment komuni, li l-poplu Malti u Għawdxi ġarrab mal-qtil godard ta' Daphne Caruana Galizia kienet l-indignazzjoni.", "Qabel ma daħal il-partiġġjaniżmu politiku, qabel ma daħlu l-opportunisti, qabel ma bdew il-paniġierki, qabel ma ddeffsu l-moralisti, qabel ma serdqu l-ġudikaturi ... kien hemm l-indignazzjoni.", "U bir-raġun.", "Sal-lum—għall-anqas s'issa—hija l-indignazzjoni biss li tista' tibqa' tiggwidana biex inżommu rasna fuq għonqna u nġibu rwieħna ta' nies sensibbli.", "Indignazzjoni xierqa", "Nerġa' ntenni dak li għedt ftit ilu, li jien nista' ma naqbel xejn ma' dak li kienet tgħid Daphne, li jien nista' ma naqbel xejn ma kif kienet tgħidu, li jien nista' ma naqbel xejn mal-partiġġjani, l-opportunisti, il-paniġeristi, il-moralisti u l-ġudikaturi ... imma xorta waħda nibqa' indignat, profondament, għall-qtil hekk indifferenti u krudil.", "Min jitlef rasu u jħalli 'l rasu tinġarr mill-partiġġjaniżmu, l-opportuniżmu, il-paniġeriżmu, il-moraliżmu u l-ġudizzju, malajr se jsib li l-indignazzjoni għalih mhijiex biżżejjed.", "Magħha jrid jipponta subgħajh bl-addoċċ, iħoll ilsienu biex itaqtaq bla rażan u jħalli 'l qalbu tixxiehel bla għaqal.", "Bniedem bħal dan ikun nesa minn fejn telaq, tfixkel fit-triq u tħawwad—jekk qatt kien jaf—fejn ried jasal.", "L-indignazzjoni tiġi mill-għarfien ċar kristall li ma jistax ikun li persuna tinqatel bil-mod kif inqatlet Daphne u kollox jibqa' l-istess.", "Din l-indignazzjoni hija f'postha.", "U hija ġustifikata.", "Iżda ma tibqax aktar hekk meta tixxierek man-nuqqas ta' dekor fil-ħsieb, man-nuqqas ta' rażan fid-diskors u man-nuqqas ta' għaqal fl-għemil.", "Minn din nistgħu nkunu ċerti: li l-ebda partiġġjan, l-ebda opportunist, l-ebda paniġerist, l-ebda moralist u l-ġudikatur ma qatt jista' jkun dekoruż, rżin jew għaqli.", "Jien, għal wieħed, ma rrid qatt li nkun magħdud ma' dawn.", "Għadab żvijjat", "Wara l-qtil brutali ta' Daphne, dan in-nazzjon seta' tabilħaqq ġie magħqud fl-indignazzjoni tiegħu.", "Li kieku għamel hekk, kien juri lid-dinja kollha li hu nazzjon għaref, matur u ta' ġieħ.", "Kien juri li mhuwiex nazzjon maħkum mill-għama tal-passjoni, jew mill-kilba tal-ġlied, imma mid-dehen tal-prudenza u mill-għożża tar-raġuni.", "Minflok, xi wħud intelqu għat-tkattir tal-firda, għat-tgħajjir, għall-insulti, għat-theddid u għall-offiżi.", "Fl-għaġla tagħhom biex jidderieġu l-għadab ġust tagħhom, immirawh lejn min ġie ġie, kuntenti li issa kellhom fuq xiex jitgħajru.", "Allaħares dan-nazzjon u dal-poplu mhuwiex indignat bil-qtil feroċi ta' Daphne, imma x'ħasra kbira hi li xi wħud ġrew biex ilibbsu l-antipatiji qodma tagħhom b'din l-indignazzjoni, biex b'hekk ħammġuha u kasbruha, u waqqgħu wiċċ il-pajjiż li jgħidu li jħobbu.", "L-għaqda l-ewwel", "Jien, għal wieħed, profondament indignat b'dan l-assassinju atroċi u moqżież, u, mal-biċċa l-kbira ta' dan il-poplu, ma nistax nistenna li jgħaddi qisu qatt ma kien xejn, jew li xi ċittadin jista', f'pajjiż bħal dan, jiġi ttrattat b'dan il-mod.", "Imma ma nista' qatt naċċetta li dan ikun skuża għal aktar irrazzjonalità, irresponsabbiltà u mibegħda.", "Dan hu li qed naraw minn xi xħud.", "Huma min huma—jistgħu jkunu ta' naħa u jistgħu jkunu ta' oħra—jien ma nista' qatt inqis lili nnifsu wieħed minnhom.", "Quddiem dal-qtil terribbli ta' Daphne, l-ewwel li m'għandha tiġi hija l-għaqda ta' bejnietna, u żgur mhux il-firda u l-mibegħda.", "Għall-partiġġjani, l-opportunisti, il-paniġeristi, il-moralisti u l-ġudikaturi, kull skuża hi tajba biex irewħu l-qrusa tagħhom.", "Imma min hu f'sensih, ma jisseħibx magħhom; ma jħallihomx jinqdew bih għall-iskopijiet moqżieża tagħhom.", "Din hi siegħa li fiha nistgħu nuru tabilħaqq li aħna nazzjon għaref, matur u ta' ġieħ."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/01/l-akbar-tiega.html", "title": "L-akbar ħtieġa", "text": ["Ilkoll nafu x'inhuma l-ħtiġijiet personali tagħna; għall-anqas hekk naħsbu.", "Huma ħtiġijiet ta' kull għamla u sura; għal moħħna, qalbna u ġisimna.", "Xi wħud mill-ħtiġijiet huma kapriċċużi; oħrajn essenzjali.", "Iżda jista' jkun li hemm ukoll ħtiġijiet li jaħarbulna minn moħħna; insejnihom jew nessewhomlna.", "Fosthom jista' jkun hemm l-akbar ħtieġa: dik li NISTAQSU!", "Il-kumdità materjali", "Aħna lkoll neħtieġu kull xorta ta' affarijiet biex niffunzjonaw tajjeb.", "Irridu nieklu u nixorbu; irridu nilbsu; irridu saqaf fuq rasna; irridu nżommu lilna nfusna nodfa u b'saħħtina; irridu naħdmu; irridu niddevertu; irridu nieħdu ħsieb il-familja tagħna; irridu nitgħallmu u nedukaw lilna nfusna; irridu t-trasport; irridu nżommuna informati; irridu l-ħbieb; irridu ... irridu ... irridu.", "Ħafna minn dawn il-ħtiġijiet huma tabilħaqq meħtieġa.", "Oħrajn m'humiex; huma ħtiġijiet maħluqa, jew mill-kappriċċożità tagħna, jew mis-suq li jagħfas fuqna.", "Is-suq, infatti, il-ħin kollu jwebbilna biex niksbu, niksbu, niksbu, u nixtru, nixtru u nixtru.", "Dejjem qiegħed iwebbilna li għandna l-ħtieġa ta' aktar affarijiet ... meta fil-fatt ma jkollniex.", "L-Alla 'Kumdità'—alla kbir u qawwi, l-aktar tal-pajjiżi żviluppati—hu donnu dejjem bil-ġuħ; dejjem irid; dejjem jara x'se jdaħħlilna f'rasna.", "U aħna, ibda minni, ħafna drabi noqogħdu għalih; inpaxxuh; nagħtuh widen.", "B'hekk, il-ħtiġijiet tagħna—veri jew mistħajla—il-ħin kollu joktru u jiżdiedu.", "M'hemmx tmiem għalihom.", "Hemm biss kluba.", "Moħħ fuq tiegħu", "Bħala pajjiż ukoll, il-ħtiġijiet joktru skont il-livell taċ-ċiviltà tagħna.", "Ħadd minna m'għadu jikkuntenta ruħu b'li jgħaddi.", "Irridu kollox; irridu l-aħjar; irriduh malajr; irriduh issa.", "Ma nħossux li għandna nkunu inqas minn pajjiżi oħra f'dawk li huma servizzi, kumditajiet u faċilitajiet.", "Ma tagħtiniex tort sal-aħħar: ilkoll kemm aħna nħallsu l-belli flejjes għal dan kollu; u nħossu li għandna jedd għalih.", "Imma l-jedd m'għandux jieqaf mal-ħtiġijiet—veri jew mistħajla—materjali.", "Il-kultura tagħna, il-kultura ta' moħħna u ta' qalbna, il-kultura tal-karattru tagħna u tal-personalitajiet tagħna ... dawn ukoll għandhom il-ħtiġijiet tagħhom; u bosta drabi ninsewhom.", "Anzi, ħafna drabi l-kumdità fiżika tgħażżen il-moħħ, ittellqu u traqqadnu l-ħajra biex jibqa' jikber, jitgħallem ... u jaħseb.", "Il-kumdità spiss issibha l-qerda tad-dinamiżmu, kemm jekk fiżika u kemm jekk mentali.", "Moħħ fuq ruħu ma jfittixx biss li jitpaxxa u jorqod; ifittex li jkun attiv, li jfittex, li jiskopri u, fuq kollox, ... li jistaqsi.", "Moħħ għażżien huwa l-qerda ta' bniedem, ukoll jekk dak il-bniedem ikun fiżikment paxxut f'kollox.", "Moħħ għażżien u mitluq ixejjaħ in-nies; mhux biss, imma wkoll jagħmilhom ħobż għal min irid jisfruttahom.", "Is-suq konsumerista hu tal-ewwel li jisfrutta mħuħ bħal dawn.", "L-għażż tal-lum", "Moħħ ħadd m'għandu jkun hekk.", "Kultura b'saħħitha—kultura tal-qalb, trar-ruħ, tal-ispirtu, tal-karattru, tal-personalità, tal-individwalità, tal-identità—tiddependi fuq moħħ attiv li ma jikkuntenta qatt b'dak li għandu; moħħ li jrid dejjem ikun jaf aktar, moħħ li jikkwestjona dak li ħaddieħor iridu jaċċetta bla diskussjoni, moħħ li jiddubita miċ-ċertitudnijiet, moħħ ... li jistaqsi dejjem.", "Din, infatti, hija l-akbar ħtieġa tal-poplu Malti u Għawdxi llum: li jitgħallem u jidra jistaqsi aktar.", "Le, mhux li jaċċetta u jibla' kollox; mhux li joqgħod għal kulma jgħidulu, kemm jekk il-politiċi, kemm jekk is-saċerdoti, kemm jekk is-suq, kemm jekk il-midja, u kemm jekk il-ħbieb u l-qraba.", "Moħħ b'saħħtu, jistaqsi dejjem; ma jibla' xejn mingħajr ma l-ewwel jixtarru u jqisu sew.", "Ħażin jekk jien u int inġiegħlu moħħna jitgħażżen, jintreħa jew jorqod.", "Ħażin jekk nieqfu nistaqsu.", "Ħażin jekk inkunu mzazen.", "Ħażin għax dan ifaqqar 'il qalbna u 'l ruħna u 'l-ispirtu tagħna; ħażin għax imarrad il-personalità, l-identità u l-karattru tagħna.", "Bnedmin b'saħħithom f'ruħhom daqskemm f'ġisimhom ma jittraskuraw qatt din l-akbar ħtieġa li jistaqsu.", "Is-sena t-tajba lil kulħadd!", "Agħfas fuq ix-xbieha t'hawn taħt għal aktar tagħrif.", "Grazzi."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/01/armi-tan-nar-gall-bejg.html", "title": "Armi tan-nar għall-bejgħ!", "text": ["Ġiet f'idejja kopja tal-magażin", "On Parade", ", imqassma f'Malta ma' gazzetta bl-Ingliż f'Ottubru li għadda.", "Huwa magażin prodott l-aktar mill-Forzi Armati ta' Malta, u fih wieħed isib bosta artikli interessanti.", "Madanakollu, fuq paġna minnhom, laqatni riklam għall-bejgħ tal-armi tan-nar minn ħanut f'Malta.", "Ġabli l-kurżità għax ma stennejtx li għandi nsib, la f'dal-magażin u la mkien ieħor fil-Gżejjer Maltin, riklam għal kumpanija li hija magħrufa bħala l-'akbar qattiela tal-Ġermanja'.", "Produtturi tal-armi", "Ix-xiri tal-armi tan-nar f'pajjiżna, kemm jekk dan isir lokalment jew jekk minn barra, hu kkontrollat mill-'Att dwar l-Armi' (Kap. 480 tal-Liġijiet ta' Malta) u sitt Leġislazzjonijiet Sussidjarji (480.01–06).", "Il-liġi tirregola l-armi fl-idejn, inkluż iż-żamma u l-bejgħ tagħhom.", "Imkien ma tgħid fuq minfejn jistgħu jew ma jistgħux ikunu qed jinxtraw dawn l-armi tan-nar.", "Fis-sit tal-ħanut li ġab ir-riklam tal-armi tan-nar, jingħad li l-ħażna tiegħu tikkonsisti biss f'armi sportivi u 'ċivili'.", "Dawn jiġu mixtrija minn diversi kumpaniji tal-produzzjoni tal-armi tan-nar, fosthom Canik tat-Turkija, Browning, Winchester, Taurus, u CZ, ilkoll tal-Amerika, Glock tal-Awstrija, Walther tal-Ġermanja, u Sig tal-Iżvizzera-Ġermanja, kif ukoll il-kumpanija Ġermaniża Heckler & Koch.", "Dawn il-kumpaniji kollha ma jipproduċux biss armi sportivi u ċivili; jipprovdu wkoll kull tip ta' armi tan-nar u l-aċċessarji kollha li jmorru magħhom għall-gwerra.", "Bosta minnhom għandhom nies f'pożizzjonijiet influwenti li jistgħu jkabbru, mhux biss iż-żieda terribbli fl-armamenti, iżda wkoll l-inċidenza tal-gwerra nnifisha.", "Kumpanija qattiela", "Ir-riklam li rajt fuq l-armi tan-nar mill-kumpanija Ġermaniża Heckler & Koch (HK) ma jgħid xejn fuq x'tip hi din il-kumpanija.", "Fis-sit tal-bejjiegħ jingħad biss li l-motto tagħha huwa 'Ebda Kompromess!', u li tissupplixxi \"armi żgħar\" lill-aqwa forzi militari, tal-pulizija u tas-sigurtà fid-dinja.", "Dan huwa ftit minn dak li jista' jingħad.", "Ngħidu aħna, sa minn meta twaqqfet fl-1949, il-kumpanija HK jingħad li kienet responsabbli għal aktar minn 2 miljun imwiet madwar id-dinja!", "Skont għejun ta' min joqgħod fuqhom (fosthom Amnesty International u Oxfam GB), l-HK ipprovdiet armi tan-nar f'żoni tal-gwerra bħal fil-Bosnija, in-Nepal, is-Sudan, it-Tajlandja u Burma.", "Sa evaditet ir-restrizzjonijiet fl-esportazzjoni tal-armi tal-Unjoni Ewropea f'żoni tal-gwerra bħal fl-Indonesja, is-Sri Lanka u Sierra Leone.", "Skont id-dokumenti ta' Stuttgarter Nachrichten (2011), kif ukoll l-aġenzija Ġermaniża ARD, il-kumpanija HK ipprovdied l-armi tan-nar lir-ribelli li attakkaw li Gaddafi f'daru fi Tripli f'Awwissu tal-2011.", "Skont attivisti Ġermaniżi kkwotati mill-gazzetta", "The Guardian", "fi tmiem is-sena li għaddiet, il-kumpanija HK hija \"l-akbar qattiela tal-Ġermanja\".", "F'Awwissu li għadda, l-HK wiegħdet li ma kinetx se tibqa tesporta aktar armi tan-nar f'żoni ta' gwerra, legalment u mhux.", "Ħafna ma jemmnuhiex; anzi, jaraw din bħala mossa għal ħabi aktar fin.", "L-etika tas-sosten", "Hu etiku li jsir kummerċ ma' kumpanija 'qattiela' bħal din, jew ma' xi kumpanija oħra simili għaliha?", "Il-liġijiet ta' Malta ma jipprojbuhx — minkejja l-impenn statutorju li għandna fil-Kostituzzjoni tagħna li pajjiżna \"jrid attivament jilħaq il-paċi ... fost in-nazzjonijiet kollha\".", "Finanzjament ta' kull mod, inkluż xiri ta' armi tan-nar minn kumpanija bħall-HK u oħrajn bħalha, huwa sosten, mhux favur il-paċi, imma favur il-gwerra u l-qerda fost il-ġnus.", "Sfortunatament, f'pajjiżna m'għandna ebda programm ta' edukazzjoni għaddej fil-kultura u l-ħtiġijiet tal-paċi, la mill-gvern u lanqas mill-privat.", "Safejn naf jien, ebda skola ma tgħallem suġġett bħal dan, ħalli t-tfal jibdew minn età ċkejkna jħobbu l-paċi u jfittxuha dejjem u bil-qalb.", "Minkejja li suppost aħna pajjiż li 'attivament' jaħdem għall-paċi, ma jsir xejn mid-dehra biex din l-attitudni titrawwem fin-nies — ta' kull età.", "L-armi tan-nar huma l-qerda tad-dinja.", "Malta għandha tkun minn tal-ewwel li twarrabhom u tieqaf tikkoopera ma' kulmin ma jwarrabhomx.", "Agħfas fuq l-istampa t'hawn taħt għal aktar tagħrif.", "Grazzi."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/11/l-ambjent-ta-suspett.html", "title": "L-ambjent ta' suspett", "text": ["Daż-żmien sirt tiltaqa' ma' bosta nies li, malli jaqbduha fuq il-politika, tarahom li nxteħtu għal rashom f'baħar ta' suspetti.", "Ħafna drabi ssib li dawn in-nies jirrepetu mingħajr wisq ħsieb kantalieni li ħaddieħor ikun qalhom aktar minn darba bi skop politiku, proprju biex jitfa' l-ħatab fin-nar u jkompli jħeġġeġ ambjent ta' suspett li ma jikseb xejn, anzi, isewwed il-qlub u jħawwad l-imħuħ.", "Tajjeb li tistaqsi", "Li wieħed jikkwestjona dak li ħaddieħor jgħidlu m'hijiex xi ħaġa ħażina.", "Il-mistoqsijiet dejjem wasslu għall-informazzjoni u saħansitra għat-tagħlim.", "Bniedem li jistaqsi huwa bniedem li jitgħallem.", "Mhux biss.", "Huwa bniedem li ma jħallix l-għajdut jiġri bih jew l-apparenzi li jqarrquh.", "Tajjeb li tistaqsi: staqsi dejjem!", "Madanakollu, waqt li wieħed jistaqsi u jikkwestjona m'għandux jagħti widen għal kull tweġiba li tingħatalu, speċjalment mingħand dawk li l-intenzjoni tagħhom m'hijiex li jgħallmuh jew jgħarrfuh, iżda li jħawduh jew, li hu agħar, li jiksbu vantaġġ politiku minn fuq dahru.", "Minn dawn għandna ħafna.", "Dawn l-akbar arma tagħhom hija r-repetizzjoni: jgħidu u jgħidu u jgħidu l-istess ħaġa sakemm fl-aħħar tikseb xi għamla ta' verità.", "Jekk ir-repetizzjonijiet tagħhom ma jiksbux għamla ta' verità, għall-anqas jiksbu xi ħaġa li għandha mnejn hija agħar: li jnisslu ħafna suspetti u dubji b'tali mod li jħallu lil dak li jkun iċċassat.", "Dan l-istat irażżan il-mistoqsija serja u jġib fix-xejn l-inkwetudni li hi ta' min ifittixha.", "Repetizzjonijiet bla ħsieb", "L-ambjent ta' suspett maħluq artifiċjalment—l-aktar għal raġunijiet partiġġjani—huwa dannuż ferm għax inawwar il-fiduċja u jeqred il-pożittività.", "Infatti, ambjent bħal dan kulma jagħmel huwa li jferrex in-negattività biex iġib sitwazzjoni ta' paniku u nervożiżmu.", "Dan l-ambjent qed jagħmel l-għeruq tiegħu bħalissa f'pajjiżna u wieħed irid joqgħod attent għalih.", "Intenni, m'huwiex sewwa li bniedem jibqa' jistaqsi u jikkwestjona; imma mhux għad-daqqa ta' min ma jridx ebda ġid, la liċ-ċittadin u lanqas lil min għażel biex imexxih, imma ġid biss lill-vantaġġ politiku partiġġjan tiegħu.", "Issa hawn bosta li qed jaqgħu fin-nassa ta' dawn in-nies.", "Qed iħalli lilu nnifsu jirrepeti xnigħat u għajdut mingħajr wisq riflessjoni jew intelliġenza.", "B'dan m'huwiex jgħin lilu nnifsu biex jistaqsi u jikkwestjona—bħalma għandu jsir f'kull demokrazija suriet in-nies—imma biss biex jgħin l-aġenda partiġġjana ta' min irid il-ħsara.", "Parti mis-soluzzjoni", "Min għandu f'moħħu biss li jiżra' n-negattività jagħmel dan mill-passjoni u mhux mir-raġuni.", "Infatti, huwa jgħajjat, mhux jirraġuna.", "Li wieħed joqgħod jirrepeti mingħajr kritika serja u msejsa fuq il-fatti x-xnigħat u l-għajdud negattivi li jisma' ikun ma jagħmel xejn għajr jissieħeb fil-passjonalità ta' dawn in-nies.", "Sinjal ċar ta' dan huwa li min ixerred in-negattività u l-qrusa jagħmel dan billi jnessi dak kollu li jista' jkun pożittiv, kemm fl-amministrazzjoni u kemm fiċ-ċittadin.", "Ħsiebu biss li jpinġi kollox ikrah, maħmuġ u ... suspettuż.", "B'dan jasal biex joħloq, bil-ftit il-ftit, il-paniku li jixtieq ħalli fejn ma wasalx bis-sewwa jasal bid-dnewwa.", "In-negattività u l-ambjenti ta' suspett qatt m'għenu lil ħadd biex jasal biex jifhem aktar jew biex isewwi xi ħaġa.", "Dawn huma ħofor li, meta wieħed jinżel fihom, ma jkunx jista' jitla' aktar u, jekk jipprova, ikompli jkabbar il-problema.", "Jekk jista' jkun, aħna lkoll għandna nkunu parti mis-soluzzjoni, mhux mill-problema!", "Agħfas fuq ix-xbieha t'hawn taħt bħal aktar tagħrif"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/01/libera-nos-domine.html", "title": "Libera nos, Domine!", "text": ["Il-kampanja sistematika, organizzata, insidjuża, traditorja, li qed issir kontra pajjiżna—aktarx orkestrata minn barra; għandu mnejn minn xi kmamar f'Brussell—qed tmiss kull rokna tal-istabbilità nazzjonali.", "Il-ħsieb ewlieni tagħha hija li tkabbar kemm jista' jkun is-suspett populesk biex forsi—min jaf?—xi darba jirnexxielha tikseb xi mandat elettorali.", "Imn'alla l-amministrazzjoni governattiva qed iżżomm rasha bierda.", "Imn'alla.", "Riħ ivenven", "Li 'l din il-kampanja djabolika taqtgħalha l-għatx bil-perżuta għandha mnejn hi l-aħjar mod kif tħalliha tifga f'demmha.", "Għax tifga f'demmha se jkollha tagħmel ladarba m'għandhiex suriet oħra—aktar onorabbli—ta' kif tikseb xi ftit tal-art fil-proċess demokratiku.", "L-isfiduċja tal-poplu fl-għadd kbir tiegħu, mhux darba, imma darbtejn, ħareġ lil min jistaħba wara dil-kampanja ta' mażetta; u jerġa' joħorġu.", "Għax għalkemm il-poplu tagħna hu wieħed paċenzjuż—u dan urieh ħafna drabi fl-imgħoddi—huwa poplu deċenti li l-għajb jaf jarah meta jilmħu.", "Għajjat qed isir bla qtugħ, iżda huwa bħar-riħ li jvenven kemm irid għal ftit tal-jiem mingħajr ma jirbaħ.", "Tassew jaħqar u, xi kultant, ibeżżgħa.", "Imma ma jegħlibx.", "Ma tgħaddix tiegħu.", "Ma jegħlibx għax ma jilgħabx skont ir-regoli tal-logħob.", "Għax ma jurix qima lejn il-proċess demokratiku.", "Għax jagħmel bħat-tfal—it-tfal li jmexxuh—li jridu li tgħaddi tagħhom bid-dnewwa flok bis-sewwa.", "Dan ir-riħ qed ikarwat, iżda hu vojt daqs il-ħoss li qed jagħmel.", "Tweġiba xierqa", "Ir-ras bierda quddiem dat-theddid baħnan hu sinjal ta' rispettabilità.", "Barra minn Malta, imqar fis-swali ta' Brussell u f'inħawi oħra, dar-riħ sħun mhuwiex qed jimpressjona daqskemm iridu x-xewwiexa tiegħu.", "Barra minn Malta, imqar fis-swali ta' Brussell u f'inħawi oħra, jafu tajjeb, għax għajnejhom f'wiċċhom, kemm ir-rieda tal-poplu Malti u Għawdxi għadha taħtar lil min ħatret darba darbtejn.", "Dal-poplu hu sensittiv għat-tradituri.", "Il-kultura Mediterranja tagħna ma taċċettax it-tradiment, ukoll jekk hi lesta taċċetta ħafna u ħafna affarijiet.", "Imma t-tradiment le!", "U min iħammeġ 'il pajjiżna għall-iskopijiet imdardra tiegħu, biex forsi jikseb xi punt għar-rebħa finali (li qatt ma tasal), jitqies traditur; bniedem diżonorabbli; bniedem li ma jistħoqqlux la ġieħ u wisq anqas fiduċja.", "It-tweġiba tar-ras bierda tingħata bil-fatti ta' fedeltà li jibqgħu jintwerew lill-poplu tagħna.", "Mhemmx għalfejn ta' ħafna għajjat, jew ta' xi tgħajjir, jew ta' xi ħalf; hemm bżonn biss tal-bżulija ta' dejjem, tal-għaqal fix-xogħol, u ta' rispett, bħalma dejjem sar, lejn is-saltna tad-dritt.", "U d-dritt jirbaħ.", "Ċaħda monumentali", "Madankollu, hu tassew ta' niket li nibqgħu naraw Maltin li suppost ħalfu fedeltà lejn il-bandiera tagħna li jibqgħu jistinaw irjushom biex iħammġuha u jkasbruha.", "Dan mhuwiex il-mod kif ikunu l-irġiel u n-nisa!", "Għax huwa l-mod godard.", "Huwa l-mod li jaslu biss għalih l-immaturi u l-behiena.", "Pajjiżna jixraqlu aħjar.", "Il-poplu Malti u Għawdxi jixraqru aħjar mingħand dawk li jgħidu li jirrappreżentawh, speċjalment fis-swali tal-barranin.", "Dan il-poplu ma jixraqlux 'il min iħarref fuqu, jgħaġġibha u jfittex biss li jidħkulu x-xewwiexa sħabu.", "Le, dan il-poplu jixraqlu nies ta' ġieħ.", "Ilha għaddejja l-kampanja—iva, intenni, sistematika, organizzata, insidjuża, traditorja—li se tara biss sa mneħirha.", "Ħadd m'għandu jimpressjona ruħu biha.", "Anzi, għandu jaraha għal dak li hi: ħanqa ta' ħmar.", "Is-sema magħluq għaliha.", "Dal-pajjiż jeħtieġ oppożizzjoni ta' stoffa; teħtieġha d-demokrazija; jeħtieġa s-saltna tad-dritt.", "X'ħasra li qed tiġi miċħuda għal baxxezzi puwerili li ma jtuqu lil ħadd.", "Hija ċaħda monumentali li biha qed tgħarraq l-ewwel u qabel kollox lil min qed jagħmilha.", "Alla jilleberana minn dawn in-nies!"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/02/il-knisja-ta-bla-knisja.html", "title": "Il-Knisja ta' bla Knisja", "text": ["Ir-riżultati taċ-ċensiment li sar ftit tal-ġimgħat ilu fuq l-attendenza tal-quddies tal-Ħadd m'għandniex nistennew li joħorġu tant malajr.", "Madanakollu wieħed jista' jobsor li għandu mnejn juri li din l-attendenza tkun, xi ftit jew wisq, madwar it-30% f'Malta u l-50% f'Għawdex.", "Ikunu xi jkunu, dawn ir-rati b'ebda mod ma jistgħu juru l-\"Knisja t'Alla\" kemm fiha nies.", "Dan għax il-\"Knisja t'Alla\" ma tistax tiġi identifikata mar-reliġjon.", "Il-\"Knisja t'Alla\", magħmula minn nies li jqisu lilhom infushom imsieħba ma' xi Knisja jew le, tmur lil hinn minn kull reliġjon.", "Knisja bla fruntieri", "Il-kelma semitika bil-Malti \"knisja\" tiġi mill-Grieg \"ekklesia\", li, sa mill-anqas sitt sekli qabel Kristu, kienet tintuża biex tirreferi għall-ġabra tan-nies imsejħa flimkien biex jitkellmu u jiddeċiedu fuq affarijiet ta' ġid komuni.", "L-Insara Għarab bdew jużaw il-kelma biex jirreferu għall-ġimgħat reliġjużi tagħhom sakemm, bil-mod il-mod, bdiet tirreferi għar-reliġjon tagħhom kollha kemm hi (il-\"Knisja Nisranija\"; wara maqsuma fi \"Knejjes\" differenti).", "Meta ngħidu \"Knisja t'Alla\", m'għandniex nifhmu li qed nirreferu għal xi reliġjon.", "Aktar għandna nifhmu li qed nirreferu għall-ġemgħa ta' dawk kollha fid-dinja li, aktarx mingħajr irbit formali bejniethom, iħaddnu ċerti valuri spiritwali jew filosofiċi, u jħaddmuhom konkretament fil-ħajja tagħhom.", "Dawn in-nies jistgħu jkunu jemmnu f'Alla u jistgħu ma jkunux.", "Imma l-valuri mħaddma tagħhom jissejħu minn xi wħud, bħali, 'divini', jiġifieri li jsebbqu u jsebbħu l-kwalitajiet naturali tal-bniedem.", "Bħalma l-\"Knisja t'Alla\" m'għandhiex reliġjon, lanqas m'għandha fruntieri, żminijiet, nazzjonalitajiet, ideoloġiji, passaporti, etniċijiet, ilwien ta' ġilda, orjentamenti sesswali, etajiet, setet jew xi distintiv ieħor ta' firda bejn il-bnedmin.", "Hi min-natura tagħha universali.", "L-\"Alla\" tagħha, għal min irid ipoġġiha hekk, hu l-Wieħed komuni għal kulħadd, għal kullimkien u ta' dejjem.", "Il-valuri tar-rispett sħiħ", "Il-valuri ta' din il-\"Knisja t'Alla\" huma dawk li jqimu d-dinjità ta' kull bniedem f'għaqda waħda mal-ħolqien kollu.", "Huma valuri li jħaddnu l-aqwa u l-ogħla twemmin tal-ispiritwalitajiet u l-filosofiji li qatt kien hawn u li qatt ikun hawn fid-dinja, inkluż l-ideali etiċi u morali tagħhom.", "Dal-valuri mhumiex xi kodiċi fantastiku ta' aġir sopranaturali.", "Anzi, bil-kontra.", "Mhuma xejn għajr dawk l-aktar sempliċi: ir-rispett sħiħ lejn ħaddieħor u r-rispett sħiħ lejn il-ħolqien.", "Huma tabilħaqq sempliċi imma li tant nies tar-reliġjon, il-politika, il-kummerċ u l-hekk imsejjaħ ordni pubbliku nsew jew sfruttaw bil-kbir għall-interessi tagħhom; fuq kollox, biex jiżirgħu l-firda fl-umanità, li hi waħda komuni għal kulħadd.", "Ħafna nies lanqas biss jafu li jagħmlu sehem minn dil-\"Knisja t'Alla\" filwaqt li jħaddnu u jħaddmu konkretament il-valuri tagħha.", "U lanqas m'għandhom għalfejn ikunu jafu.", "Għax mhuwiex x'wieħed jgħid li hu dak li hu importanti, imma x'wieħed jagħmel fil-konkret.", "Knisja ta' inklużjoni biss", "Għandu mnejn li l-biċċa l-kbira tal-imsieħba ta' dil-\"Knisja t'Alla\" ma jagħmlu sehem minn ebda Knisja, minn ebda reliġjon u minn ebda ideoloġija.", "Madanakollu, f'qalbhom u f'għemilhom għandhom xi ftit jew wisq, fil-limitazzjonijiet tagħhom, ir-rispett lejn ħaddieħor u lejn il-ħolqien.", "Dan hu li jgħodd.", "Hu dan li jagħmilhom \"qaddisa\".", "Ir-reliġjon waħda ta' Alla, nistgħu ngħidu, hi l-ħolqien, u l-bniedem hu biss biċċa minnu; biċċa żgħira ħafna minnu.", "Alla m'għandux firdiet u ma jara ebda firdiet.", "Hu l-bniedem, bil-filosofiji, l-ideoloġiji u r-reliġjonijiet tiegħu li joħloq il-firdiet fejn mhemmx, u jehda bihom.", "Il-bniedem tal-\"Knisja t'Alla\" jara bħal Alla: jara kull bniedem, u jara kull biċċa tal-ħolqien, bħala l-istess fil-mistħoqq tar-rispett u l-qima.", "Kull rispett bħal dan jagħti ġieħ lill-ħallieq u hu l-aqwa—u nistgħu nażżardaw inżidu wkoll: l-uniku—rispett li jista' jingħata.", "Int tista' tkun eskluż minn kull ideoloġija, minn kull reliġjon, minn kull filosofija ... iżda mhux, jekk temmen u tipprattika r-rispett lejn ħaddieħor u lejn il-ħolqien, mill-\"Knisja t'Alla\".", "Agħfas fuq ix-xbieha t'hawn taħt għal aktar tagħrif.", "Grazzi."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/02/l-ewwel-generazzjoni.html", "title": "L-ewwel ġenerazzjoni", "text": ["Il-miġja fostna ta' ħafna barranin, aktarx miġbuda minn impressjonijiet ta' ħajja aħjar milli ħallew warajhom, għall-ewwel mhux dejjem intlaqgħet tajjeb minn bosta Maltin u Għawdxin, partikularment jekk dawk il-barranin kienu ta' ġilda skura.", "Illum, wara madwar għoxrin sena li beda dal-fenomenu relattivament ġdid, jidher li s-sitwazzjoni tinsab xi ftit aħjar, ukoll għax, bħalma basru xi wħud, il-biżgħat li tqajmu fil-bidu spiċċaw biex sfumaw fix-xejn.", "Fenomenu ġdid", "Il-fenomenu tal-barranin fostna li rajna f'dawn l-aħħar, bejn wieħed u l-ieħor, għoxrin sena, partikularment mill-Afrika tan-Nofs, kien differenti ħafna minn dak ta', ngħidu aħna, is-snin sebgħin, meta kellna miġjiet ta' Libjani u xi ftit taċ-Ċiniżi.", "Dawn tal-aħħar kienu kważi inviżibbli, u l-oħrajn ma kinux nieqsa għal kollox mill-mezzi t'għajxien u lanqas il-bixra tagħhom ma kienet tant differenti minn tagħna.", "Il-miġjiet dejjem jiżdiedu ta' madwar għaxar snin wara, jiġifieri mal-għoxrin sena ilu, ma kinux bħal dawn.", "Il-bixra tal-barranin il-ġodda, bil-ġilda ferm skura tagħhom, qatgħu aktar, u ħafna drabi spiċċaw fostna b'ta' fuqhom senduqhom.", "Ħafna minnhom telqu u mxew għal pajjiżi aktar 'il fuq, imma oħrajn baqgħu u bdew jadattaw għall-ħajja l-ġdida tagħhom fostna.", "Dawn kienu l-ewwel ġenerazzjoni ta' dal-fenomenu xi ftit jew wisq ġdid għalina.", "Kienet il-ġenerazzjoni li kontriha qamu u għaddbu xi wħud.", "Kienet il-ġenerazzjoni li kellha taqta' bi snienha.", "Kienet il-ġenerazzjoni li ma setgħetx tintegra ruħha sewwa f'dis-soċjetà l-ġdida tagħha.", "Imma kienet il-ġenerazzjoni li baqgħet.", "L-ewwel ġenerazzjoni.", "F'għoxrin sena", "Dil-ġenerazzjoni għall-ewwel rajniha tgħix kif tista', tqanqaċ kemm setgħet, titqanna b'kemm kemm tiddobba u tistabar b'kulma kien ta' siwi għaliha.", "Kienet ġenerazzjoni li batiet, għax għeruq ma kellhiex; ġenerazzjoni li qagħdet għal kollox, għax ix-xi ħaġa kien aħjar mix-xejn; ġenerazzjoni ta' tama rassenjata għal kulma l-ġejjieni kellu xi jrodd.", "Dil-ġenerazzjoni ġiet bit-tfal iż-żgħar li llum diġà kibru ġmielhom; tfal li għadhom parti mill-ewwel ġenerazzjoni.", "Għalkemm il-biċċa l-kbira ta' dawn it-tfal―illum ġuvintur u tfajliet―xorta waħda għadhom ma jistgħux jintegraw wisq mal-għaġna tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Għalkemm jgħixu magħna―ukoll f'Għawdex, fejn għall-ewwel ma setgħux joqogħdu―xorta waħda għadna narawhom iżommu xi ftit jew wisq għalihom.", "Minkejja dan, f'dawn is-snin rajnihom ukoll jirbħu, kważi bil-ħila tagħhom biss, l-iżvantaġġi kbar li kienu bdew bihom mal-għoxrin sena ilu.", "L-għaqal tagħhom, naturali daqskemm imġiegħel, kabbar risqhom u issa jistgħu jgħixu ħajja aktar komda, aktar żgura, aktar dinjituża u aktar hienja.", "It-tieni ġenerazzjoni", "It-tieni ġenerazzjoni għandha tkun ferm differenti minn din.", "It-tfal ta' dawk it-tfal żgħar li ġew mal-familji tagħhom mal-għoxrin sena ilu, għalkemm illum għadhom trabi u ċkejkna wisq, għad isibuha ħafna eħfef li jintegraw u jkun aktar parti mill-poplu Malti u Għawdxi.", "Dit-tieni ġenerazzjoni, li s'issa għadha ma tidhirx wisq, għad tibda toħroġ is-sabiħ li dan-nies ġabu magħhom u li l-ġenerazzjoni ta' qabilhom ma setgħetx turi fid-deher.", "Huwa bit-tieni ġenerazzjoni, mhux bl-ewwel waħda, li se nkunu nistgħu nqisu u napprezzaw sew il-barka tal-imigrazzjoni li xi wħud tant twerwru biha.", "U mhux biss it-tieni ġenerazzjoni tan-nies li ġew mill-Afrika tan-Nofs, imma wkoll tan-nies li ġew hawnhekk mill-Asja, tal-qrib u l-imbiegħda, u mill-Ewropa tal-Lvant.", "Għalissa għadna ma nistgħux naraw is-sabiħ li ġabu magħhom dan-nies.", "Imma għad narawh b'ulied uliedhom.", "Il-popli kollha tad-dinja dejjem kienu magħmulin mit-taħrik ta' nies.", "Il-bniedem qatt ma waqaf jitħarrek, ukoll jekk l-impressjoni ġenerali kienet li kull poplu hu magħmul fih innifsu u xejn ma jiżdied jew jitnaqqas minnu.", "Das-sens soċjali statiku kien falz għax injora l-bidliet, kbar jew żgħar, li dejjem―dejjem―biddel u għaġen is-soċjetajiet mill-qiegħ.", "Il-bidla tibqa' sejra", "Il-fenomenu tal-imigrazzjoni li beda madwar għoxrin sena ilu 'l hawn għadu frisk wisq biex juri l-benna tiegħu.", "Xi wħud għadhom sal-lum jibżgħu minnu u jixtiequ li jreġġgħuh lura.", "Oħrajn draw jaċċettawh u jifhmu li mhuwiex ta' theddida kif kien maħsub u mwebbel.", "Aktarx ftit huma dawk li japprezzawh u huma ferħana bih.", "Imma dan kollu għad jinbidel ... u diġà beda jinbidel.", "Illum hu gost għal xi wħud minna li naraw, jekk ikollna l-opportunità, it-tfal ta' dawk l-ewwel emigranti jgħixu ħajja aktar serena u dinjituża minn dik tal-ewwel snin iebsa tal-ġenituri u l-familjari tagħhom.", "Hu gost għal xi wħud minna li naraw li l-adattazzjoni soċjali qiegħda, minkejja kollox, tifrex is-sigurtà tagħha.", "Għada pitgħada jkun ukoll gost li naraw it-tfal tat-tfal ta' din l-ewwel ġenerazzjoni tintegra ruħha b'faċilità u b'nuqqas ta' tensjoni.", "Dan għandu jkompli jibdel bil-mod il-poplu Malti u Għawdxi ... l-istess bħalma dejjem imbidel fl-imgħoddi u jibqa' jinbidel għal dejjem.", "Bħal kull poplu ieħor fid-dinja, il-poplu tagħna mhuwiex xi fossila indifferenti għaż-żmien jew iċ-ċirkustanzi.", "Huwa poplu ħaj li jinbidel u miegħu, bħalma sar dejjem u jibqa' jsir dejjem, jinbidlu d-drawwiet tiegħu.", "Agħfas fuq ix-xbieha t'hawn taħt għal aktar tagħrif.", "Grazzi."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/03/o-msejkna-sirja.html", "title": "O msejkna Sirja!", "text": ["Dax-xahar, il-gwerra ċivili fis-Sirja tagħlaq seba' snin!", "Bdiet bi protesti paċifiċi madwar l-hekk imsejjaħ \"Rebbiegħa Għarbija\" tal-2011, imbagħad bdew l-attakki tal-armata tal-gvern, u l-infern kollu nfexx.", "Skont il-Ġnus Magħquda, s'issa nqatlu madwar nofs miljun ruħ, il-biċċa l-kbira minnhom nies ċivili.", "Barra minn hekk, madwar ħames miljuni u nofs ħarbu mill-pajjiż bħala refuġjati, fosthom man-nofs miljun Insara Sirjani.", "Il-ġimgħa li għaddiet kien hemm taparsi waqfa mill-ġlied, imma din ma swiet għal xejn.", "L-attakki baqgħu sejrin.", "L-agħar hu dan: li tmiem għal din il-gwerra s'issa ma jidhirx li jista' jkun hemm.", "Pajjiż maqsum", "Il-gwerra ċivili fis-Sirja hi waħda mhux bħall-oħrajn li ġieli smajna bihom fl-imgħoddi qarib.", "Hi gwerra li, meta tqis kollox, tintebaħ li mhi tas-Sirja xejn.", "L-indħil ta' diversi pajjiżi fiha, b'appoċċ għal xi naħa jew oħra, wassal biex hemmhekk tiġi miġġielda gwerra għal skopijiet oħra, l-aktar waħda għat-trażżin u l-kontroll tal-Iran.", "Il-prezz, però, qed iħallsu l-poplu Sirjan.", "Bħal kull konflitt armat ieħor, meta bdiet il-gwerra seba' snin ilu, kulħadd, fosthom l-Unjoni Ewropea u l-Ġnus Magħquda, bastru li l-gwerra ma kellhiex iddum, u li t-tmiem tagħha kien se jkun ta' malajr — kellu jitneħħa l-gvern u floku l-Punent jimponi wieħed għal qalbu.", "Dan ma ġarax.", "Ir-Russja rat li dan ma jiġrix.", "L-irjus iebsa, għalhekk, ħabtu ma' xulxin, u l-konflitt, mibdul fi gwerra mdemma ċivili, issa m'hemmx tmiem għalih.", "Il-pajjiż ċkejken tas-Sirja, li hu ftit akbar mit-Tunesija, issa hu maqsum mill-anqas f'ħames biċċiet, ilkoll jitqatlu ma' xulxin.", "Hemm il-parti taħt il-kontroll tal-gvern Sirjan, dik tal-Forzi Demokratiċi Sirjani, dik tal-oppożizzjoni Sirjana, dik tal-Istat Iżlamiku u dik ta' Taħrir al-Xam.", "Ilkoll għandhom armi sofistikati żgħar u kbar.", "Ilkoll b'xi mod jew ieħor isibu appoġġ minn barra l-pajjiż biex ikomplu jitqatlu.", "L-indifferenza għat-tbatija", "Hemm min ma jridx li dil-gwerra tieqaf għaliex qed jagħmel qligħ kbir fuqha, speċjalment bil-bejgħ tal-armi ta' kull għamla u sura, inkluż dawk kemikali.", "Li b'danakollu qed imutu n-nies ċivili ma jidhirx li jinporta wisq.", "Dawn, jgħidulek, jinqabdu sfortunatament fin-nofs, u wieħed ma jistax jagħmel mod ieħor għajr li xi kultant jolqothom.", "Huma żejda għall-gwerra; żejda u fin-nofs.", "Paċenzja!", "Din l-indifferenza kbira għall-ħajja tan-nies għandu mnejn hu l-aktar aspett qalil ta' din il-gwerra.", "Hi indifferenza li, biex jinkisbu vantaġġi territorjali u politiċi, tgħodd in-nies bħala dubbien.", "Bħal meta t-tfal, biex jilagħbu, ikissru l-affarijiet ... għax ma jafux aħjar; ħsiebhom hu biss li jieħdu gost jilagħbu.", "Imma l-gwerra ċivili tas-Sirja mhijiex logħba, għall-anqas mhijiex logħba sabiħa; hi logħba bil-ħajja ta' nies innoċenti u maqbuda bejn in-nar u l-ilma.", "Il-ġlieda bejn il-kbar ma jgħaddix minn fuq rashom; jgħaddi minn ġo fihom u jolqothom fl-aktar affarijiet għeżież għalihom: ikilhom, darhom, ħajjithom.", "Qligħ bil-gwerra", "Għal xi wħud, il-qligħ minn din il-\"logħba\" terribbli jikber dejjem.", "Tliet logħbiet tal-video ġew maħduma biex dan isir: \"Endgame: Syria\" (2012), \"Syrian Warfare\" (2017) u, dan l-aħħar, \"Holy Defence\" (2018).", "Inħadmu wkoll erba' films fuq dil-gwerra: \"Ladder to Damascus\" (2013), \"Sniper: Legacy\" (2014), \"Phantom\" (2015) u \"The Father\" (2016).", "Waqt li n-nies imutu, oħrajn qed jobormuhom!", "Xi wħud jaraw li, biex tibda tinstab soluzzjoni għal dil-gwerra ċivili, hemm il-ħtieġa tal-waqfien għal ftit mill-ġlied biex il-ġellieda joqogħdu bilqieħda jitkellmu ftit.", "Ħafna drabi, dal-laqgħat la jservu biex jinstabu soluzzjonijiet, la biex jieqaf għal ftit il-ġlieda u lanqas biex tittaffa daqxejn il-ħajja tal-vittmi ċivili.", "Iservu bħal djalogu tat-torox — fejn kulħadd iżomm it-trunċiera tiegħu u, bla ma jafda lil ħadd, jistenna 'l-oħrajn jitħarrku.", "Imma ma jitħarrek ħadd, u kollox jerġa' jiġi għal li kien.", "B'hekk, it-traġedja bla qies tas-Sirja tkompli bi gliegel ta' demm u b'dinja t'imrar.", "Dal-pajjiż li darba kien mill-isbaħ, u li kien jissejjaħ il-\"Ġnien tal-Lvant Nofsani\", issa hu bħall-wiċċ tal-qamar, imġerraħ, deżolat u mbikkem.", "Fuq kollox, hu xhieda oħra tal-ħdura tal-bnedmin u, ukoll, tal-qerq tal-gvernijiet u l-ħażen tal-Istati.", "Alla jbierek lil dawk li jħobbu l-paċi u qed jaħdmu tassew għall-ġustizzja!", "Dawn biss jistħoqqilhom it-talb ta' xi ħadd!"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/02/l-ilsien-malti-fera-digitali.html", "title": "L-ilsien Malti f'era diġitali", "text": ["Artiklu li kiteb il-Ministru Evarist Bartolo lejn il-bidu tas-sena ġibed l-attenzjoni fuq rapport li kien ħareġ fl-2012 fuq l-ilsna dinjija fl-era diġitali.", "Ir-rapport kien sar fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew tal-Ilsna li jiġi mfakkar f'Settembru.", "Għal dar-rapport ġew mistħarrġa 30 ilsien Ewropew, fosthom il-Malti, biex jiġi magħruf xortihom fl-era diġitali.", "Dak li ntqal dwar l-ilsien Malti ma kienx sabiħ.", "Id-dinja diġitali", "Ir-rapport, imħejji minn madwar 200 espert u ddokumentat fi 30 volum, sar minn ġemgħa ta' 60 ċentru ta' riċerka mifruxa fi 34 pajjiż differenti.", "L-istudju tagħhom stħarreġ kemm kellhom appoġġ teknoloġiku bosta ilsna Ewropej.", "Dal-appoġġ li hu meqjus assolutament meħtieġ fl-era diġitali li qed ngħixu fih biex l-ilsna ma jiddgħajfux jew saħansitra ma jinqerdux għal kollox.", "L-istudju stħarreġ erba' oqsma ewlenin: it-traduzzjoni awtomatika, l-interazzjoni tad-diskors, l-analiżi tal-kitba u l-aċċessibbiltà għal riżorsi lingwistiċi.", "Il-programmi teknoloġiċi jintużaw, fost affarijiet oħra, biex l-ilsna mitkellma u miktuba jiġu pproċessati eletronikament.", "Dal-programmi jinkludu l-korrezzjoni tal-kliem u l-grammatika, għajnuniet għall-interazzjoni ċellulari, sistemi ta' taħdit li jaħdmu fuq it-telefon, sistemi ta' traduzzjonijiet awtomatiċi u għodod ta' tiftix fuq l-Internet.", "Mingħajr programmi bħal dawn, l-ilsna jissograw li jiddgħajfu jew jisparixxu għal kollox fid-dinja diġitali.", "Fost l-ilsna Ewropej meqjusa li għandhom \"appoġġ tajjeb\", għalkemm mhux \"eċċellenti, hemm l-Ingliż, l-aktar ilsien Ewropew li hu qawwi f'dar-rigward.", "Dan l-ilsien, fil-fatt, huwa bħalissa t-tielet mitkellem fid-dinja, wara l-Manderin Ċiniż u l-Ispanjol.", "Fost l-ilsna Ewropej meqjusa li għandhom \"appoġġ moderat\" hemm l-Olandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol, u dawk li għandhom \"appoġġ frammentarju\" hemm il-Bask, il-Bulgaru, il-Katalan, il-Grieg, l-Ungeriż u l-Pollakk.", "Investiment serju", "L-aħħar kategorija tinkludi l-ilsna Ewropej li għandhom \"appoġġ nieqes\".", "Fost dawn hemm l-Iżlandiku, il-Latviku, il-Litwanju ... u l-Malti.", "Dawn l-ilsna huma, fil-fatt, meqjusa li huma fl-akbar riskju li, fid-dinja diġitali, ikomplu jiddgħajfu jew saħansitra jinqerdu għal kollox.", "\"Jekk ma jsir xejn b'mod drastiku u immedjat,\" jgħid ir-rapport, \"kemm l-ilsna b'\"appoġġ frammentarju\" u wisq aktar l-ilsna b'\"appoġġ nieqes\" sempliċiment qed jaffaċċjaw l-estinzjoni diġitali.\"", "L-għawġ ewlieni għala dal-ilsna f'risku kbir ta' qerda diġitali huwa li relattivament jitkellmuhom ftit nies.", "'Ftit' sa ċertu punt.", "Il-Grieg jitkellmuh aktar minn tlettax-il miljun ruħ, il-Katalan aktar minn seba' miljuni, il-Litwanju mat-tlett miljun, il-Latviku mal-miljun u nofs, il-Bulgaru mal-miljun, il-Bask mat-tliet kwarti ta' miljun, u l-Iżlandiku man-nofs miljun ...", "Il-Malti jitkellmu anqas minn dan tal-aħħar.", "Minkejja dan-numri, li mqabblin ma' ilsna oħra jidhru ċkejkna, għawġ ieħor għal dal-ilsna huwa li, mid-dehra, ftit li xejn qed isir investiment fl-istħarriġ u l-ħolqien ta' programmi eletroniċi suriet in-nies (nieqsa minn difetti serji) biex jiżviluppaw u jkabbru l-appoġġ tagħhom fil-qasam diġitali.", "Is-sens ta' nazzjon", "Dan in-nuqqas għandu mnejn jirriżulta f'anqas u anqas ħila biex nikkomunikaw u nikkollaboraw b'ilsienna mal-ġirien Ewropej tagħna.", "It-teknoloġija lingwistika llum qed tiftaħ ixqfa ġodda u wiesgħa li, jekk nibqgħu sejrin lura fiha, se nitilfuhom għalkollox.", "It-tagħrif u l-komunikazzjoni diġitali m'għadhomx għażla; huma ħtieġa li ma nistgħux ngħddu mingħajrha.", "L-agħar hu li, bid-dgħufija u, għandha mnejn, il-qerda tal-ilsien Malti fid-dinja diġitali, progressivament u gradwalment anqas u anqas nies jispiċċaw jitkellmu dan l-ilsien li tant inħobbu.", "Dan għax isir eħfef u aħjar li nikkomunikaw b'ilsien ieħor, ngħidu aħna l-Ingliż.", "Li jsir sforz ta' investiment serju f'dan il-qasam—mill-gvern daqskemm, b'inċentivi xierqa, mill-privat—hija ħtieġa li jidher li jenħtieġ li tintlaqa' b'mod immedjat u b'mod qawwi.", "M'hemmx għalfejn ngħidu x'riperkussjonijiet serji jista' jkun hemm fuq is-sena tagħna ta' nazzjon jekk din l-isfida tintilef."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/03/lil-siebi-charles.html", "title": "Lil sieħbi Charles", "text": ["Lil ftit nies insejħilhom 'ħbieb'.", "U ftit nies nieħu gost li jsejħuli ħabib tagħhom.", "Pitma minn daqshekk.", "Għax għalija l-ħbieb mhumiex biss nies li nafhom jew jafuni.", "Il-ħbieb huma nies li jaraw għajn m'għajn miegħek.", "Ħafna nies iħobbuk għal raġunijiet ħżiena, l-aktar għax jaraw fik xi gwadann għalihom infushom.", "Il-ħbieb iħobbuk għalik innifsek, mingħajr ma jridu jobormu xejn mingħandek; mingħajr ma jriduk tinbidel.", "Wisq anqas insejjaħ lil xi ħadd 'sieħbi' kif ġieb u laħaq.", "Jissejjaħ hekk biss min jissieħeb miegħek f'xi ħidma li tkun qed tagħmel.", "Lanqas xi ħbieb ma nsejħilhom sħabi, aħseb u ara nies li bil-kemm kemm inkun nafhom jew oħrajn li jkunu jafuni biss di vista.", "Insejjaħ biss 'sieħbi' l-ftit mill-ftit.", "Ħsieb u demm", "Wieħed minn dal-ftit kien Charles Miceli.", "Ħabibi u sieħbi.", "Naħseb bdejna nsiru nafu 'l xulxin xi tlieta u għoxrin sena ilu u, f'daż-żmien kollu, bqajna dejjem f'rabta ma' xulxin.", "Bosta drabi din kienet rabta ta' ħidma li konna nagħmlu, parallela jew flimkien.", "Aktar minn hekk, iżda, kienet ukoll rabta tal-ħsieb u ġibda tad-demm.", "Kellna demm għal xulxin għax, b'xi għamla jew oħra, konna nifhmu lil xulxin mingħajr wisq kliem.", "Għalkemm akbar minn b'xi ħmistax-il sena, madwar nisel sħiħ, u t-tiġrib ta' ħajtu kien ħaġ'oħra għal tiegħi, kien hemm, ħassejt, x'jiġbidna minħabba l-istess triq, għalkemm b'suriet differenti, li konna nterrqu.", "It-tnejn konna għażilniha meta konna ħafna iżgħar, u t-tnejn żammejna fiha fit-tlugħ u l-inżul.", "Il-ħsieb intrabat b'xewqa ta' tiftix bla qtugħ għal dak li l-aktar jiswa fil-ħajja, mhux biss tagħna imma wkoll ta' ħaddieħor.", "Mas-snin, dal-ħsieb tfisser aħjar.", "Kien ġej mill-ixqfa liberali li fittixna, mit-tagħlim ta' soċjalisti mġarrba u, fl-aħħar mill-aħħar, mit-tixniq ta' anarkisti mħarrġa.", "Ħsiebna kien dejjem itektek waqt li riġlejna mxew fejn ħassew, mhux l-eħfef art, iżda l-oħla u l-isħeħ faraġ.", "L-anarkiżmu", "Kien hemm affarijiet oħra li ġibduni lejn dal-bniedem.", "Waħda mill-ewlenija kienet ir-riħ ta' tfulija li qatt ma tilef.", "Il-ħajja ma seħħilhiex, la tnikktu, la tobormu f'ċiniku u lanqas tagħmlu morr.", "Għalkemm ħadha bis-serjetà—anzi, għaliex ħadha bis-serjetà—lill-ħajja baqa' jidħak biha aktar milli, bil-kruhat u n-niktiet li kienet taf tagħti, daħket bih hi.", "Din it-tfulija tal-qalb kienet għalija dejjem ammirevoli fih.", "Ġietu naturali, u b'mod naturali kkomunikaha lil ħaddieħor.", "Naħseb dan kien jiġi mill-fatt li, fl-aħħar mill-aħħar, Charles qatt ma fehem għala l-bnedmin għandhom għalfejn ikerrhu l-ħajja kif jagħmlu.", "Il-ħajja kienet l-isbaħ meta l-aktar sempliċi; it-twemmin kien l-isħaħ meta l-anqas ikkumplikat; l-għajxien flimkien kien l-isbaħ meta bla pretensjonijiet.", "Dan, Charles ma ħalliehx jaħrablu, u għexu f'ġildu.", "L-anarkiżmu tiegħu, dik l-isbaħ u l-aqwa għamla ta' għajxien soċjali, wasal għalih bil-qajla l-qajla waqt li xiref quddiem l-għajnejn ta' ruħu n-nuqqas ta' ħila ta' għamliet oħra, u meta ra, bil-mod il-mod, li l-biċċa l-kbira tal-bnedmin, meta terħilhom is-setgħa, jużawha għall-ħsara ta' ħaddieħor u biex, fl-aħħar mill-aħħar, jeqirdu lilhom infushom.", "Għalliem", "Charles għallimni u jibqa' jgħallimni.", "Għalija għadu u jibqa' ktieb miftuħ.", "Għax jurini bil-fatti u fil-konkret kif il-ġustizzja mhijiex l-ideal ta' għada imma l-għemil tal-lum; l-għemil mal-iċken fost iċ-ċkejnin.", "Jgħallimni għax jibqa' jurini l-imħabba mhijiex ta' min jikkmanda jew jiġi kkamdat imma fejn ma jikkmanda ħadd.", "Dan hu raġel li mhu se jieqaf qatt jimxi miegħi tul it-triq u li se nibqa' narah kuljum madwari bit-tbissima ta' qlubija u rġulija li jibqa' jilqgħani bihom kuljum, kif ukoll bl-ispirtu ħlejju u tfuli tiegħu li bih ibaxxi s-setgħana u jgħolli ċ-ċkejknin.", "U kuljum nixtieq li jibqa' jgħallimni aktar, għax ħdejh naf ftit li xejn.", "Għax jaf ftit li xejn min għadu ma sarx bħat-tfal iż-żgħar li qalbhom wiesa' daqs id-dinja.", "Jien insellimlek, Charles, u nbierek il-ħajja tiegħek miegħi u ma' kulmin ħabbek u ħabbejtu."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/02/id-dizkreditu-gurnalistiku.html", "title": "Id-diżkreditu ġurnalistiku", "text": ["Sa mill-kampanja elettorali Amerikana bejn Hillary Clinton u Donald Trump fis-sajf ta' sentejn ilu, 2016, beda jidher dejjem aktar ċar f'liema stat tal-biki kien il-ġurnaliżmu tal-pajjiżi żviluppati, fosthom tal-Amerika u l-Ewropa.", "Trump kellu jikkumbatti speċi ta' alleanza ġurnalistika kontrih, u għadu jikkumbattiha sal-lum.", "Għalkemm dan ma kien xejn ġdid, madanakollu wera kemm kienet serja s-sitwazzjoni.", "Il-jedd tal-fatti", "Is-sitwazzjoni kienet u għadha serja għax ma tistax aktar tafda l-mezzi ġurnalistiċi f'bosta oqsma.", "Tabilħaqq, kull min kellu għajnejh f'wiċċu u moħħu attent kien jaf li bosta aġenziji ġurnalistiċi kienu, u għadhom, mixtrija.", "Imma wieħed seta' jistagħġeb kemm, fil-fatt, kienu mibjugħin b'ruħhom u ġisimhom biex jgħawġu l-aħbarijiet kif iridu huma.", "Dan ma ġarax, u ma jiġrix, biss f'rabta ta' Trump.", "Jiġri wkoll b'mod sistematiku ma' mexxejja oħrajn, bħal Vladimir Putin tar-Russja, ma' Kim Jong-un tal-Korea ta' Fuq, ma' Jeremy Corbyn tal-Ingilerra u ma' bosta oħrajn.", "L-aġenziji ewlenin tal-aħbarijiet, bħal bi ftehima waħda, jgħawwġu l-aħbarijiet, jinjoraw oħrajn u jonfħu dak li jidhrilhom għall-motivi politiċi tagħhom.", "Illum wasalna fi stat li ma tista' tafda lil ebda aġenzija ġurnalistika ewlenija tal-Punent jekk trid tassew titgħarraf fuq dawn il-mexxejja li semmejt u oħrajn magħhom.", "Dawn l-aġenziji sfaċċatament jinjoraw il-jedd tagħna li ningħataw il-fatti mingħajr tidwir, u jagħżlu li jbellgħulna l-preġudizzji u l-ġudizzji mxeqilba tagħhom.", "Aħbarijiet żbilanċjati", "F'Malta esperti ta' dan.", "Imma f'Malta aħna żgħar u provinċjali u dawn l-affarijiet tistennihom.", "Mill-kbar, mill-aġenziji barranin li jippretenduha ta' serji, ma tistennihiex daqshekk.", "Imma llum dil-ħaġa, din id-drawwa li dawn l-aġenziji jimmanipulaw b'mod ikrah l-aħbarijiet u saħansitra l-fatti, saret xi ħaġa 'normali', mingħajr mistħija u mingħajr ħabi.", "Saru l-paladuni tal-'fake news', l-aħbarijiet imgħawġa.", "L-isfaċċaġni ta' dawn l-aġenziji dehret dan l-aħħar f'rabta mal-aħbarijiet lokali mill-qtil lamentabbli li kellna f'Ottubru li għadda.", "Għal xi raġuni jew raġunijiet li għadhom mhumiex magħrufa għal kollox, il-biċċa l-kbira tal-aġenziji ewlenin barranin għażlu li jibdew idoqqu diska li ftit tistħarreġ tabilħaqq is-sewwa tal-fatti.", "Aġenziji kbar dinjija, bħall-Associated Press, il-United Press International, il-BBC, Reuters u l-Agence France Presse—li jikkontrollaw ħafna u ħafna friegħi tal-medja, inkluż gazzetti, siti tal-Internet, radijiet u televiżjonijiet—mhux biss jidher li m'għamlu ebda sforz biex ixandru aħbarijiet bilanċjati, iżda, bil-kontra, donnhom għamlu deċiżjoni konxja biex ixandruhom żbilanċjati.", "Qagħda miskina", "Il-biċċa l-kbira tat-tagħrif tagħna fuq id-dinja u x'inhu jiġri fiha jiddependi fuq l-aġenziji ewlenin tal-aħbarijiet.", "Mhux tagħna biss, imma wkoll ta' barranin fuqna.", "Ħafna drabi ma nistgħux nagħmlu mod ieħor għajr li noqogħdu fuqhom ... jew ninjorawhom għal kollox u nibqgħu niexfa mill-aħbarijiet.", "Din id-dipendenza tqegħidna f'sitwazzjoni, mhux biss antipatika, iżda wkoll miskina.", "Li noqogħdu fuq dak li jfettlilhom jgħidu jew ma jgħidux dawn l-aġenziji, li aktar minn darba—anzi, sistematikament—juru li huma mixtrija, hija sfortuna kbira li donnu rridu ngħixu biha.", "It-tagħrif huwa saħħa, u tagħrif immanipulat minn dawn l-aġenziji ġurnalistiċi huwa dgħajjef jew nieqes, hija s-saħħa intellettwali tagħna li tbati ... kif fil-fatt qiegħda tagħmel.", "Dawn l-aġenziji, kif għedt, sirna ma nistgħux nafdawhom.", "Imma x'jista' wieħed jagħmel biex jgħaddi mingħajrhom.", "Għajb u periklu", "B'xorti tajba, illum hawn l-Internet li, xi ftit jew wisq, għadu aċċessibbli għal ħafna u ħafna ilħna li mhumiex ikkontrollati jew immanipulati minn dawn l-aġenziji ewlenin tal-'fake news'.", "Wieħed irid jagħmel sforz speċjali biex jiltaqa' ma' dawn l-ilħna.", "Iżda għall-anqas jista' jsibhom b'xi mod u jingħata aħbarijiet alternattivi.", "Din mhijiex kwestjoni li tkun taf il-verità.", "Għax il-verità kulħadd jgħidha kif jidhirlu hu.", "Hija kwestjoni li jkollok aħbarijiet xi ftit jew wisq bilanċjali, li jagħtu l-verżjonijiet opposti jew alternattivi, u li ma jkunux iridu bilfors ibellgħulek l-affarijiet mingħajr ma jħallulek spazju jew possibbiltà li tistħarriġhom għall-affari tiegħek.", "La aħna ma nistgħu nafdaw l-aħbarijiet li jaslulna minn aġenziji mixtrija bħal dawn, u lanqas m'għandhom il-barranin jafdaw l-aħbarijiet li jaslulhom fuqna mingħandhom.", "Id-diżkreditu li dawn l-aġenziji waqgħu fih huwa għajb għalihom.", "Iżda hu wkoll ta' periklu kbir għad-dritt tal-informazzjoni u għad-demokraziji li drajna ngħixu bihom.", "Għal aktar tagħrif, agħfas ix-xbieha t'hawn taħt.", "Grazzi."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/03/il-firda-metiega.html", "title": "Il-firda meħtieġa", "text": ["Spiss nisimgħu li għandu jkun hawn l-għaqda fost il-Malta u l-Għawdxin.", "Spiss nisimgħu min jilmenta li l-poplu Malti u Għawdxi hu mifrud politikament.", "Dawn in-nies, fosthom ukoll studjużi u oħrajn fis-setgħa, jikkundannaw il-firda mingħajr riservi, u jfaħħru s-siwi u l-ħtieġa tal-għaqda.", "Imma jien ngħidlek li l-firda hi meħtieġa, u l-ħasra hi m'hawnx aktar minnha.", "Bis-setgħa u mingħajrha", "Meta ngħid hekk, m'iniex qed nirreferi għall-firda partiġġjana, la fil-politika u lanqas ta' bejn il-każini tal-banda.", "Il-firda f'dawn il-każijiet hi balala u infantili; frott l-injoranza u l-immaturità.", "Firda bħal din hi biss apparenti, għax fil-fatt iż-żewġ naħat huma magħqudin waħda u sew fl-istess attitudni u mentalità tribali fariżajka u fanatika.", "Mhux din il-firda ngħidlek li hi meħtieġa.", "Din il-firda, aktar ma tinqered malajr, aktar aħjar.", "Il-firda li qed nirreferi għaliha hi dik ideoloġika.", "Jiġifieri l-firda ta' bejn in-nies tas-setgħa u n-nies ta' bla setgħa.", "Din mhijiex sempliċiment firda politika bejn il-Lemin u x-Xellug.", "Għax għandek nies fuq iż-żewġ naħat ta' din il-qasma li huma bis-setgħa.", "Dik li qed nirreferi għaliha hija l-firda bejn il-ħakma ta' dawn in-nies kollha bis-setgħa fuq l-oħrajn li m'għandhomx.", "Meta ngħid 'nies bis-setgħa' nifhem nies li għandhom il-mezzi biex jikkontrollaw il-ħajja tagħhom infushom kif iridu huma; il-ħajja fl-aspetti kollha tagħha: soċjali, kulturali, politiċi u ekonomiċi.", "Nies ta' bla setgħa m'għandhomx dan il-kontroll.", "Anzi, il-biċċa l-kbira tal-kontroll jinsab f'idejn ħaddieħor, li jagħmel bihom dak li jrid hu.", "Il-vjolenza b'wiċċ t'anġlu", "Għalkemm illum dawn iż-żewġ ġmiegħi ta' nies nistgħu sa ċertu punt ngħidu li jikkostitwixxu klassijiet soċjali għalihom, m'għadux iż-żmien li nitkellmu fuqhom bħalma konna nitkellmu fuqhom qabel, jiġifieri l-klassi tas-sinjuri u l-fqar.", "Tabilħaqq, il-biċċa l-kbira ta' dawk li huma ekonomikament fqar aktarx jagħmlu sehem mill-ġemgħa ta' nies bla setgħa.", "Imma mhux dawn biss.", "Għax il-qasma llum mhijiex kwistjoni sempliċiment ekonomika; hija kwistjoni ta' setgħa.", "Jiġifieri jekk in-nies għandhomx kontroll fuq ħajjithom jew jikkontrollahomx ħaddieħor.", "Jikkontrollahom mhux neċessarjament bil-forza; jikkontrollahom b'kull mezz—ekonomiku, politiku, kulturali, soċjali—li bih ma jħallilhomx għażla biex jiddeċiedu huma nfushom kif jgħixu ħajjithom jew kif ikunu hienja.", "Il-vjolenza fil-ħakma ta' nies bis-setgħa fuq l-oħrajn ta' bla setgħa, mhux biss hi vjolenza ħafna aktar fina minn dik fiżika, imma kulma mmorru dejjem issir ifjen.", "Illum tieħu xejriet psikoloġiċi u manipulattivi li bil-kemm kemm tintebaħ bihom.", "Hija vjolenza mxajtna b'wiċċ t'anġlu.", "Min jippriedka l-għaqda", "Dawk li llum jippriedkaw l-għaqda—bħalma qabel kien hemm min jippriedka r-rikonċiljazzjoni—bejn min għandu s-setgħa u min m'għandux fir-realtà kulma jrid hu li dawn tal-aħħar joqogħdu mansweti kemm jista' jkun, ma jaqilgħux inkwiet, ibaxxu rashom u jagħmlu kif jgħidulhom dawk bis-setgħa.", "Din l-għajta għall-għaqda taħbi l-mibegħda li n-nies tas-setgħa għandhom għal dawk li m'għandhomx.", "Taħbi l-inġustizzja tas-sistema.", "Taħbi l-vjolenza kontinwa tal-ħakma.", "In-nies tas-setgħa jridu u jippriedkaw l-għaqda biex jibqgħu jikkmandaw, biex ma jitilfux is-setgħa li għandhom, biex jibqgħu jaħkmu.", "Din l-għaqda hi ħażina.", "Il-firda jeħtieġ li tibqa' tiġi rikonoxxuta u mikxufa.", "Din il-firda jeħtieġ li tibqa' tidher.", "Din il-firda jeħtieġ li ma titgħattiex taħt il-kliem sabiħ u l-paraventi tal-gideb.", "Hija firda meħtieġa.", "Għax turi r-realtà x'inhi tabilħaqq.", "Min jippriedka l-għaqda bejn min għandu s-setgħa u min m'għandux irid biss iżomm u jkattar l-inġustizzja; irid biss li jkompli jostor il-vjolenza fina u mgħammda li diġà teżisti.", "Min irid il-ġid lin-nies ta' bla setgħa ma jippriedkax l-għaqda, imma l-firda."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/03/min-hu-l-giddieb.html", "title": "Min hu l-giddieb?", "text": ["Ilkoll kemm aħna nigdbu.", "Nammettuhx jew le, konxji jew le ta' dan, ilkoll kemm aħna spiss ngħidu gideb żgħir jew kbir mingħajr ma niddejqu xejn jew niddejqu ftit.", "Madanakollu, filwaqt li aħna nigdbu, xi kultant saħansitra lilna nfusna, qajla noqogħdu għall-gideb ta' ħaddieħor.", "Terġa' u tgħid, minn persuni pubbliċi, inkluż il-politiċi tagħna, ma naċċettaw qatt li dawn jigdbulna.", "Il-gideb hu dejjem ħażin jew xi kultant biss?", "Għala nigdbu?", "Ftit jidher li hawn nies li jaqblu li l-gideb hu", "dejjem", "ħażin.", "Skont studji li saru, aħna l-bnedmin nibdew nigdbu fl-età ta' sitt xhur billi nibku u nidħqu biex nattiraw l-attenzjoni.", "Il-biċċa l-kbira tagħna jitgħallmu jigdbu", "b'mod konvinċenti", "minn erba' snin 'il quddiem.", "Qabel dan, it-tfal ma jkunux jistgħu jifhmu għala l-oħrajn ma jarawx xi ħaġa kif jarawha huma.", "Donnhom jassumu li hemm punto di vista waħda biss.", "Meta nkunu tfal, nitgħallmu nigdbu b'effettività", "qabel", "ma niżviluppaw il-kapaċità mentali biex NIFHMU għala l-gideb iħalli ċerti effetti.", "Spiss jiġri li, f'din il-fażi, it-tfal jivvintaw gideb oħxon minħabba li ma jifhmux il-kunċett ta' twemmin u lanqas il-kunċett morali għala l-gideb hu ħażin.", "Għalfejn nigdbu?", "Nigdbu biex l-oħrajn jagħtu kasna, jistmawna, japprezzawna, jixtiquna u jaċċettawna.", "Jidher li hemm differenza bejn l-irġiel u n-nisa fil-gideb, għall-anqas skont studji li għamel ċertu David Livingstone Smith fl-2005.", "Hu jgħid li l-irġiel donnhom aktar jigdbu biex jogħoġbu lilhom infushom jew ikabbru lilhom infushom.", "Min-naħa l-oħra, in-nisa donnhom jigdbu biex jogħoġbu lil ħaddieħor jew jitkabbru f'għajnejn ħaddieħor.", "Barra dan, xi wħud minn kmieni jeħlu fl-iżvilupp mentali li bih ikunu jistgħu jistabbilixxu sens ta' proporzjon bejn il-gideb u s-sewwa.", "Dan aktarx jiżviluppa f'gideb patoloġiku jew kroniku, li ġieli jissejjaħ 'pseudologia fantastica' jew 'mythomania'.", "Difett serju ta' ħafna giddieba huwa li", "jaħsbu", "li huma konvinċenti meta fil-fatt ma jkunux.", "Gideb għall-bżonn?", "Il-gideb dejjem isir għal XI ngann.", "Hemm żewġ raġunijiet għala dan isir.", "Waħda hi patoloġika, kif semmejna, l-oħra hi għall-bżonn.", "Din tal-aħħar, li l-biċċa l-kbira tagħna ħatjin tagħha", "kuljum", ", donnha timxi fuq il-prinċipju Makkjavelljan 'il-fini tiġġustifika l-mezzi', jiġifieri l-bżonn li nigdbu nqisuh", "akbar", "mill-bżonn li ma nigdbux.", "Il-bżonn li nigdbu jista' jiġi minn ħafna raġunijiet.", "Fost dawn, nistgħu nsemmu sitta ewlenin.", "L-ewwel, jista' jkun hemm il-bżonn tas-sopravivenza.", "Min jgħix fit-triq, żewġ affarijiet huma assolutament meħtieġa: il-gideb u s-serq.", "Mingħajr dawn, imut.", "Raġuni oħra, it-tieni, tista' tkun għal raġunijiet 'innoċenti', bħal biex indaħħqu, fejn ngħidu gidba li kulħadd jinduna li hija gidba, jew biex biex neħilsu minn xi ħadd (bit-telefon, ngħidu aħna; taparsi għandna x'nagħmlu), jew biex ma nweġġgħux lil ħaddieħor billi ngħidu s-sewwa, jew għax ġenwinament ikollna impressjoni ħażina, jew biex ma nfissrux affarijiet ikkumplikati (bħal lit-tfal).", "It-tielet raġuni, dejjem aktar serja, tista' tkun għal xi gwadann personali.", "Bħal biex ningannaw lil xi ħadd, jew biex nibblaffjaw (nuru ħaġa b'oħra), jew biex inbigħu aktar (bħal tal-ħwienet), jew biex niżvijjaw lil ħaddieħor.", "Ir-raba' raġuni, aktar serja, tista' tkun għal raġunijiet ta' ħażen.", "Bħal meta nigdbu biex ninfamaw lil xi ħadd, jew biex nivvintaw (mingħajr ma nkunu nafu xi ħaġa), jew meta ngħidu biċċa mis-sewwa barra l-kuntest, jew biex ningannaw (frodi).", "Raġuni aktar serja għala nħossu l-bżonn li nigdbu, il-ħames, tista' tkun għal raġunijiet ta' kuxjenza.", "Bħal biex ngħattu xturna, jew biex nevitaw l-inkwiet (u nżommu l-paċi), jew biex nesaġeraw (u nimpressjonaw), jew biex ma ngħidux il-verità kollha dwar xi ħaġa jew xi ħadd (u ngħattulu), jew biex innaqqsu s-sewwa (minimizzazzjoni).", "L-aħħar raġuni, forsi l-aktar serja, tista' tkun għax ma nafux lilna nfusna biżżejjed, jista' jkun minħabba impressjoni ħażina tagħna nfusna dwar il-kapaċitajiet u l-possibbiltajiet tagħna.", "Il-politiċi giddieba?", "Min hu bla dnub ħa jixħet hu l-ewwel ġebla ... speċjalment lill-politiċi.", "Aħna lkoll nistennew li l-politiċi, jista' jkun għax huma qaddejja pubbliċi, m'għandhomx jigdbu, u neħduha bi kbira meta xi ħadd minnhom jinkixef f'gidba.", "Din ipokrezija jew sempliċiment ħtieġa etika ta' korrettezza?", "Għala jien nista' nigdeb u ħaddieħor le, speċjalment jekk ikunu politiċi?", "Illum, id-diskors neoliberali tal-politiċi donnu ddakkar minn dik li tissejja 'postverità'.", "Dan ifisser, fost affarijiet oħra, li l-istqarrijiet politiċi pubbliċi la jgħidu l-verità u lanqas jigdbu.", "Huma stqarrijiet li jagħtu interpretazzjoni li tkun maħsuba u maħduma biex tirbaħ l-imħuħ.", "Jappellaw għall-emozzjonijiet.", "M'għandhom ebda rabta konkreta mal-fatti jew mal-linji politiċi aċċettati.", "Illum donnu diskorsi bħal dawn saru aktar moda minn qabel.", "Forsi l-politiċi, qabel kulħadd, għandhom iżommu f'moħħhom dawn l-erba' affarijiet: l-ewwel, li min jigdeb irid ikollu memorja tajba, għax gidba ġġib oħra.", "It-tieni, il-gideb għandu preżent iżda m'għandux futur.", "It-tielet, inqabad f'gidba darba u kulma tgħid isir suspettuż.", "Ir-raba', il-kliem jista' jigdeb iżda l-azzjonijiet rari.", "Parir tal-aħħar: Tigdibx lil min jafdak; tafdax lil min jigdiblek!", "(Jekk trid tisma' aktar fuq dan is-suġġett, ejja nhar is-Sibt, 16 ta' Marzu, għal diskors tal-Professur John Baldacchino, fil-Lukanda Phoenicia, il-Furjana, fis-7.30 ta' filgħaxija.", "Kulħadd mistieden.", "Dħul b'xejn.)"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/09/ir-riga-tal-maturita.html", "title": "Ir-riga tal-maturità", "text": ["Ir-riga hija xi ħaġa li biha tkejjel l-affarijiet.", "Il-maturità tal-persuni, għal ħafna hekk diffiċli biex tkejjilha sew u bl-eżattezza, jidhirli li għandha r-riga tagħha tagħha wkoll.", "Hija riga li ma tidhirx li tfalli.", "Hija riga li turi kemm, minkejja l-apparenzi kollha, inklużi dawk tal-età u l-kompetenza, il-maturità ta' persuna hija żviluppata b'mod xieraq.", "Din ir-riga hija s-sens ta' gratitudni.", "Nuqqas ta' apprezzament", "Il-gratitudni hija kelma li tiġi mill-ilsien Latin 'gratus', li tfisser hena jew ħajr.", "Jidher li mis-seklu 15 'il hawn din il-kelma, 'gratitudni', bdiet tintuża biex tesprimi l-apprezzament li xi ħadd ikollu ta' xi ħaġa li tkun ingħatatlu u li jaf li setgħet ma ngħatatlux.", "Il-gratitudni hija wkoll għamla ta' dejn li jitħallas ta' xi ħaġa li xi ħadd ikun qala'.", "Dik li nsejħulha 'ingratitudni', bil-prefiss 'in-' fuq quddiem hija l-kontra tal-gratitudni.", "Din il-kelma, 'ingratitudni', nużawha biex nuru l-attitudni ta' xi ħadd li ma jurix apprezzament ta' dak li jkun ingħatalu jew iħoss li kellu jedd għal dak li jkun irċieva.", "L-aktar li nistgħu nosservaw din l-attitudni hija fit-tfal, li donnhom idumu daqsxejn ma jiżviluppaw is-sens tal-gratitudni.", "Infatti, it-tfal iż-żgħar spiss issibhom ma jafux jgħidu 'grazzi' jew, jekk jgħiduha, la jħossuha u lanqas ikunu jafu xi tfisser.", "Meta t-tfal jiġu edukati biżżejjed jibdew jitgħallmu jgħidu 'grazzi' b'rikonoxximent ta' dak li ħaddieħor jagħmel magħhom.", "Kollox mogħti", "Hawn nies li dan ma jitgħallmuh qatt.", "Minkejja li jikbru u minkejja li jitgħallmu ħafna affarijiet u jilħqu f'ħafna postijiet, jibqgħu difettużi fis-sens ta' gratitudni tagħhom.", "Din mhijiex biss sinjal ta' nuqqas ta' etikett.", "Aktar minn hekk, hija aktar sinjal ta' egoċentriżmu.", "Dan ifisser li aktarx iqisu lilhom infushom iċ-ċentru tad-dinja u, ma' dan, għandhom nuqqas ta' sensittività lejn is-sentimenti ta' ħaddieħor.", "Aktar minn hekk, in-nuqqas ta' gratitudni (jew l-ingratitudni) għandha mnejn turi li persuna mhijiex konxja biżżejjed tas-sehem li ħaddieħor għandu f'dak kollu li l-persuna għandha jew li tirċievi.", "Mhijiex konxja biżżejjed għax m'għandhiex ħila tapprezza sewwa li dak kollu li għandna―u nisħaq fuq il-'kollu'―ġej mingħand ħaddieħor.", "Infatti, aħna m'aħna xejn mingħajr is-soċjetà (magħmula minn ħaddieħor).", "La l-fiżiku tagħna, la l-livell ta' ħajja li ngħixu, la dak li nafu u lanqas l-istess ħsibijiet u fehmiet li għandna ma jkunu jeżistu li ma kienx għal ħaddieħor.", "L-attitudni tat-tfulija", "Kollox irċevejna mingħand ħaddieħor u kollox nibqgħu nirċievu mingħand ħaddieħor.", "Hija minn dan it-twemmin li jitnissel fina l-gratitudni, jiġifieri dak l-apprezzament li dak li għandna u li aħna bħala persuni ingħata lilna u seta' ma ġie mogħti xejn.", "Minn hawn ukoll jiġi li nħossuna midjuna, biex ngħid hekk, għal dak li qlajna.", "Min jaħseb li għandu xi jedd assolut għal xi ħaġa li għandu, imqar l-iċken ħaġa, jew iqis li ħaddieħor kellu jew għandu xi obligu jagħtih dak li għandu huwa bniedem li qed jgħix f'dinja fantastika.", "Huwa bniedem li għad għandu l-attitudni tat-tfulija, li tassumi li kollox qed jasal s'għandha mingħajr is-sehem ta' ħadd u xejn.", "Huwa għalhekk li l-gratitudni hija r-riga tal-maturità.", "Aktar ma bniedem jagħraf kemm affarijiet mhumiex tiegħu b'xi jedd u aktar ma jagħraf kemm affarijiet għandu mingħand ħaddieħor li setgħu ma ngħatawlu xejn, aktar juri li kiber fid-dehen, l-esperjenza, ir-responsabbilta u s-sensittività.", "Tgħallem għid 'grazzi' dejjem."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/09/iz-zokra-tadam.html", "title": "Iż-żokra t'Adam", "text": ["Sal-bidu tas-seklu 16, ħafna drabi Adam kien jitpitter mingħajr żokra.", "Kien Michelangelo, bis-saqaf tal-Kappella Sistina, bil-magħruf 'Ħolqien t'Adam' madwar l-1512, li biddel din id-drawwa.", "Il-fama ta' dal-ġenju artistiku Fjorentiż kienet hekk kbira li warajh kulħadd beda jagħmel bħalu.", "Madanakollu, għad hawn nies li jaħsbu li, bħal Adam, lanqas huma m'għandhom żokra.", "Tibdila ċkejkna", "Adam kien jitpitter mingħajr żokra għax ħafna kienu jemmnu li, għalkemm kien tabilħaqq bniedem bħal kull wieħed u waħda minna, ma kellux omm; ma ssawwarx f'ġuf; ġie maħluq minn Alla direttament.", "Għaldaqstant, ma kellu qatt korda umbilikali; inħoloq mill-ewwel adult, u Alla ma kienx se joqgħod jagħmel dettall bħaż-żokra għall-estetika, għall-kappriċċ jew għad-dehra biss.", "Din kienet tkun ukoll gidba, u Alla ma jigdibx.", "(Eva kienet titpitter l-istess.)", "Hekk kienu jirraġunaw f'dak iż-żmien (u jista' jkun xi wħud għadhom sal-lum).", "Però Michelangelo ma ħasibx bħalhom.", "Il-bniedem perfett li ried joħloq bl-Adam tiegħu fis-saqaf tal-Kappella Sistina ma setax ma jkollux ukoll iż-żokra bħal kull bniedem ieħor.", "Saħansitra fi żmienu dan ħoloq ferment sħiħ u kontroversja qalila.", "Xi wħud rieduh bilfors jikkoreġi l-iżball ikrah li kien għamel, għalkemm fl-aħħar mill-aħħar, bħal dejjem, tiegħu għaddiet.", "Adam baqa' biż-żokra.", "Wara Michelangelo, kull pittur ieħor ma baqax jażżarda jpitter lil Adam bla żokra.", "Gidba jew le, omm jew le, beda jitqies li qisu kien ikun hemm xi ħaġa kważi mostruża li kieku żaqq Adam ma kellhiex is-sinjal tal-umanità, jekk mhux tiegħu għall-anqas ta' ħaddieħor.", "Bla antenati?", "Iż-żokra hija sinjal ċar li aħna kellna 'l minn ġie qabilna; li ma twelidniex mill-arja; li nagħmlu sehem minn linja (twila) ta' tnissil.", "Kull bniedem huwa parti minn serje ta' bnedmin bħalu.", "Jekk Adam qatt eżista, ieħor bħalu―bla omm, bla antenati―qatt ma kien hawn jew qatt m'hu se jkun hawn (sakemm ma jivvintawx xi ħaġa f'xi laboratorju).", "Madanakollu, hawn nies li donnhom jaħsbu li huma bħal Adam: huma l-ewwel u l-aħħar; bla antenati; qisu l-umanità bdiet bihom; bħallikieku bħalhom la qatt kien hawn u qatt m'hu se jkun hawn!", "Dan-nies donnhom jaħsbu li d-dinja lilhom kienet qed tistenna biex tiżżejjen bl-aktar annimal intelliġenti!", "Huma '", "fuori serie", "', uniċi; distintivi; insostitwibbli.", "Tisma' lil dan-nies jitkellmu taħseb li huma vvintaw ir-rota!", "Ipinġu lilhom infushom bħallikieku m'nalla kienu huma biex fid-dinja hawn xi ħaġa suriet in-nies!", "Mhumiex għajr persuni minfuħa bihom infushom.", "Il-kburija għamja tagħhom tnessihom min huma, nies tad-demm u l-laħam bħal ħaddieħor, u li aktarx bihom u mingħajrhom id-dinja tibqa' eżatt kif inhi!", "Ħolqa f'katina", "Kulħadd għandu żokra biex tfakkru li qablu ġie ħaddieħor u warajh jiġu oħrajn.", "Min jippreżenta lilu nnifsu qisu bħalu ma kien hawn qatt qed iqarraq bih innifsu u jaqa' għaċ-ċajt quddiem ħaddieħor.", "Kulħadd hu ħolqa waħda f'katina twila li tibda', għandu mnejn, minn Adam mal-mitejn elf sena ilu u tibqa' sejra sa Alla biss jaf meta.", "Ħadd m'għandu jaħseb li hu xi fenomenu!", "Nies li jaħsbu li huma fenomeni aħjar iduru dawra magħhom infushom u jeżaminaw sew il-kuxjenza.", "Il-kburija qatt ma kabbret lil ħadd; anzi ċekknithom dejjem.", "Dan-nies huma mqarrqa fuq l-importanza tagħhom infushom u jinsew li taħt ix-xemx m'hawn qatt xejn ġdid.", "Ħarsa lejn żokrithom hija biżżejjed."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/11/no-manderaggio-thorn.html", "title": "No Manderaggio thorn", "text": ["MINTOFF, MALTA and DIMECH", "When well-known past events and personalities are visited by analysts who take up a perspective which is as subjective as much as novel the result is always exciting.", "No historical interpretation, however comprehensive, is ever the be all and end all. Viewed from different standpoints, our awareness of the past thus acquires a richness which is very often refreshing and even stimulating.", "For such contributions bring out hitherto unknown shades and assessments overlooked by others.", "Many parts of Dom Mintoff's recently published memoirs,", "Mintoff, Malta, Mediterra: My youth", ", do just that.", "They are an historical document in themselves as much as a literary criticism worth consideration.", "It would be presumptuous on my part to even begin to attempt some thorough evaluation of the entire publication.", "What I propose here is to briefly inquire into just one chapter of the book, namely, that dealing with Manuel Dimech, the early 20th-century social reformer (pp. 57–102).", "I must say, beforehand, with the most profound respect for Mintoff, that I do this solely for the sake of Dimechian scholarship with which I have been professionally acquainted for the last couple of decades and more.", "At present this learning has reached such a high level of expertise that it cannot allow sloppiness to go unchecked, especially when publications of a fairly wide circulation, such as Mintoff's memoirs, are involved.", "To begin with, I must state how thoroughly fascinated I found Mintoff's view of Dimech's niche within the framework of Malta's then political and ideological spectrum.", "Mintoff endeavours to never lose sight of the larger picture and, as was his speciality, spot with considerable accuracy the shifting ground of political allegiances down to the minutest veer.", "His attitude is seldom if ever Manichaean, and consistently assesses each piece of the political strategy on its own merit, whether left- or right-leaning, and always in relation to context.", "Seen through a long lens, Mintoff draws out a starker image of Dimech, one which seems to contrast more eloquently when charted within the political compass of his time.", "Of course, Mintoff does not hold back from projecting forward to when", "he", "was politically active some inferences extracted from Dimech's thought and actions.", "Unsurprisingly, Dimech is thus portrayed as some kind of harbinger of Mintoff's own times.", "(No harm in that)", "Nevertheless, notwithstanding the merits of Mintoff's chapter on Dimech, there are some faults which need to be signalled out lest someone might think that all's well with it.", "I begin with the most glaring, namely, that Dimech was born at Valletta's Manderaggio.", "He was not.", "Dimech was born at the opposite end in a tenement house in St John Street, wall to wall with the Ta' Ġiesu church.", "As far as can be ascertained, Dimech never had", "anything", "whatsoever to do with the Manderaggio.", "Though Mintoff makes this obtrusive misjudgement the linchpin of the entire chapter, he possibly could not have known better when he wrote his memoirs.", "He simply begs the question.", "For the relevant information concerning Dimech's exact place of birth was not made known before the end of 2004 (", "Dimech", ", 2nd ed., vol.", "1, 2013, pp. 43–6), and this was surely after the memoirs had been left unfinished.", "So much so that, however charming, Mintoff's romantically-phrased expression, \"Out of the Manderaggio thorn sprung the loveliest Maltese rose\" (p. 63), at least in reference to Dimech, is completely incorrect.", "The chapter's title, thus, identifying Dimech as \"The Manderaggio thorn\" is totally off the mark.", "Many other minor inaccuracies and misjudgements pervade this particular chapter.", "For instance, from what is positively documented it is incorrect (or, at best, inaccurate) to state that Dimech \"[became] an orphan when still a toddler\" (p. 58; his first parent died when he was thirteen); that he grew up at Valletta's \"Diju Balli\" (p. 58; he grew up at the outskirts of Qormi and of Birkirkara); that he embraced a \"materialistic philosophy\" (p. 58; it was pragmatic); that he \"had never clashed with the law\" before his 1878 manslaughter case (p. 60; he had gone to prison at least eight times already); that he was corrupted by \"his companion [accomplice]\" (p. 60; it was the other way round); that he committed the crime when he visited \"a den run by a sharp card-player\" (p. 60; he lived there); or that this \"sharp card-player [...] cleaned [Dimech and his mate] of all their savings\" (p. 60; no card-playing was involved, and Dimech and his mate were prey to extortion).", "Also that, at his 1878 trial, Dimech \"gave all possible help to his more experienced friend\" (p. 60; he did nothing of the sort); that the priest who testified at the trial was \"probably his devout mother's confessor\" (p. 60; she did not even know him); that Dimech was \"almost six feet tall\" (p. 60; he was four feet, eight inches tall); that in prison \"two successive chaplains\" were his friends and cared for him (pp. 60-2; only one was his friend; the other was his foe); that he \"imparted [education] to other inmates\" (p. 62; this never happened); that he \"left for Tunisia to earn the means of outwitting and penetrating Malta's 'respectable' society\" (p. 62; he went to obtain a government financial benefit); that he was \"encouraged by the English wing of the prison command\" to declare himself a Protestant (p. 62; no such encouragement transpired); or that his 1891 incarceration was \"his second term of imprisonment\" (p. 63; it was his tenth).", "Also that his beliefs were like those of \"Voltaire and the Encyclopaedists\" (p. 63; they were not; they were more like those of the British Empiricists); that he \"gave private tuition to [...] foreigners\" (p. 64; he only had Maltese students); that he was \"bestowed the title of professor\" by his students (p. 64; he gave it to himself); that in 1900 Bishop Pace celebrated a solemn mass at the Co-Cathedral for \"Britain's victory\" over the Boers in South Africa (p. 65; it was for the 90th birthday of Pope Leo XIII, and his 22nd anniversary as pope); that for the same mass the bishop made \"an unexpected exception [by inviting] many Protestant high officials of the local Imperial Government\" (p. 65; it was neither unexpected nor an exception, but a matter of course); that Bishop Pace \"condemned [Dimech's]", "Bandiera", "immediately after its very first issue\" (p. 69; the paper was in print for almost three years already); or that Dimech worked for \"a free socialist republic\" (p. 9; he had nothing of the sort ever in mind).", "Also that Dimech \"had his child baptized [...] at St Julian's\" (p. 79; all Dimech's six children were baptised at Stella Maris, Sliema); that the Archbishop's Curia is guilty \"of the purposeful destruction of most of the official records [concerning Dimech]\" (p. 83; they, and many other unofficial ones, are all at the Curia's archive open for public study); that, during his excommunication, Dimech \"resort[ed] to the publication of anonymous leaflets\" (p. 83; this never happened); that Dimech's stoning at Qormi happened \"quite by accident\" (p. 87; it was a prearranged pelting); that Dimech had \"his home in St Julian's\" (p. 87; he lived at Sliema); that Bishop Pace issued the pastoral letter pardoning Dimech \"fully three months after Dimech had signed his apology\" (p. 92; it was just three days later); or that, when arrested before deportation, Dimech was \"locked up in the Valletta police cell\" (p. 95; he was kept at the", "Clistania", "prison in Merchants Street).", "One must not discredit the whole of Mintoff's book just because of the misjudgements in one particular chapter.", "This would be a grave mistake, and one certainly not intended here.", "(Published in", "The Times of Malta", ", 23 November 2018)"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/11/ix-xellug-jispara-fsaqajh.html", "title": "Ix-xellug jispara f'saqajh", "text": ["Hekk jagħmel elettorat meta jara li hemm bażi għalfejn jikkastiga 'l-politiċi tiegħu.", "Hekk jagħmel poplu meta jħossu avvelit.", "Tajjeb kemm hu tajjeb, ħadd m'għandu l-monopolju tal-poter.", "Ħażin kemm hu ħażin, ħadd m'hu eskluż mis-setgħa.", "Fil-Brażil ġara dak li diġà ġara f'ħafna nħawi oħrajn: ix-xellug spara f'saqajh u ħalla l-oppożituri tiegħu jagħmlu festa.", "Ix-xellug irid jerġa' jitgħallem ikun fidil lejh innifsu.", "Id-difiża taż-żgħir", "Ir-rebħa kbira tan-neofaxxista Jair Bolsonaro fl-elezzjonijiet tal-ġimgħa li għaddiet fil-Brażil kienet possibbli minħabba n-nuqqasijiet kbar u gravi tax-xellug.", "Hawnhekk, bħal f'inħawi oħra tad-dinja, mhux anqas fl-Ewropa, ix-xellug ittradixxa u avvelixxa l-bażi tal-appoġġ tiegħu.", "Dan għamlu għax għażel li ma jkunx hu; li jbabas mal-prinċipji tiegħu; li jsir ċentrista modern.", "Minbarra fil-Gran Brittanja, kullimkien ix-xellug ħa tkaxkira wara oħra minħabba n-nuqqas ta' fedeltà tiegħu lejn l-ideali li jagħżluh fil-firxa politika.", "Aktar ma x-xellug jipprova jagħmilha tal-moderat modern, aktar jitlef saqajh u jitlef l-appoġġ popolari tiegħu.", "Il-kompromessi tiegħu mal-kummerċjanti, l-ispekulaturi u l-bankiera mhux ġid iġibulu, iżda ħsara; jitilfulu ruħu ... u l-elezzjonijiet.", "Il-biċċa l-kbira tal-partiti politiċi tax-xellug, bil-Brażil daqskemm fl-Ewropa u f'inħawi oħra, qed jinsa għalfejn jeżisti.", "Qed jinsa li jeżisti biex jiddefendi ż-żgħir kontra l-kbir.", "Qed jiżbalja meta, bl-iskuża li jiddefendi l-ħrief, jidħol sħab mal-lupu.", "Il-lupu fil-maqjel tal-ħrief ħaġa waħda biss jaf jagħmel; u x-xellug mogħmi qed jiftaħlu r-rixtellu.", "Il-falliment tax-xellug", "Ir-rebħiet tal-lemin f'ħafna nħawi qed isiru minħabba l-falliment tax-xellug.", "Ix-xellug jagħti r-riħ lil-lemin meta jipprova jilgħabha taċ-ċentrista jew, agħar, taċ-ċentru-lemin; meta ma jibqax aktar ix-xellug li hu.", "L-għażla tiegħu li jkun bħal ħaddieħor li fundamentalment mhuwiex bħalu twassal biex is-sistema demokratika parlamentari ddur kontra ż-żgħir u tħallih mingħajr ħajt ta' kenn.", "L-Unjoni Ewropea hija eżempju perfett ta' dan.", "La temmen fis-sistema parlamentari u lanqas fid-demokrazija.", "Temmen fil-kapital u l-ħidma libera tiegħu.", "Ix-xellug spiċċa, ħtija tiegħu nnifsu, jew jibdel qalbu, u jseħibha mal-isfruttaturi, jew jillimita l-ħsara li ġab b'idejh stess.", "Il-Brażil m'hu qed jagħmel xejn ġdid għajr jimita dak li diġà sar fl-Ewropa, l-Amerika u f'inħawi oħra.", "Fil-Gran Brittanja biss ix-xellug dar dawra miegħu nnifsu u qatagħha li jkun dak li hu.", "Il-qlubija tiegħu qed tirbaħlu r-rispett u tagħti eżempju sħiħ lix-xellugin imbagħbsa kollha tad-dinja.", "Kompromessi mal-lupu", "Il-periklu kbir li x-xellug imbagħbas qed idaħħal fih lill-popli u n-nazzjonijiet huwa serju ħafna.", "Huwa l-periklu li l-faxxiżmu jerġa' jerfa' rasu u jarma bil-moħqrija tiegħu.", "Għax il-faxxiżmu m'għandu qalb u, jekk ix-xellug ukoll jieħu minnu, allura x'tama jibqa' għall-politika tal-ħniena u l-ġustizzja li tagħha x-xellug huwa l-għassies?", "L-infedeltà tax-xellug qed iħallas għaliha ż-żgħir, li kważi kullimkien qed isib li l-politiċi qed jitraduh, ibigħuh u jagħtuh daharhom.", "Għalxiex?", "Biex jagħmlu r-rebħiet kompromettenti tagħhom.", "Dawn qed ibigħu ruħhom biex jittrijunfaw.", "Imma dan jagħmluh għad-dannu taż-żgħir li, bħalma kien qabel, jerġa' jisfa abbandunat minn kulħadd.", "Dak li ġara l-Brażil dil-ġimgħa huwa l-aktar tfakkira reċenti li mhuwiex tard wisq, anzi huwa urġenti, li x-xellug jiġbor ġieħu; li huwa perikoluż tilgħab bil-prinċipji; li jista' jkun fatali għaż-żgħir li jitħalla għal riħu.", "Li ġara l-Brażil huwa l-aktar tfakkira reċenti li, fl-aħħar mill-aħħar, ma jiswiex lix-xellug li jagħmel il-kompromessi li qed jagħmel mal-lupu.", "B'dan ikun biss qed jispara f'saqajh.", "It-tieni volum tat-tieni edizzjoni tal-bijografija ta' Manwel Dimech għall-bejgħ mill-Fiera tal-Ktieb (7-11 ta' Novembru 2018) u mill-ħwienet ewlenin tal-kotba."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/11/l-imsejkna-libja.html", "title": "L-imsejkna Libja!", "text": ["Seba' snin wara l-qtil ta' Gaddafi, il-Libja donnu ħadd ma jinteressah li jsemmiha aktar.", "Jew, jekk isemmiha, jinjora l-kaos sħiħ li hemm ġo fiha.", "Donnu kulħadd irid li tibqa' eżatt kif inhi, għax mill-kaos ħafna qed igawdu ... barra l-poplu Libjan, li kuljum irid isaffaq wiċċu ma' atti terroristiċi, prezzijiet ogħla għall-ħtiġijiet għall-ħajja u perikli mortali fit-toroq.", "Dil-ġimgħa, tentattiv ieħor biex tinstab xi għamla ta' soluzzjoni dehret vojta daqskemm ażżardata.", "Indħil", "F'Palermo, Sqallija, ftit 'il bogħod minna, dil-ġimgħa ltaqgħu, taħt il-ħarsien tal-Ġnus Magħquda, l-irjus il-kbar li jistgħu jibdew isolvu l-problemi kbar li l-Libja bdiet għaddejja minnhom wara l-qtil ta' Gaddafi fl-2011.", "Il-biċċa l-kbira jaqblu, għall-anqas bil-fomm, li pass importanti għall-istabbilità mġedda tal-Libja jista' jkun li ssir elezzjoni ġenerali mill-aktar fis possibbli.", "Hemm min din l-elezzjoni jridha das-sena stess, ix-xahar id-dieħel, hemm min kmieni s-sena d-dieħla, hemm min aktar tard, saħansitra fl-2020, u hemm min ma jridha xejn.", "Jekk dehret xi ħaġa ċara fil-laqgħa ta' dil-ġimgħa kienet dik li ilha tidher għal dawn l-aħħar seba' snin: l-indħil barrani.", "Il-ġejjieni tal-Libja mhuwiex f'idejn il-Libjani, qawwija kemm huma qawwija, u appoġġjati kemm huma appoġġjati, imma f'idejn gvernijiet barranin li jibqgħu jindaħlu, bil-politika, bin-negozjati, bl-interessi u bl-armi tagħhom, fi ħwejjeġ li jmissu biss lil-Libjani nfushom.", "Fost dawn hemm, xejn anqas, il-Ġnus Magħquda, Franza, ir-Russja, l-Istati Uniti tal-Amerika, l-Eġittu u l-Emirati Għarab Magħquda.", "Kulħadd qed jgħaffeġ fil-pudina biex taparsi jsibu tmiem għad-diżastru tal-imsejkna Libja, imma milli jidher aktar ħsara qed jagħmlu flok ġid.", "Poplu mwarrab", "Il-pjan diskuss ġo Palermo ġie mill-mibgħut speċjali għal-Libja tal-Ġnus Magħquda, Ghassan Salame.", "Dan fassal li ssir elezzjoni ġenerali kmieni s-sena d-dieħla.", "Il-laqgħa għolja, għalkemm fiha ħa sehem il-mexxej ta' Tripli, Fayez al-Serraj, appoġġjat mill-Ġnus Magħquda, kif ukoll il-mexxej ta' Tobruk, il-Ġeneral Khalifa Haftar, li jikkontrolla l-parti tal-lvant tal-pajjiż, ma mxietx wisq.", "Il-kaos ma jistax jonqos mingħajr is-sehem tal-ħafna gruppi politiċi u paramilitari li jeżistu f'diversi partijiet tal-Libja.", "L-indħil tal-gvernijiet barranin, li ovvjament ifittxu xawwathom, ma jistax jibda jħoll l-għoqda jekk jibqa' jinjora x-xirkiet relevanti tal-Libjani nfushom, li lkoll qed ifittxu li ma jitilfux l-influss li għandhom bħalissa u li għalih jidhrilhom, forsi ġustament, li għandhom il-jedd.", "Min iwarrab il-poplu ma jistax ikollu soluzzjonijiet.", "Bħalissa, sa minn Settembru li għadda 'l hawn, il-ġlied u t-taqlib fil-Libja żdied.", "Inqatlu mal-110 persuni u ndarbu mal-400.", "U ma jidhirx li se jkun hemm tmiem ta' malajr għal dan il-massakru.", "Ħadd ma jaf eżatt min qed jforni l-armi lil min.", "Jista' jkun li huma l-istess pajjiżi—Franza wieħed minnhom żgur—li qed jgħajtu 'Paċi, Paċi'.", "Il-paċi ftit huma dawk li tabilħaqq iriduha.", "Minsija?", "Madanakollu, aktarx li l-akbar traġedja tal-Libja hija li dawk li kissiruha u wassluha f'dan l-istat tal-biki huma l-istess li jriduha tibqa' kif inhi, imfarrka, meqruda u mifnija.", "Għala?", "Għax hekk jaqblilhom.", "L-uniku interess huwa li ż-żejt jibqa' jnixxi u jasal fejn għandu jasal.", "Mill-bqija, mill-poplu, mit-tbatijiet tiegħu u mill-interessi veri tiegħu, il-biċċa l-kbira tal-gvernijiet ma jinpurtahomx.", "Fejnu dak iż-żmien meta l-Libja kienet, għall-anqas, xi ftit irrispettata?", "Fejnu dak iż-żmien meta kienu xi ftit jew wisq pajjiż importanti fil-Mediterran?", "Fejnu dak iż-żmien meta l-Libjani kienu miżmuma bħala poplu ta' ġieħ?", "Kollox mar il-baħar għax hekk donnu riedu l-gvernijiet ta' pajjiżi qawwija li kien jaqbilhom li l-Libja jinxteħet fit-trab.", "Hekk riedu, hekk sar ... u hekk jibqa' jsir.", "Malta, li tant gawdiet mil-Libja, ta' Gaddafi u mhux, m'għadhiex ħbieb magħha?", "Insejnihom għal kollox lil-Libjani issa?", "X'ħasra!"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/11/il-filosofija-tal-bagit.html", "title": "Il-filosofija tal-baġit", "text": ["Kull baġit finanzjarju annwali tal-amministrazzjoni governattiva jaħdem b'żewġ aspetti differenti, wieħed 'deduttiv' u l-ieħor 'induttiv', u jipprova jlaqqagħhom jew jibbilanċjahom kemm jista' jkun.", "Baġit li jitqies ħażin aktarx jixħet il-piż fuq l-aspett induttiv; wieħed li jitqies tajjeb jagħfas fuq l-aspett deduttiv.", "Kull gvern jidher li għandu jagħti kas sewwa taż-żewġ aspetti mingħajr ma joħloq dwejjaq żejjed f'xi wieħed minnhom.", "Dal-baġit li għadu kemm kellna donnu jagħti l-aspett deduttiv l-aktar toqol.", "L-issa jew l-imbagħad", "Nibdew mit-tieni aspett, dak 'induttiv'.", "Dil-kelma tfisser li r-raġunament isir 'minn isfel għal fuq', biex ngħidu hekk; jew aħjar, dak li jsawwar gwidi ġenerali minn ċirkustanzi partikulari.", "Dar-raġunament jibda mill-fattwali, dak li jeżisti, u jfittex li jilmaħ il-possibbiltajiet u l-limiti ta' din ir-realtà.", "Fl-aħħar mill-aħħar, huwa ħsieb, jew aspett, jew attitudni, li ma jmurx wisq lil hinn mir-rabta mal-preżenti u ċ-ċirkustanzi tiegħu.", "L-aspett l-ieħor, dak deduttiv, jipproċedi bil-kontra: jibda minn dak li hu possibbli li jsir u joħloq il-kundizzjonijiet meħtieġa biex dan il-livell lil hinn miċ-ċirkustanzi preżenti jintlaħaq.", "Dar-raġunament, jew aspett, jew attitudni, aktarx jibda minn dak li għadu mhuwiex biex, b'dak li hu, iġibu fl-eżistenza.", "Id-differenza bażika bejn iż-żewġ aspetti tista' tidher ċara fil-fatt li, filwaqt li bl-attitudni induttiva t-tinfiq tal-gvern jagħmel tajjeb għal dak li diġà jeżisti fil-faċilitajiet u s-servizzi, bl-attitudni deduttiva t-tinfiq tiegħu jinvesti f'dak li għandu jeżisti f'dawn l-oqsma.", "L-induttiv jibqa' marbut mar-realtà preżenti; id-deduttiv joħloq realtà għall-ġejjieni li għadu mhuwiex.", "Baġit induttiv", "Ovvjament, ebda gvern ma jista' jinjora l-limitazzjonijiet u ċ-ċirkustanzi preżenti li għandu.", "Imma jista' jibqa' kkaħmat magħhom, jipprova jillimita l-ħsara li joffru u l-possibbilitajiet li jipproponu.", "F'dal-każ, ir-realtà preżenti tant tossessjonah bil-problemi tagħha li ma jirnexxilux jinfatam minnha jew iħalliha tisfidahalu l-qlubija tiegħu.", "Gvern li jinjora dak li hu possibbli fil-ġejjieni, jew dak li l-ġejjieni jwiegħed, huwa wieħed li jispiċċa sempliċiment jagħmel ħiltu biex sempliċiment jikkonserva dak li għandu jew dak li jeżisti biss.", "Ma joħlomx.", "Ma jipprovax jissupera lilu nnifsu u lanqas ma jnebbaħ lill-poplu biex jagħmel l-istess.", "Huwa gvern ħabsi tal-preżenti, jew aħjar tal-passat.", "Bid-dimensjoni deduttiva, gvern jitlebleb għal dak li jinsab lil hinn mill-preżent.", "Mingħajr ma jinsa l-limitazzjonijiet taċ-ċirkustanzi preżenti tiegħu, ma jħallihomx irażżnuh f'xewqat ġodda jew f'ħolm li huwa ażżardat.", "Mill-preżenti jipprova jintelaq għall-ġejjieni, u jħalli dan, u mhux l-ieħor, jagħtih l-akbar gwida tat-tinfiq fil-pjanijiet tiegħu.", "Baġit deduttiv", "L-aħħar baġit, bħal dawk famużi tal-bidu tas-snin sebgħin, jidher li kien aktar deduttiv milli induttiv.", "Ma jiċħadx ir-realtajiet preżenti, u lanqas ma jistinka biex itejjibhom, imma l-aktar importanti huwa li jissuperahom; li jilmaħ realtà ġejjieni li hi possibbli imma li għadha ma twelditx.", "Jidher li kien baġit li jemmen li l-enerġiji u d-dinamiżmi tan-nies jistgħu jroddu aktar milli qed jagħmlu llum.", "Din l-attitudni aktar deduttiva milli induttiva fiha l-perikli tagħha.", "L-aktar ewlieni huwa li l-gvern isir ħati ta' preżunzjoni jew ta' irrealiżmu.", "Qisu qed joħlom bil-ftajjar.", "Dan ma jsirx jekk ir-realtà preżenti ma tiġix imwarba jew minsija.", "Il-baġit ta' dan l-aħħar ma jidhirx li jagħmel hekk.", "Ma jinsiex ir-realtà konkreta preżenti, imma lanqas ma jibqa' ħabsi tagħha.", "Jista' jkun li dan hu l-isbaħ aspett li kellu, għandu mnejn aktar miż-żidiet u l-benefiċċji kollha.", "Jidher li kien baġit b'filosofija ottimista daqskemm realista; ta' issa daqskemm ta' li ġej, anzi ta' dak li jista' jiġi ... u għandu mnejn u koll ta' dak li għandu jiġi.", "Agħfas fuq ix-xbieha t'hawn taħt u niżżel b'xejn il-kitba."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/09/ir-rovina-tal-aqwa-addiem.html", "title": "Ir-rovina tal-aqwa ħaddiem", "text": ["Min imexxi xi entità, tkun xi tkun, ta' xogħol u għandu l-ħaddiema taħtu spiss jaqa' fl-iżball li bl-aġir u l-attitudni tiegħu jirrovina l-aqwa ħaddiema li jkollu.", "Hemm ħafna modi kif dan jista' jsir.", "Wieħed minnhom hu li jwassal lil dal-ħaddiema fl-estremità li ma jibqgħux aktar jinpurtahom la mix-xogħol u lanqas mill-istess entità li jaħdmu magħha.", "Dan huwa żball serju li jfaqqar is-soċjetà daqskemm lid-dinja tax-xogħol.", "Biex infisser dak li rrid ngħid se nuża tliet kelmiet kemxejn tqal, għall-anqas tnejn minnhom, u ngħid x'nifhem bihom.", "Huma dawn: 'kritika', 'sarkażmu' u 'ċiniżmu'.", "Il-", "kritika", "hija meta xi ħadd jagħmel analiżi ta' xi ħaġa u juri kif u għala tista' tiġi mtejba.", "Is-", "sarkażmu", "huwa attitudni ta' xi ħadd li jidħaq b'xi ħaġa li jistmell.", "Iċ-", "ċiniżmu", "huwa attitudni ta' xi ħadd li tilef kull fiduċja f'xi ħaġa.", "Qed nuża dawn it-tliet kelmiet għax irrid nuri li huma tliet fażijiet li jiġu wara xulxin fi proċess li bih ħaddiem jitlef kull motivazzjoni biex jibqa' jaħdem.", "Bosta drabi hu proċess li jgħaddu minnu l-aqwa ħaddiema li entità ta' xogħol ikollha.", "Jgħaddu minnha minħabba n-nuqqas ta' għaqal ta' min iħaddem fil-mod ta' kif jieħu d-deċiżjonijiet.", "Ħaddiema li jkollhom talent (u għandu mnejn ukoll intelliġenza) aktar minn ħaddiema oħra bosta drabi ssib li spiss jagħmlu l-kritika tagħhom biex itejbu l-affarijiet fl-entità ta' fejn ikun jaħdmu.", "Dan jagħmluh għax ikunu jħobbu xogħolhom u jridu jarawh imur 'il quddiem.", "Il-kritika tagħhom tmur lil hinn mill-personalitajiet u r-rispett uman, u ħafna drabi jkun immotivat minn ċertu entużjażmu għal dak li jkunu qed jagħmlu ma' ħaddieħor.", "Din il-kritika hija ħafna drabi f'postha u meħtieġa.", "Madanakollu, spiss ukoll issib li ma tkunx togħġob lil min iħaddem.", "Dan jista' jista' jkun li aktar iħares lejn l-uċuh milli lejn il-ġid tal-entità tax-xogħol.", "Meta dawn il-fatturi jwassluh biex iwarrab il-kritika b'mod repetitiv, u jista' jkun ukoll saħansitra jumbra lil min jagħmilha, ikun qed jagħti r-riħ lill-bażużli tiegħu u jnaffar lill-aqwa ħaddiema li jkollu taħtu.", "Kritika ġusta u f'waqtha li mhijiex milqugħa b'mod sistematiku kontra kull raġuni twassal, fuq perjodu ta' żmien, biex il-ħaddiema li jagħmluha jiġu mwassla biex jgħaddu għat-tieni fażi tal-proċess distruttiv, jiġifieri li jsiru sarkastiċi.", "Dan ifisser li, meta jaraw li l-kritika la hija mixtieqa u wisq anqas milqugħa, minflok ma jibqgħu jitkellmu fuq kif għandhom jitjiebu l-affarijiet, jibdew jidħqu bid-deċiżjonijiet foloz li kienu ttieħdu u saħansitra jistmelluhom.", "Ħaddiem li, mill-fażi tal-kritika, jitwassal għal din il-fażi ta' sarkażmu għax jara li, sistematikament, min iħaddem ikun qed jieħu deċiżjonijiet, u jiddefendi deċiżjonijiet, li jkunu saru biex ipaxxu l-bażużli medjokri tiegħu u mhux skont id-dehen ta' min għandu intuwizzjoni, għarfien, imħabba jew entużjażmu għat-titjib.", "Imma din mhijiex l-aħħar fażi.", "Ħaddiem li jibda jara li din is-sitwazzjoni mgħarrqa qed tippersisti u se tibqa' tippersisti jiġi mwassal biex jgħaddi għall-fażi taċ-ċiniżmu.", "F'din il-fażi l-ħaddiem ma jibqax jinpurtah aktar jekk l-affarijiet imorrux lura jew il-quddiem.", "Saħansitra jista' ma jibqax jinpurtah aktar jekk l-entità tax-xogħol li kien iħobb u jaħdem għaliha tibqax teżisti jew le.", "Meta ħaddiem jitwassal sa dal-punt, min iħaddem ikun bl-atteġġjament dannuż tiegħu irrovina ħaddiem ieħor mill-aqwa li jkollu taħtu.", "Min iħobb l-entità tax-xogħol u jixtieq jarah imur 'il quddiem m'għandu qatt iwassal l-aqwa ħaddiema tiegħu sa dal-punt taċ-ċiniżmu.", "Bin-nuqqas ta' ħaddiema bħal dawn, l-entità tax-xogħol titlef is-siwi tagħha u, fuq kollox, il-sengħa għall-effiċjenza u l-produttività."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/11/a-tintemm-il-vjolenza.html", "title": "Ħa tintemm il-vjolenza!", "text": ["Illum, il-25 ta' Novembru, il-Ġnus Magħquda tfakkar il-Jum Internazzjonali għat-Qerda tal-Vjolenza kontra n-Nisa.", "Hija tifkira ta' ċertu tifsir u importanza għax din l-għamla ta' vjolenza, f'dinja fejn il-jeddijiet tal-bniedem huma hekk meqjuma, diżgrazzjatament għadha sal-lum waħda mill-aktar mifruxa, persistenti u qerrieda.", "Il-vjolenza bi preġudizzju", "Meta fl-1993 l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fissret xi trid tgħid b'vjolenza kontra n-nisa hija għarfitha bħala \"kull għemil ta' vjolenza li jsir kontra mara għax hi mara, li jista' jġibilha ħsara jew tbatija fiżika, sesswali jew psikoloġika, inkluż it-theddida ta' atti bħal dawn, atti li jġegħluha tagħmel li ma tridx jew atti li jċaħħdulha l-libertà tagħha, kemm jekk isiru fil-pubbliku kif ukoll fil-privat\".", "Wieħed għandu mnejn jistagħġeb kemm atti bħal dawn, li jsiru kontra mara għax hi mara, huma komuni, mhux biss barra minn pajjiżna, imma f'pajjiżna wkoll.", "Għadhom jeżistu nies, l-aktar irġiel, li jqisu l-mara bħala xi ħaġa inferjuri li jistħoqqilha tiġi ttrattata b'forza, theddid jew saħansitra vjolenza fiżika.", "F'dinja li rriduha xierqa għal kulħadd, ebda għamla ta' vjolenza ma hija aċċettabbli, kemm kontra n-nisa għas-sempliċi raġuni li huma nisa, kemm kontra l-omosesswali għas-sempliċi raġuni li huma omosesswali, kemm kontra persuna ta' ġilda skura għas-sempliċi raġuni tal-lewn ta' ġildhom, u kemm kull sura ta' vjolenza oħra.", "Il-vjolenza ta' ħafna wċuħ", "Il-vjolenza hija sinjal ċar ta' immaturità u nuqqas ta' ċiviltà.", "Hija ħażina għax tfisser li xi ħadd iġiegħel lil xi ħadd ieħor jagħmel dak li ma jridx.", "Għalhekk tmur direttament kontra l-libertà tal-persuni.", "Mhux biss tista' l-vjolenza tieħu suriet differenti, bħal dawk fiżiċi, sesswali jew psikoloġiċi, imma wkoll tista' tiġi kemm minn persuni, individwalment jew kollettament, iżda wkoll mill-istituzzjonijiet, partikularment mill-istat.", "Kull għamla ta' att li jġiegħel lil xi ħadd jagħmel xi ħaġa kontra r-rieda tiegħu għandha tissejjaħ vjolenti, għax hekk hi tabilħaqq.", "Hija tonqos mill-ġieħ li jistħoqqlu kull bniedem u tirfes fuq il-jedd tiegħu li jiddeċiedi hu għalih innifsu skont ma jidhirli l-aħjar.", "Kull att vjolenti jisraq dan il-jedd u, aktar iva milli le, jużah abbużivament.", "In-nisa, speċjalment dawk ta' età żagħżugħa u dawk ta' età anzjana huma fost l-aktar li jinsabu fir-riskju li jiġu abbużati, kemm privatament, kemm soċjalment u kemm istituzzjonalment.", "Dan jgħodd għall-pajjiżi fejn għad hemm liġijiet diskriminatorji daqskemm għal pajjiżi, bħal tagħna, fejn m'hemmx.", "Ħadd ma hu ħieles mill-periklu tal-vjolenza.", "Il-vjolenza qatt m'hi jedd", "Dan ifisser li t-tagħlim għar-rispett tal-persuni u l-libertajiet tagħhom ma jista' jieqaf qatt, anzi jeħtieġlu li jiżdied u jinfirex dejjem aktar.", "Soċjetà li ma tiġix mgħallma biex teqred il-vjolenza minn ħdanha tkun f'riskju kbir li \"tinnormalizza\" l-vjolenza u tgħix magħha u biha bħallikieku xejn.", "Il-vjolenza, kull għamla ta' vjolenza, kontra kull sura ta' bniedem, mhijiex xejn.", "Hija ħaġa serja ħafna.", "Hija l-qerda ta' kulma jeżisti li hu deċenti, xieraq, sabiħ u, inżid ngħid, qaddis.", "Min għadu jemmen—u għad hawn min jemmen hekk—li hawn persuni li jistħoqqilhom jew jixirqilhom jiġu mġiegħla jkunu dak li ma jridux jew mhumiex, huwa bniedem deġenerat.", "Huwa bniedem li ma jixraqlu jew jistħoqqlu r-rispett ta' ħadd.", "Dan jgħodd ukoll għall-istituzzjonijiet, partikularment l-istat politiku.", "Il-vjolenza—ta' ebda sura u għamla—ma hi jedd ta' ħadd, lanqas tal-istituzzjonijet jew tal-istat.", "Dawn qatt m'għandhom xi jedd li jġiegħlu, bit-theddid daqskemm biż-żegħil, iġiegħlu lil min m'għandux setgħa jagħmel dak li ma jridx jew ikun dak li m'huwiex.", "Ħa tintemm il-vjolenza!", "X'dinja ħafna isbaħ ikollna."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/10/ir-realta-maluqa.html", "title": "Ir-realtà maħluqa", "text": ["Ma teżisti ebda realtà jekk mhux ġo moħħna.", "Teżisti l-eżistenza.", "Dan sens komun.", "Imma mhux ir-realtà.", "Ir-realtà hija biss l-għamla, jew l-għamliet, li biha nħarsu lejn l-eżistenza.", "Ir-realtà mhijiex il-verità, kif jaħsbu ħafna.", "Il-verità hi tal-eżistenza biss.", "L-imħuħ", "Spiss nużaw il-kelma 'realtà' bħallikieku tfisser l-istess ħaġa li biha nifhmu l-kelma 'verità'.", "\"Ir-realtà hi ...,\" ngħidu ta' sikwit biex infissru l-fatti li jkollna quddiemna.", "L-istess meta ngħidu \"Il-verità hi ...\"", "B'dawn l-espressjonijiet ħafna minna ma jagħmlu ebda differenza bejn ir-realtà u l-verità; waħda hi bħall-oħra.", "Madanakollu, kemm ir-realtà kif ukoll il-verità mhumiex affarijiet li jeżistu mingħajrna.", "It-tnejn li huma, fil-fatt, huma interpretazzjoni ta' dak li nkunu qed nilmħu quddiemna.", "Ir-realtà li naraw aħna tista' ma tkunx (kif ħafna drabi m'hijiex) ir-realtà li jara ħaddieħor fl-istess ħaġa.", "Hekk ukoll il-verità.", "Dawn huma affarijiet li jeżistu f'moħħna.", "Kemm dik li nsejħulha 'realtà' kif ukoll dik li nsejħulha 'verità' jeżistu għax neżistu aħna; għax jeżistu, fi kliem ieħor, imħuħ li jaħsbu u jirraġunaw.", "Mingħajr dawn l-imħuħ, m'hemm ebda realtà u ebda verità.", "Ikun hemm biss l-affarijiet li jeżistu, ukoll jekk ilkoll kemm aħna, jew l-imħuħ kollha li naħsbu, ma nkunux neżistu aktar.", "Interpretazzjoni", "Meta ngħidu li l-affarijiet biss jeżistu, infissru li hija l-eżistenza biss li ma tiddependi minn ebda moħħ li jaħeb fuqha.", "U r-realtà?", "Ir-realtà hija l-mod li bih insejħu l-interpretazzjoni li nagħmlu aħna tal-eżistenza li nsibu quddiemna.", "Infatti, m'hawnx realtà waħda; hawn realtajiet.", "Għax huma ħafna l-imħuħ li jaħsbu, jirraġunaw u jinterpretaw l-eżistenza tal-affarijiet.", "L-istess il-verità.", "Għall-istess raġuni, m'hawnx verità waħda; imma ħafna veritajiet.", "Kull verità, bħal kull realtà, hija interpretazzjoni.", "Insejħulhom hekk—'realtà', 'verità'—minħabba ċ-ċertezza li ħafna drabi jkollna tagħna nfusna meta nilmħu u ninterpretaw l-eżistenza tal-affarijiet.", "Il-ħajja kollha tagħna, mimlija kif inhi bl-affarijiet (inkluż bina nfusna), hi magħmula minn miljuni ta' interpretazzjonijiet li qegħdin nagħmlu l-ħin kollu.", "L-affarijiet huma l-bażi tal-ħsieb tagħna; imma mbagħad huma r-realtajiet, jiġifieri l-interpretazzjonijiet, li aħna nagħmlu l-ħin kollu li joħolqu t-tifsir, il-lewn u r-rabtiet tal-ħajja.", "Rispett", "L-affarijiet ma joħloqhom ħadd.", "Jinsabu 'hemmhekk', quddiemna, mingħajr m'għamilna xejn (jew ftit) biex noħolquhom.", "Kienu qabilna u jibqgħu warajna.", "Dawk li noħolqu aħna—u l-ħin kollu—ukoll mingħajr ma rridu, huma r-realtajiet; jiġifieri l-interpretazzjonijiet ta' dak li nsibu quddiemna.", "Mingħajr l-interpretazzjonijiet tagħhom, l-affarijiet jibqgħu jeżistu xorta waħda eżattament kif inhuma.", "Dan juri li quddiem dawk li nsejħulhom 'realtajiet' qatt ma nistgħu nkunu dommatiċi.", "L-interpretazzjonijiet tagħna m'humiex assoluti.", "Huma tentattivi ta' kif nistgħu naraw u naħdmu mal-affarijiet.", "B'daqshekk ma jfissirx li huma veritajiet inkondizzjonati.", "Infatti, qatt m'huma.", "Jistgħu dejjem jinbidlu u, aktar minn hekk, jistgħu jkunu wkoll żbaljati.", "Għaldaqstant, ħadd ma jista' jitkellem bħallikieku għandu l-verità konklużiva.", "Li jista' jkollu hija verità fost ħafna u ħafna oħrajn, u għandu jirrispetta dawk il-veritajiet daqskemm irid li tiġi rrispettata tiegħu.", "Dejjem, għalhekk, irridu nuru rispett lejn kull fehma ta' ħaddieħor, infittxu li nifhmuha u, jekk ma naqblux magħha, nagħmlu kemm nistgħu biex nagħtu alternattivi għaliha.", "Imma ħadd ma jista' jxejjer dik li hu jsejjaħ 'il-verità' bħal bandiera jew, agħar u agħar, jużaha qisha kienet xi lembuba, xi xabla jew xi arma tan-nar.", "Kull verità, bħal kull realtà, hi maħluqa u għandna nżommuha talli hi."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/12/l-ue-armata.html", "title": "L-UE armata", "text": ["L-ewwel kienu qalulna li l-Unjoni Ewropea (UE) twaqqfet għall-paċi dejjiema.", "Imbagħad qalulna li se jkollha armata għal każijiet umanitarji.", "Issa qed jgħidulna li se jkollha armata tagħha.", "Malta m'għandhiex toqgħod tilgħab mal-bżallu f'dil-ħaġa: għandha tagħmilha ċara MINN ISSA li ħaġa bħal din mhijiex aċċettabbli għaliha; u li, jekk l-UE tiddeċiedi li jkollha armata tagħha, Malta tħalli l-UE.", "Armata għall-ġlied", "Ftit tal-ġimgħat ilu, il-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel, reġgħet għamlitha ċara f'diskors lill-Parlament Ewropew li hija temmen bis-sħiħ li wasal iż-żmien li l-UE jkollha l-armata tagħha.", "Bosta qablu magħha; oħrajn opponew.", "L-idea, fil-fatt, mhijiex ġdida.", "Ilha tinstama' 'l hawn u 'l hinn f'diversi laqgħat għoljin tal-UE.", "Din tal-armata kien ħareġ biha René Pleven fl-1950.", "Dan kien il-President tal-Kunsill tal-Ministri Franċiżi u l-Ministeru tad-Difiża Nazzjonali Franċiża.", "Imma leħnu fuq din il-biċċa ma kienx l-uniku wieħed.", "Diversi politiċi jerġgħu kull darba jqajmu dil-kwistjoni, speċjalment fi Franza u l-Ġermanja.", "Id-diskors ta' Merkel favur it-twaqqif ta' armata tal-UE b'saħħa nukleari sar wara kummenti li kien għamel ftit taż-żmien qabel il-President ta' Franza, Emmanuel Macron, f'intervista fuq ir-radju.", "Huwa sejjaħ għal \"arma Ewropea suriet in-nies\" bħala parti mill-idea ta' \"Ewropa li tħares lilha nnifisha\".", "L-idea tikber", "Għalkemm Macron aktarx ma kienx qed jitkellem f'termini militaristiċi, anki meta qal li l-Ewropa jeħtieġ li tħares lilha nnifisha miċ-Ċina, mir-Russja u saħansitra mill-Istati Uniti, ħafna hekk interpretaw kliemu.", "Fosthom kien hemm il-President tal-Amerika stess, Donald Trump.", "Minkejja dan in-nuqqas ta' ftehim, l-idea li l-UE jkollha armata vera u proprja tqum ta' spiss.", "Dan hu l-mod kif il-politiċi, għall-anqas xi wħud minnhom, imexxu l-aġendi tagħhom: jitfgħu l-lixka, imbagħad jaraw xi jtellgħu.", "L-idea, għalkemm tista' tibda mingħajr periklu ta' xejn, bil-mod il-mod tibda' taqbad ma' xi wħud li jeħduha b'serjetà u jipprovaw jimplimentawha.", "Hekk jista' jiġri f'dan il-każ ukoll.", "Xi wħud isostnu li l-UE ma jista' qatt ikollha armata vera u proprja għax il-pajjiżi li jiffurmawha huma wisq differenti minn xulxin.", "Oħrajn jgħidu li m'hemmx rieda politika biżżejjed għaliha.", "Oħrajn jaraw ħaġa bħal din bħala rival perikoluż għan-NATO.", "Minkejja dan kollu, xi wħud oħrajn jaraw il-ħolqien ta' armata tal-UE bħala ħtieġa li dejjem qed tikber u li għad jasal żmien meta, iridu jew ma jridux, ikollhom jagħmluha.", "Gvern ċar", "Armata tal-UE qatt ma kien fil-ħsieb tas-sħubija ta' Malta fl-UE.", "Anzi, jiena jidhirli li ħaġa bħal din, meta ssemmiet, dejjem ġiet miċħuda kategorikament.", "L-idea nnifisha kienet tkun kostituzzjonalment impediment serju għas-sħubija tagħan fl-UE.", "Qatt ma kien li Malta bl-iċken mod ikkommettiet lilha nnifisha favur xi tip ta' armata bħal din.", "Il-gvern Malti, iżda, għandu jagħmilha ċara MINN ISSA lil dawk kollha kkonċernati li armata tal-UE ma tkun qatt aċċettabbli għall-poplu Malti.", "Anzi għandu jagħmel aktar minn hekk.", "Għandu jiddikjara li, jekk qatt l-UE tibda bis-serjetà l-proċess biex issir xi armata vera u proprja, allura Malta jkollha taħseb biex tħalli l-UE u tirtira s-sħubija tagħha.", "Il-gvern Malti, jidhirli, m'għandux ikun ambigwu fuq dan.", "Għandu jikkommetti lilu nnifsu, f'isem il-poplu Malti, li mhuwiex lest jagħmel kompromessi fuq ħaġa bħal din.", "UE bl-armata tagħha mhijiex tajba għal Malta.", "Malta m'għandha jkollha xejn lil xejn x'taqsam ma' ħaġa, jew imqar idea, bħal din.", "L-UE armata mhijiex il-post fejn Malta tista' tgħix il-ġejjieni tagħha."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/09/il-kostruzzjoni.html", "title": "Il-kostruzzjoni", "text": ["Kulfejn tħares, tara l-krejnijiet.", "Malta jew Għawdex, tmur fejn tmur, dejjem, ibqa' ċert, se jkun hemm quddiem għajnejk xi krejn, jekk mhux tnjen u tlieta u erba', tiela' 'l fuq 'l fuq qisu xi insett ġigantesk li tistħajlu għandu ġuħ li ma jista' jaqtgħu qatt.", "Il-krejn huwa l-lanza tal-kostruzzjoni.", "L-inkwiet ta' ħafna, u mhux mingħajr raġun, huwa li hawn wisq minnhom, u li s-sitwazzjoni donnha ħarbet minn taħt idejna.", "Soqfa meħtieġa", "Il-kostruzzjoni fiha nnifisha mhijiex ħażina.", "Hemm ħafna aspetti li tista' tqis fiha.", "Wieħed minnhom huwa l-iżvilupp, dejjem meħtieġ, li jrid isir fl-ambjent mibni.", "Aspett ieħor huwa t-tmexxija tal-kummerċ, li dawn l-aħħar snin donnu qabad ritmu sod.", "Aspett importanti huwa l-ambjent naturali u l-ħarsien tiegħu għalina u għall-ġenerazzjonijiet ġejjiena.", "Aspett ieħor huwa l-impjiegi li l-kostruzzjoni tiġġenera.", "Ieħor huwa t-tħaddim tal-flus.", "U l-bqija.", "L-aspetti kollha li semmejna, u oħrajn magħhom, fihom is-siwi tagħhom u wieħed ma jistax ma jagħtix kashom meta jidħaddet fuq il-kostruzzjoni.", "U, la għandom is-siwi, irid ikun hemm l-għarfien u l-apprezzament tagħhom.", "Wieħed ma jistax jaqbad u jgħid \"Din tajba; dik ħażina; din irriduha; dik le\" bl-addoċċ.", "Sa minn żmien żemżem, il-kostruzzjoni minn dejjem kienet meħtieġa kullimkien fid-dinja daqskemm fil-gżejjer tagħna.", "La darba ma ngħixux fl-għerien, allura l-kostruzzjoni saret parti meħtieġa u integrali ta' ħajjitna.", "Il-bniedem irid saqaf fuq rasu u dan, ukoll jekk ma jridx, ifisser xi grad jew livell ta' kostruzzjoni artifiċjali.", "Kontroll tabilħaqq?", "Minkejja dan kollu, aħna nibnu biex ngħixu, mhux ngħixu biex nibnu.", "Il-kostruzzjoni, hi kemm hi meħtieġa u importanti, tiġġenera kemm tiġġenera tidwir ta' liri u impjiegi, dejjem jeħtieġ li tkun ikkontrollata.", "Weħedha weħedha, ma tagħmilx sens, aktar u aktar jekk tkun għal kollox f'idejn il-privat, bħalma hi fil-gżejjer tagħna.", "Il-kostruzzjoni tagħmel sens, ukoll jekk tkun fuq skala żgħira (aħseb u ara jekk tkun fuq skala kbira), meta tkun integrata mal-bqija tal-ħidmiet tal-bniedem u l-għamliet ta' ħajtu, kemm materjali u kemm mentali.", "L-integrazzjoni tal-kostruzzjoni mal-ħajja sħiħa tal-bniedem ifisser li l-kostruzzjoni, jew aħjar dawk li huma responsabbli għaliha, ma jimxux għal rashom mingħajr kunsiderazzjoni ta' xejn għajr il-gwadann tagħhom infushom.", "Inkunu żbaljati, ovvjament, jekk ngħidu li fil-gżejjer Maltin ma jeżistix kontroll tal-kostruzzjoni.", "Imma wieħed ma jistax ma jissusspettax li dal-kontroll—bil-Planning Authority b'kollox—sar wieħed elastiku ħafna.", "Ħafna drabi wieħed ma jistax ma jinnotax li mill-Planning Authority dubbiena ma tgħaddix, imbagħad jgħaddi ġemel (jekk mhux iljunfant ukoll)!", "Pjan integrali", "Hi kemm hi ta' ġid il-kostruzzjoni, jidher li s-sitwazzjoni kurrenti fil-gżejjer Maltin ħarbet minn taħt l-awtoritajiet governattivi.", "Jidher li, jekk wieħed jaf minfejn għandu jgħaddi, bħalma jafu ħafna periti u kostrutturi bil-mustaċċi, mhemm xejn, xejn u xejn milli jżommhom iħottu u jibnu li jfettlilhom f'moħħhom.", "Bħal dejjem, għaż-żgħir jeżistu elf miljun liġi; għall-kbir, lanqas liġi waħda.", "Bħalissa jidher li l-kbir f'dan il-qasam qed jagħmel xalata minn fuq dahar dak kollu li jsawwar il-ħajja sħiħa tal-bniedem f'dawn il-gżejjer.", "Ma jihirx li jeżisti pjan ħolistiku ta' saħħa fiżika u mentali tal-bniedem li fih il-kostruzzjoni hija integrata, jew, jekk hemm, qiegħed merfugħ f'xi kexxun xi mkien.", "Hawnhekk m'aħniex nitkellmu biss fuq l-ambjent naturali li, bil-mod il-mod, qed jinqered għal dejjem; qed nitkellmu wkoll fuq is-saħħa ġenerali tal-bniedem li jrid jgħix mal-mostri tal-kostruzzjoni li qed jittellgħu kullimkien apparentament bla rażan.", "Nerġa' ngħid:", "Aħna nibnu biex ngħixu, mhux ngħixu biex nibnu."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/10/il-labour-britanniku.html", "title": "Il-Labour Brittaniku", "text": ["Il-Labour Brittaniku huwa wieħed mill-ftit organizzazzjonijiet politiċi tax-xellug li fl-Ewropa qed iżid, mhux inaqqas, is-saħħa.", "Il-viżjoni tiegħu, filwaqt li f'imkejjen oħra tal-Ewropa tista' ma tappellax, qed taqbad l-immaġinazzjoni tal-ġenerazzjonijiet kbar u żgħar.", "Hu Labour li jista' wkoll imexxi l-Gran Brittanja.", "Il-programm li kien ħareġ f'Lulju tas-sena li għaddiet għadu jista' jkun ta' tnebbiħ ukoll għal-Laburiżmu Malti.", "Għall-ħafna", "Dal-programm iġib l-isem \"Għall-Ħafna, Mhux għall-Ftit\".", "B'hekk mill-ewwel juri l-mira ewlenija tiegħu: dik li l-ġid ma jkunx imkattar għal għadd relattivament żgħir ta' nies (li jgawdu minn fuq dahar ħaddieħor jew anki tal-istat), imma għall-biċċa l-kbira taċ-ċittadini.", "It-tkattir tal-ġid fih innifsu mhuwiex indikatur biżżejjed għas-suċċess ta' gvern; ikun jonqos it-tqassim tiegħu: huwiex għall-ftit jew għall-ħafna.", "Il-Labour jagħżel il-ħafna għax hu Labour.", "Sempliċi daqshekk.", "Hawn Malta wkoll, minn Boffa 'l hawn dik kienet l-għażla tal-Labour u dik tibqa' tiddistingwih.", "Mingħajrha ma jibqax Labour.", "Ukoll jekk b'daqshekk ma jsirx PN, xorta waħda jkun naqaslu l-element fundamentali tiegħu: dik li jaħseb fil-ħafna.", "Dan mhux biss mil-lat soċjali, imma aktar u aktar mil-lat ekonomiku.", "Il-Programm tal-Labour Brittaniku jgħid dan b'mod ċar ħafna: \"Aħna ma nikkalkulawx is-suċċess ekonomiku tagħna bl-għadd ta' billjunarji, imma bil-ħila tan-nies tagħna li jgħixu ħajja aħjar.\"", "Sens ta' ġustizzja", "Dal-ideal mhuwiex astratt, imma għandu l-għeruq tiegħu fit-twemmin li l-ġid ekonomiku jinħoloq minn kulħadd, mhux mill-ftit; mela t-tgawdija tiegħu għandu jkun minn kulħadd, mhux mill-ftit.", "Il-Programm tal-Labour Brittaniku jagħti gwidi ċari ta' kif il-leġislazzjoni ta' gvern m'għandhiex tiffavorixxi lill-ftit", "aktar", "milli mill-ħafna, anki jekk ma tkun leġislazzjoni li ma tkunx direttament kontra l-ħafna.", "Mhuwiex aċċettabbli taħt gvern Laburista—u dan jisħqu l-Programm tal-Labour Brittaniku—li l-ġid jinqasam bin-nofs in-nofs bejn min jista' u min ma jistax.", "Min ma jistax għandu jingħata vantaġġ u persentaġġ akbar minn dak li l-pajjiż idaħħal.", "Għax, jekk dan ma jsirx, ikun ifisser biss li min għandu qed jingħatalu aktar, u min m'għandux qed jitteħidlu saħansitra dak li għandu.", "Ir-riżultat: is-sinjur isir aktar sinjur; il-fqir aktar fqir.", "Din mhijiex is-sistema tal-Labour imkien.", "Il-Labour, huwiex fil-Gran Brittanja, huwiex Malta jew huwiex xi mkien ieħor, ma jinjora qatt li l-ġid tan-nazzjon huwa ġġenerat minn kulħadd u, għalhekk, għandu għalih il-jedd kulħadd.", "Dan huwa s-sens ta' ġustizzja li l-Labour, barra daqskemm f'Malta, dejjem kellu u, biex ikun Labour, irid jibqa' jkollu.", "Pjan li jgħodd", "Wieħed mill-pjanijiet tal-Labour Brittaniku huwa li, meta jkun fil-gvern, jirrevedi l-investimenti tal-gvern jew, jekk ma jeżistux f'ċerti oqsma, joħloqhom.", "L-iskop hu li l-gvern jinvesti fiċ-ċittadin iż-żgħir daqskemm, jekk mhux aktar, l-istat kien u għadu jinvesti fiċ-ċittadin li jinsab komdu.", "Dan għandu jsir biex, kif jgħid il-Programm tal-Labour Brittaniku, \"il-qawwa finanzjarja tibda taħdem għall-ġid komuni\".", "Dan jagħmel sens għal kull Labour fil-gvern.", "Għax ikun qed jonqos jekk, taħt il-ħarsien tiegħu, il-'qawwa finanzjarja' taħdem kontra ċ-ċittadin iċ-ċkejken u ż-żgħir waqt li jiġi paxxut iċ-ċittadin il-kbir u l-qawwi.", "Dejjem il-Labour kien il-paladun u l-kemm taċ-ċkejken u ż-żgħir, u għajb għalih jekk, meta joħloq il-ġid, jitlef din il-kwalità li tagħżlu minn formazzjonijiet politiċi oħrajn.", "Hija ekonomija bħal din, fost affarijiet oħra, li l-Labour Brittaniku jittama li jsostni la darba fil-gvern.", "Huwa pjan li qed isib ħafna semmigħa għax jagħmel sens għal min dejjem sab lil min hu b'saħħtu li jgħarrqu jew jagħfsu 'l isfel.", "Huwa pjan li jgħodd għal kull gvern Laburista."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/10/europa-admirabilis.html", "title": "Europa admirabilis", "text": ["Meta snin ilu kellna l-kampanji tar-referendum għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, ma jidhirlix li ħadd qatt ma kien semma l-vantaġġ li qed naraw illum bis-sħubija tagħna.", "Huwa l-vantaġġ li, fil-Parlament Ewropew, dejjem tista' ssib nies onorabbli li jpatptu skont kif tgħidilhom u jingħaqdu miegħek ħalli flimkien jagħmlu kampanja fuq xiex jitwebblu.", "L-Ewropa tan-negattività hi tassew ammirevoli!", "Front għall-ġustizzja", "Tiftakarha t-tixbiha tal-Ewropa ta' Abel u l-Ewropa ta' Kajin?", "Antika issa, veru.", "Għandha 'l fuq minn erbgħin sena żgur.", "Imma għandu mnejn li qatt daqs illum m'aħna naraw is-sens sħiħ tagħha.", "Kajin u l-imxierka tiegħu donnhom dejjem bil-ħakk biex jaraw ma' min se jaqbdu.", "Kulma jridu hu tfesfisa fil-widnejn ... u arahom jikkakkmaw flimkien biex joħolqu front għall-ġustizzja.", "Dawn iriduha ta' nies serji; nies tal-affari tagħhom.", "Kollhom ingravajjed u bagalji, kollhom karti u ġlekkijin, u erħilhom itellgħu mill-istonku tagħhom u jobżqu s-semm.", "Addio verifiki.", "Addio imparzjalità.", "Addio il-moħħ miftuħ.", "L-aqwa s-sħubija tal-ħbieb; ta' min hu magħna u mhux magħna.", "L-aqwa li npaxxu lil min jista' jpaxxi lilna.", "Dawn huma nies onorabbli.", "Nies li qed iħarsulna d-drittijiet ċivili u politiċi tagħna.", "Huma n-nies li l-Ewropa tinsab f'idejhom.", "Huma l-paladuni tad-demokrazija; taċ-ċiviltà kollha li aħna tant kburin biha.", "Nies serjissimi", "Ħadd ma qalilna, meta kellna l-kampanji tar-referendum, li konna se nkunu qed nivvutaw biex nagħtu lil dan-nies illustri u serjissimi s-setgħa li jpeċilqu u jċarlaw bl-akbar sens ta' dekor u proprjetà.", "Xi wħud qalulna li fil-Parlament Ewropew tgħid kemm kien hemm psataż u opportunisti.", "Min seta' jemminhom lil dawn?", "Istituzzjoni tant serja u onorabbli bħal dik kif seta' jkollha minn dawn in-nies?", "Żgur li ħlief puliti u dutturi ma kellhiex.", "Issa qed naraw—jekk kellna bżonn naraw—x'tip ta' nies għandha dik l-organizzazzjoni jsaħħnulha l-bankijiet tagħha.", "Nies li lesti jissieħbu ma' kull ċawla mbasta jidhru kemm iħobbu s-sewwa, l-onestà u l-bżulija.", "Ħallsilhom il-biljett u tarahom ikunu minn tal-ewwel jiġulek jimmarċjawlek wara l-kartellun tal-ġustizzja.", "Agħtihom ikla u xarba b'xejn u arahom jagħmlulek diskors bil-kulur li jġiblek qalbek ġunġliena.", "Ma tistax ma tammirahomx lil dan-nies.", "Huma l-bonus tal-vot li konna tfajna snin ilu biex nissieħbu magħhom.", "Imnalla jkunu huma biex għandna daqsxejn tal-ġustizzja.", "Imnalla jkunu huma għalina għax kieku jikluna l-klieb.", "Is-serjetà u l-irġulija tagħhom kważi kważi jġegħluna nistħu.", "X'inhi l-Ewropa mingħajrhom?", "Żgur li ma tibqax ammirevoli kif inhi.", "Ħallina minn Abel", "Kienu qalulna b'ħafna u ħafna vantaġġi li s-sħubija fl-Unjoni kienet se tiksbilna.", "Ftit minnhom seħħew.", "Kien hemm ukoll min qalilna b'ħafna u ħafna żvantaġġi.", "Xi wħud minnhom seħħew.", "Imma ħadd ma kien semma, safejn niftakar jien, b'dan il-vantaġġ tal-għaġeb: li l-borma tal-Parlament Ewropew tista' toħroġ minnha kull togħma li trid skont kif jaqbillek.", "Dan vantaġġ li kien imissu jissemma; mhux xejn.", "Il-kukkanja li bħalissa qed iżommu id xulxin, grazzi lil seħibna Casa, biex jiddefendulna l-ġustizzja mnalla kienu huma għalina, għax kieku nispiċċaw bla tama.", "Ħaqqhom l-aqwa tifħir u l-akbar ammirazzjoni tagħna lkoll.", "Huma nies b'kuxjenza dritta daqs stanga u safja daqs il-ħamiem.", "Jafu xi jgħidu.", "Fuq kollox, iħobbu s-sewwa mingħajr kantunieri.", "Dan l-importanti.", "Poplu Malti u Għawdxi, ħalli lħitek f'idejhom, ngħidlek jien, għax jafu x'inhuma jagħmlu.", "Huma l-għaxqa tal-Ewropa.", "Bil-kemm tistħoqqilna l-imħabba li għandhom għalina.", "X'ċuċ hu Abel!"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/12/l-isfar-ta-parigi.html", "title": "L-isfar ta' Pariġi", "text": ["Il-protesti vjolenti f'Pariġi fil-bidu ta' dil-ġimgħa li għaddiet jheddu l-pożizzjoni politika tal-President ta' Franza, Emmanuel Macron.", "Minkejja kollox, iżda, dan ma jistax ikun biżżejjed biex jaqilbuh minn postu kif ġieb u laħaq.", "Il-protesti 'sofor' li seħħew, però, huma sinjal ċar li fi Franza Macron mhuwiex qed jogħġob lil kulħadd; xi wħud fl-Unjoni Ewropea (UE) jistgħu jieħdu l-opportunità biex jiksbu vantaġġ mid-dgħufija tiegħu.", "Protesti perikolużi", "Macron tela' b'rebħa elettorali kbira s-sena li għaddiet b'żewġ għajtiet kbar: li jqarreb lil Franza lejn l-UE u li jwettaq riformi interni.", "Sena u nofs wara, jidher li Macron qed ifalli fit-tnejn li huma.", "Il-qrubija ta' Franza lejn l-UE ġiet imfixkla mill-Kanċillier Ġermaniz, Angela Merkel, u issa, ir-riformi interni mwiegħda ssarrfu mhux f'titjib iżda f'żieda fit-taxxa fuq il-petrol.", "Il-protesti ta' tmiem il-ġimgħa li għaddiet u l-bidu ta' dil-ġimgħa kienu fuq din tal-aħħar.", "Bdew bi ftit demostrazzjonijiet żgħar 'l hemm u 'l hawn fil-provinċji, u kibru u tferrxu sakemm waslu Pariġi.", "Il-konfronti fit-toroq tad-demostranti mal-pulizija u s-suldati kienu vjolenti ħafna u kważi kważi waslu biex Macron isejjaħ stat ta' emerġenza.", "Il-biċċa l-kbira tal-protestanti kienu liesa ġkieket lewn isfar jgħajjat.", "Hu għalhekk li l-protesti tagħhom issejħu 'sofor'.", "Bosta osservaturi ġurnalistiċi skoprew li, minbarra dal-ġkieket, id-demonstranti ftit li xejn aktar kellhom komuni bejniethom: huma ġew minn ħafna osqma differenti tas-soċjetà Franċiża, u dan għamel il-protesti aktar perikolużi għal Macron.", "Alleanza stramba", "Minkejja dal-protesti, Macron m'għandux gvern dgħajjef, u ma jidhirx li l-gvern tiegħu se jiddgħajjef malajr.", "Madankollu, il-protesti għamlulu ħsara kbira, u l-popolarità tiegħu fost l-elettorat waqgħet bis-sħiħ.", "Jidher li, għall-anqas fuq din tat-taxxa fuq il-petrol, se jkollu jagħmel xi pass jew tnejn lura jekk irid iżomm saqajh fis-sod.", "Fl-UE Macron ma ħassx terrimoti.", "Anzi, bil-maqlub.", "Issa li riesqa sewwa l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew ta' Mejju tas-sena d-dieħla, xi wħud, fosthom il-Prim Ministru ta' Malta, Joseph Muscat, qed jersqu lejh dejjem aktar biex jibdel il-karti tal-logħob u joħloq UE differenti milli għandna bħalissa.", "Dak li qed jiġri hu li qed tinbena alleanza stramba bejn diversi nies li magħhom hemm Muscat u Macron.", "Fost dawn hemm Guy Verhofstadt, il-kap ta' ALDE (l-Alleanza ta' Liberali u Demokratiċi għall-Ewropa), Christophe Castaner (il-Ministru tal-Intern ta' Franza), Matteo Renzi (l-eks Prim Ministru tal-Italja), Albert Rivera (il-kap tal-partit Ciudadanos), Dacian Ciolo (l-eks Prim Ministru tar-Rumanija), Olivier Chastel (membru tal-partit liberali Belġjan Mouvement Réformateur) u Alexander Pechtold (il-kap tal-partit soċjo-liberali Olandiż Democrats 66).", "Elf xejra ta' griż", "Dak li jista' jingħad li hemm komuni bejn dawn il-politiċi huwa li aktarx huma lkoll ċentristi.", "Dan jista' jfisser li l-politika tagħhom, kemm jekk ixxaqleb lejn ix-xellug u kemm jekk lejn il-lemin, tagħmel il-kompromessi meħtieġa għal governanza li tkun stabbli, prospera u dejjiema.", "Din l-alleanza qed issir speċifikament in vista tal-elezzjonijiet ta' Mejju li ġej.", "Hija trid taqlibha lill-politiċi tal-lemin u tal-lemin estrem, kif ukoll lil dawk tax-xellug u tax-xellug estrem.", "Jekk l-alleanza tirbaħ, allura dan jibdel il-mod ta' kif jiġi ifformata l-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll min ikun il-kap tal-Kunsill Ewropew.", "Dan kollu ġie kkonfermat fil-konferenza tal-Partiti Soċjalisti Ewropej li għadha kemm saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u li għaliha attenda Joseph Muscat.", "F'dil-konferenza l-politika ċentrista kienet evidenti, bħalma kienet evidenti wkoll il-mixja lejn l-alleanza bi tħejjija għall-elezzjonijiet ta' Mejju li ġej.", "L-isfar ta' Pariġi biss kien donnu l-uniku lewn li ma jridx jisfuma!", "Mill-bqija: elf xejra ta' griż.", "Ixtri t-Tieni Volum ta' DIMECH billi tagħfas fuq ix-xbieha t'hawn taħt.", "Grazzi."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/09/il-blogizmu-rieqed.html", "title": "Il-blogiżmu rieqed", "text": ["Il-blogiżmu huwa fenomenu ta' żmienna li beda fuq l-Internet fit-tmeninijiet tas-seklu l-ieħor.", "Fil-Gżejjer Maltin hu aktar riċenti minn hekk.", "Il-firxa u l-popolarità tiegħu huma bla qies u għandhom sehem importanti fil-kultura tal-pajjiżi li għandhom soprastruttura teknoloġika.", "Madanakollu, f'pajjiżna jidher li għadu mhuwiex qed jagħti l-aqwa li jista'", "Ġurnali ħajjin", "Jissejjaħ 'blog' kwalukwe sit jew paġna fuq l-Internet li jikkonsistu f'għadd ta' kontribuzzjonijiet, aktarx kitbiet, tipikament irranġati f'ordni kronoloġiku maqlub.", "B'hekk, l-iġded kontribuzzjonijiet jidhru l-aktar 'il fuq, u l-eqdem l-aktar 'l isfel.", "Ġieli l-kontribuzzjonijiet jiġu miżjuda b'tagħrif ġdid mill-awturi tagħhom jew ukoll mill-qarrejja.", "Il-blog jista' jinkludi wkoll diskussjonijiet sħaħ.", "Dal-kontribuzzjonijiet kollha jsawru speċi ta' ġurnal ħaj.", "Infatti, il-kelma 'blog' tiġi mit-terminu 'weblog', li tfisser ġurnal tax-xibka elettronika.", "Il-blogijiet huma magħrufa għall-ħeffa li biha jinbidlu, għall-interazzjoni li joħolqu u għall-varjetà bla qies li għandhom fil-kontenut daqskemm fil-format.", "Iż-żieda fl-għadd tal-bloggijiet ġiet meta l-Internet beda joffri għodod ta' kitba lil nies li ma kellhomx għalfejn jafu fuq ponot subgħajhom it-teknikalitajiet tal-lingwaġġ tal-Internet (HTML u l-bqija).", "B'hekk, kulmin kellu l-iċken idea ta' kif jikteb fuq l-Internet seta' jibda blog u jmantiha.", "Kull bniedem li għandu blog tiegħu bl-Ingliż jissejjaħ 'blogger' jew, bil-Malti, 'bloggier'.", "Il-bloggiera lokali", "Dawra ta' malajr mal-bloggijiet lokali tagħtina xi ftit jew wisq ħjiel ta' x'relazzjoni mal-Internet iżommu l-biċċa l-kbira tal-bloggiera Maltin u Għawdxin.", "Qabel xejn, wieħed għandu jgħid li t-tul tal-kontribuzzjonijet tagħhom ivarjaw: filwaqt li għandek lil min irażżan lilu nnifsu għal sentenzi xi ftit jew wisq qosra, oħrajn jiktbu artikli sħaħ, aktarx ta' tul moderat.", "Il-biċċa l-kbira tal-bloggiera Maltin u Għawdxin donnhom jippreferu jużaw il-bloggijiet tagħhom biex jikkummentaw fuq ġrajjiet kurrenti jew fuq l-interessi tagħhom fil-mument.", "Il-kummenti tagħhom aktarx ma jkunux sofistikati wisq jew, anqas u anqas, irriċerkati; pjuttost ikunu kummenti ħfief ta' malajr kif jiġu f'moħħ dak li jkun.", "Madanakollu, issib ukoll bloggijiet li jkunu aktar maħduma.", "Fis-sens li l-bloggiera joħolqu speċi ta' ġabra, magħmula minn kitbiet, xbihat u rabtiet ma' siti oħrajn, fuq xi suġġett partikulari tal-interess tagħhom.", "Mhux rari li dil-ġabra tkun estensiva mhux ħażin, xhieda tal-passjoni ta' dak li jkun għas-suġġett.", "Arma siewja u importanti", "Meta wieħed jara dal-bloggijiet lokali kollha ma jistax ma jinnotax nuqqas ta' ideat innovattivi jew, jekk trid, ażżardati.", "Il-bloggiera ħafna drabi jżommu fi ħdan iż-żona sigura tagħhom mingħajr ma ħafna drabi jipprovaw jivvintaw il-bidla jew joħolmu l-ġdid.", "Il-kummenti tagħhom huma spiss 'reqdin', jekk trid, fis-sens li ma jisfidaw xejn, imma biss jirrimarkaw fuqhom jew joffru xi ftit tal-osservazzjoni.", "Barra minn xtutna, il-bloggiera huma aktar sfiqa minn hekk.", "Hu dan li jagħmel il-bloggijiet għodda qawwija demokratika u politika.", "Dan għax il-bloggiera spiss joħorġu f'innovazzjonijiet, ideat anki 'revoluzzjonarji', li, ukoll jekk xi kultant imorru lil hinn mill-moderazzjoni u l-prudenza, javvanzaw ċerta oriġinalità ta' ħsieb u ideat.", "Dan jidhirli li jonqos ħafna fil-bloggiera Maltin u Għawdxin.", "F'dan l-ispazju virtwali ta' bla kontroll, jew għall-anqas ta' ftit li xejn kontroll, jidhirli li l-bloggijiet m'għandhomx ikunu rieqda jew diskreti (iżżejjed).", "Għandhom, fil-fehma tiegħi, jażżardaw aktar, ikunu anqas kritiċi u aktar kreattivi, jikkummentaw anqas u jivvintaw aktar.", "Il-blog huwa arma siewja u importanti fil-kultura tal-pajjiżi li għandhom soprastruttura teknoloġika, u aħna lkoll, Maltin u Għawdxin, għandha, mhux biss inkunu aktar konxji tal-qawwa tagħha, imma nużawha wkoll."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/10/nies-materjali.html", "title": "Nies materjali", "text": ["Qabel kont tisma' 'il min jgħallem li aħna, għax aħna ruħ, konna aktar spiritwali milli materjali.", "L-aspett materjali kien sekondarju għall-aspett spiritwali, u, xi minn daqqiet, saħansitra mingħajr importanza ta' xejn.", "Il-materjali jgħaddi, kienu jgħidulna, imma l-ispiritwali jibqa' għall-dejjem.", "Tagħlim antik", "Dat-tagħlim kien iġġusfika ħafna tmaqdir tal-aspett materjali tagħna u jħolli 'l fuq l-aspett spiritwali.", "B'hekk, kien jiġi mmaqdar il-ġisem u dak kollu marbut miegħu, inkluż is-sess, l-affett, il-ħbiberija umana u l-bqija.", "Kulma kien materjali kien jitqies għar-rimi.", "Kien ukoll tagħlim li jiġġustifika l-faqar.", "Min ibati f'din id-dinja, kienu jgħallmu, m'għandux għalfejn jinkwieta wisq għax 'pajjiżna s-sema'.", "Min ibati l-faqar hawn, imqar għall-ftit taż-żmien, għad igawdi l-għana bla qies fis-sema għall-eternità.", "Dat-tagħlim (duwalistiku) kien iqis li l-bniedem għandu biss żewġ aspetti, jew id-dimensjonijiet, u jinjora l-aspetti l-oħra kollha billi jiġborhom taħt xi waħda minn dawn it-tnejn.", "Imma l-bniedem mhux żewġ dimensjonijiet biss għandu, imma bosta, u lkoll flimkien isawru l-personalitajiet tiegħu.", "Dimensjonijiet", "Wieħed irid jistaqsi: Jekk tneħħielna d-dimensjoni materjali, x'jibqagħlna?", "Il-fatt li rridu nieklu biex ngħixu biżżejjed biex jikkonvinċina kemm hi meħtieġa u importanti d-dimensjoni materjali.", "Aktar minn hekk, fuq din il-bażi tal-ikel, jinbnew ħafna dimensjonijiet oħra daqstant meħtieġa u importanti li flimkien isawruna.", "Aħna nies materjali.", "Id-dimensjoni materjali tagħna hija fundamentali jew mhux, kif isostnu xi wħud, l-unika waħda.", "Tabilħaqq, hemm dimensjonijiet mhux materjali li huma importanti għalina, bħal, ngħidu aħna, l-edukazzjoni, il-kultura, l-arti, il-ħsieb u l-bqija.", "Għalkemm dawn mhumiex dimensjonijiet materjali, b'daqshekk mhumiex anqas meħtieġa għalina minn dak li hu strettament materjali.", "Fil-ħajja meħtieġa kemm dawk id-dimensjonijiet li huma materjali daqskemm dawk li mhumiex.", "Ilkoll flimkien isawru l-personalitajiet tagħna u jagħmlu xi ħaġa sabiħa minna.", "Din hi l-ispeċjalità tal-bniedem fost l-annimali l-oħra kollha tal-ħolqien: li għandna dawn id-dimensjonijiet kollha li lkoll flimkien joħolqu eżistenza waħda.", "Bilanċ", "Dad-dimensjonijiet jeħtieġa, jidhirli, bilanċ bejniethom ilkoll biex dil-ħaġa sabiħa li nsejħulha bniedem tkun fl-aqwa tagħha.", "Dal-bilanċ, jidhirli, huwa s-sigriet ta' ħajja sabiħa u kuntenta.", "Aktarx min jiċħad jew iwarrab xi waħda mid-dimensjonijiet, jew jgħolli xi waħda minnhom b'detriment għall-oħrajn, ikun għamel ħsara lill-personalità sħiħa u sabiħa.", "Huwa ħażin, fil-fehma tiegħi, li xi ħadd jgħolli dimenzjoni 'l fuq b'detriment għal xi waħda jew aktar mid-dimensjonijiet l-oħrajn, kemm jekk tkun dik materjali kif ukoll xi waħda mhux materjali.", "Is-sigriet huwa fil-bilanċ, ukoll jekk huwa diffiċli ħafna jintlaħaq jew jingħex.", "L-għerf tal-bniedem mhuwiex li jżomm jew jgħolli dimensjoni waħda fuq l-oħrajn, jew imaqdar id-dimensjonijiet l-oħra għax jagħti siwi assolut lil xi waħda biss.", "Dan mhux għerf għandu jissejjaħ, imma bluha.", "L-għerf huwa li jiġu meqjusa d-dimensjonijiet kollha u jinstab bejniethom bilanċ b'saħħtu u sabiħ.", "Dak li kien jgħallmu qabel li dak kollu materjali huwa baxx, jekk mhux ukoll ħażin, m'għadx għandu, fortunatament, is-saħħa tal-konvinzjoni.", "Iżda l-anqas il-kontra tiegħu m'għandu jkollu.", "Għax kull estremità f'dan ir-rigward huwa żbilanċ ta' dak li hu wieħed u sħiħ.", "Aħna materjali, u fid-dimenzjoni materjali tagħna jilħaqu l-bilanċ tagħhom id-dimensjonijiet l-oħra kollha li lkoll flimkien isawru dak li għandna naspiraw dejjem għalih."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/08/il-alib-tan-nagag.html", "title": "Il-ħalib tan-nagħaġ", "text": ["Darba Gandhi wasal fi stazzjon bil-ferrovija biex ikellem lin-nies tal-inħawi.", "Kif niżel, ġew il-pulizija Ingliżi fuqu u staqsewh: \"Fuqhiex se jkun id-diskors tiegħek?\"", "Weġibhom: \"Fuq il-ħalib tan-nagħaġ\".", "Qalulu: \"Mela tista' toqgħod\".", "Imma Gandhi komplielhom: \"... u se ngħid kemm hu meħtieġ għal kulmin jieħu sehem fir-reżistenza passiva tan-nonvjolenza kontra l-gvern kolonjali\".", "Il-pulizija arrestawh fuq il-post.", "Il-fatti", "Min qatt—għajr xi Gandhi—seta' jaħseb li l-ħalib tan-nagħaġ seta' kien biċċa għodda politika?", "Għal moħħ bħal ta' Gandhi, xejn ma hu nieqes mis-siwi politiku.", "Għal moħħ bħal tal-kolonjalisti, xejn ma hu nieqes mis-siwi perikoluż tad-dissidenzja.", "Iżda hija d-dissidenzja—jiġifieri d-diżapprovazzjoni għall-qerq u t-tgħawwiġ uffiċjali tal-kbarat—li tagħti l-ħajja lill-għajxien politiku.", "Ma jistax ikollok politika fejn kulħadd jaqbel—jew taparsi jaqbel—ma' kollox; fejn ħadd ma jaħseb b'rasu imma b'ras dawk li għandhom is-setgħa f'idejhom; fejn kulħadd ibaxxi rasu għal kollox; fejn għandek merħla flok individwi b'kuxjenza.", "Din mhux politika tkun, imma paljaċċata.", "Soċjetà b'din l-attitudni hi waħda marida li titnawwar minn ġewwa.", "L-azzjonijiet huma l-wiċċ tal-ħsieb.", "Daqskemm l-azzjonijiet konkreti—mhux il-ħsieb jew il-paroli—juru l-bniedem x'inhu, hekk il-ħsieb huwa l-wiċċ tal-kuxjenza.", "Il-kuxjenza hi l-isem ta' dik is-sengħa f'kull bniedem li biha jagħraf it-tajjeb mill-ħażin.", "Il-kuxjenza", "Għal kull bniedem ta' kuxjenza il-ħażen jinsab fin-nuqqas ta' rispett lejn il-ħajja, tiegħu nnifsu daqskemm ta' ħaddieħor.", "Mhux għall-ħajja tiegħu nnifsu askapitu ta' dik ta' ħaddieħor; lanqas għall-ħajja ta' ħaddieħor askapitu ta' dik tiegħu nnifsu.", "Imma tat-tnejn flimkien.", "U aktar minn hekk ukoll: rispett lejn il-ħajja kollha, ta' kull ħlejqa u tad-dinja nnifisha.", "Bniedem għandu jkun dejjem fidil lejn il-kuxjenza tiegħu, mhux lejn il-politika, hi ta' liema ideoloġija hi.", "Bniedem li jċedi l-kuxjenza tiegħu għall-politika hu bniedem li ddeċieda li ma jkollux aktar rispett, la lejh innifsu u lanqas lejn ħaddieħor, imma biss lejn ir-riħ tal-mument.", "Bniedem bla bandiera isir hu stess bandiera li tixxejjer ma' kull riħ.", "Id-dissidenza hi servizz lill-umanità għax tibqa' ċċaħħal lill-politika milli ssir paljaċċata fejn, filwaqt li kulħadd iliġġem il-ilsienu biex ma jagħlix, iraqqad ukoll moħħ biex il-kuxjenza ma tniggżux.", "Sakemm bniedem jibqa' jaf jgħid 'le', għadu ħaj minn ġewwa; meta jintreħa għall-'iva', u 'iva' biss, ikun ċeda l-armi u ntelaq għall-ħakma ta' ħaddieħor.", "Id-diversità", "Id-dinja hi sabiħa minħabba d-diversità, kemm fid-drawwiet daqskemm fil-ħsieb.", "Politika denja ta' isimha tħeġġeġ id-diversità u taħdem biex tkabbarha.", "Mhemmx għaqda tassew meta kulħadd hu ta' lewn wieħed jew idoqq l-istess diska.", "Din hi għaqda taparsi ta' fuq il-wiċċ biss.", "L-għaqda tassew teżisti meta, minkejja d-differenzi ta' bejnietna, nikkomplimentaw lil xulxin.", "Għaqda b'saħħitha tal-bnedmin hi biss waħda msejsa fuq ir-rispett ta' kull wieħed u waħda mill-imsieħba tagħha; u r-rispett ifisser ħelsien tal-ħsieb u l-għemil.", "Tissejjaħ 'għaqda' għax l-iskop hu wieħed: li lkoll inkunu hienja fl-għajxien ta' ħajjitna.", "Kulħadd għandu jitħalla ħieles li jagħżel liema ħalib irid—hux tan-nagħġa, tal-mogħża, tal-baqra, tal-ħmara jew tal-ġemel—u jista' jagħżel li ma jixrob xejn ukoll, jew jixrob xi ħaġa oħra.", "U jitħalla wkoll jitkellem fuq l-għażla tiegħu.", "Imma li kulħadd irid jeħel mal-istess għajn għax hekk għoġob lil xi ħadd hu għajb għall-isem ta' bniedem."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/04/l-agendi-politici.html", "title": "L-aġendi politiċi", "text": ["Jeżisti f'din l-art ċkejkna kulmin għandu aġenda politika.", "Kull min jgħaddi ħinu impenjat biex sempliċiment jgħix ħajtu, bħallikieku ma jeżistix.", "Min-naħa l-oħra, kull min għandu xi impenn li b'xi mod jinvolvi l-pubbliku, hu ta' xiex inhu dak l-impenn, irid ikollu—u għandu—aġenda politika.", "Il-partiġġjaniżmu", "Għalkemm il-kelma 'politika' mhux suppost timplika dejjem tmexxija governattiva, donnha f'din l-art ċkejkna hekk timplika dejjem.", "Il-kelma 'politika' tiġi mill-Grieg 'polis', li tfisser 'belt', u tindika r-relazzjonijiet pubbliċi ta' kull ċittadin.", "Il-politika, infatti, hija l-applikazzjoni tal-bon sens fir-relazzjonijiet ma' ħaddieħor ta' kull wieħed u waħda minnha.", "Il-vulnerabbiltà ta' kull ċittadin u ċittadina f'Malta u Għawdex iġġegħilna naraw dawn ir-relazzjonijiet minn perspettiva partiġġjana.", "Għax artna żgħira fil-qies u n-nies magħrufa, inħossuna l-ħin kollu priża ħafifa għall-kapriċċi tal-politiċi u l-klijentela tagħhom.", "Għaldaqstant, ħafna jiġu mġiegħla jilagħbu l-logħba tagħhom.", "Għall-biċċa l-kbira minna jidher li 'politika' tfisser dejjem b'xi mod 'gvern' u, agħar minn hekk, 'partiġġjaniżmu'.", "Min ma jilgħabx din il-logħba tal-imħuħ żgħar jissogra li lanqas biss jiġi kkalkulat bħala ċittadin.", "Il-bon sens", "Kull min għandu xi ħidma li b'xi mod tinvolvi l-pubbliku jilgħab il-logħba politika partiġġjana u, għalhekk, għandu aġenda politika li tmur magħha.", "Nies fil-kummerċ, artisti, organizzaturi ta' attivitajiet pubbliċi, għalliema, professjonisti u l-bqija ħafna drabi jsibu li ma jistgħux jirreżistu din il-ġibda.", "Xi wħud jintelqu għaliha b'aktar entużjażmu milli wieħed jistenna minnhom.", "Il-politika fiha nnifisha mhijiex ħażina.", "Anzi.", "Li wieħed jew waħda jħarrġu l-bon sens tagħhom fir-relazzjonijiet pubbliċi tagħhom hija meħtieġa u tista' wkoll tkun sabiħa.", "Iżda l-partiġġjaniżmu politiku, mhux biss huwa ħażin, iżda jnawwar l-istess relazzjonijiet pubbliċi tagħna bħala ċittadini.", "Dan għax il-partiġġjaniżmu, bl-aġendi tiegħu, jibbaża ruħu fuq il-firda u mhux il-kooperazzoni u l-ftehim.", "M'għandu xejn x'jaqsam mal-bon sens.", "Anzi, bil-kontra: inaqqsu u saħansitra jista' jeqirdu.", "Il-bnedmin jagħmluha ma' xulxin għall-kuntenizza ta' kulħadd, mhux biex idejqu lil xulxin jew jagħmlu l-ħajja ta' xulxin infern.", "L-'innoċenti'", "L-aġendi politiċi li ssib f'kull ħaġa pubblika li ssir f'Malta u Għawdex, kemm fuq il-livel tar-relazzjonijiet ta' bejn l-individwi kif ukoll fuq il-livell ta' bejn il-qaddejja pubbliċi u ċ-ċittadini, jimminaw il-ħbiberiji u fl-aħħar mill-aħħar irażżnu l-kooperazzjoni.", "Dan għax aġendi bħal dawn fl-aħħar mill-aħħar mhumiex onesti.", "Xogħolhom hu li jiġbdu lejhom.", "Dejjem.", "L-agħar huma xi nies pubbliċi li jilgħabuha li aġenda politika partiġġjana m'għandhomx.", "Jippreżentaw lilhom infushom bħallikieku huma l-aktar nies newtrali u politikament innoċenti tad-dinja.", "Ebda politika, fil-fatt, ma tista' tkun newtrali.", "Għax minnha nnifisha hi xi ftit jew wisq manipulazzjoni—mhux bilfors fis-sens ħażin—tas-sitwazzjonijiet li jinqalgħu fir-relazzjonijiet mal-oħrajn.", "In-nies 'politikament innoċenti' huma l-aktar perikolużi.", "Għax il-manipulazzjoni tagħhom—f'sens ħażin, din id-darba—hi l-aktar insidjuża u fina.", "Il-ħabi tagħhom hu aġenda fih innifsu ... li spiss ifisser sfruttament ta' ħaddieħor u d-dgħufijiet tiegħu.", "L-ogħla valuri", "Ħadd minna ma jista' jevita li jkun politiku għax kull wieħed u waħda minna rridu nagħmluha ma' ħaddieħor.", "Imma nistgħu, iva, ma nkunux partiġġjani.", "Din hi għażla tagħna, ukoll jekk bosta drabi tkun waħda diffiċli ħafna.", "Id-diffiċli, però, mhuwiex impossibbli.", "Jidhirli li l-kooperazzjoni u l-ftehim—mhux il-partiġġjaniżmu—għandhom ikunu l-ogħla valuri li nfittxu fil-politika tagħna ta' kull tip.", "Huwa b'dawn li nistgħu nibnu soċjetà aħjar u dinja isbaħ."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/04/opri-tarti.html", "title": "Opri t'arti", "text": ["Meta nitkellmu fuq opri t'arti, ħafna minna jaħsbu fil-pitturi u l-iskulturi famużi li jżejnu l-mużewijiet u l-knejjes tagħna.", "Ftit minna aktarx jistgħu jiftaħru li għandhom opra t'arti d-dar biex jitgħaxxqu biha.", "L-opri t'arti huma għaljin wisq u rari wisq biex iżejnu l-biċċa l-kbira ta' djarna.", "Madanakollu, opri t'arti jista' jkollok id-dar int ukoll.", "Mhux f'għamla ta' pitturi jew skulturi, iżda f'għamla oħra li, għalkemm prezzjuża, mhijiex daqshekk għalja.", "Stedina għalik", "Il-kotba jistgħu jkunu opra t'arti wkoll.", "Il-letteratura tad-dinja, flimkien ma' dik Maltija, hija miżgħuda bihom.", "Għax x'inhi opra t'arti jekk mhux xogħol kreattiv b'sura immaġinattiva u estetika qawwija?", "Opra t'arti għalija hija att ta' libertà perfetta.", "Nista' ngħid ukoll: att perfett t'imħabba.", "Li hija l-istess ħaġa.", "L-art ħallieq t'opra t'arti huwa bniedem li mar lil hinn minn dak li jxekkillu moħħu u qalbu, u ħalla 'l ruħu ħielsa titkellem għaliha.", "Nhar il-Ġimgħa, 20 t'April, 2018, se joħorġu għall-pubbliku żewġ opri t'arti f'waħda.", "Ktieb miktub minn Ingliż magħruf fil-letteratura u maqlub għall-Malti minn kittieb ieħor ta' ħila.", "Il-ktieb jismu", "Il-Kappillan ta' Malta", ".", "Kitbu Nicholas Monsarrat u qalbu għall-Malti Wistin Born, l-awtur tar-rumanz sabiħ", "Is-Salib tal-Fidda", ".", "Jien, bħala editur, ħadt ħsieb li nħejji dal-ktieb għall-pubbliku.", "Il-ħruġ tal-ktieb se jsir f'Palazzo De La Salle, Triq ir-Repubblika, il-Belt, ftit kantunieri 'l isfel mill-pjazza tal-palazz tal-granmastri (il-", "Mainguard", ").", "Is-serata tibda fis-7.30 ta' filgħaxija.", "Fiha se jkun hemm siltiet drammatizzata ta' dal-ktieb sabiħ.", "Manuskritt minsi", "Dal-ktieb,", "Il-Kappillan ta' Malta", ", hu rumanz ambjentat fi żmien l-agħar sentejn tat-Tieni Gwerra Dinjija f'Malta u Għawdex.", "Monsarrat kitbu fl-1972/73 u ħarġu għall-pubbliku fi tmiem daż-żmien.", "Ftit xhur wara, bil-permess tal-awtur, Wistin Born qalbu għall-Malti biex jinqara minn Charles Arrigo fuq ir-Rediffusion.", "Ir-rumanz inqara fl-aħħar xhur tal-1974 u l-bidu tal-1975.", "Din hi l-ewwel darba li dar-rumanz qiegħed jiġu ppubblikat bil-Malti.", "Il-manuskritt ta' Wistin Born baqa' msakkar f'arkivju għal madwar ħamsin sena u kważi nsieh kulħadd.", "Issa, wara daż-żmien kollu, is-Sensiela Kotba Soċjalisti (SKS) u jien qtajniha li nippubblikawh għax il-poplu Malti u Għawdxi jistħoqqlu li din l-opra t'arti tkun f'idejh u f'daru.", "Fiż-żmien li fih kiteb ir-rumanz, Monsarrat kien jgħix Għawdex, fir-raħal ta' San Lawrenz.", "Kien irtirat hawnhekk wara ħajja ta' tbaħħir.", "Hu kien minn Liverpool, l-Ingilterra, u l-baħar kien jiġġennen għalih.", "Fit-Tieni Gwerra Dinjija kien uffiċjal baħri fil-Baħar Attlantiku, u ħa sehem f'xi wħud mill-battalji l-kbar li saru hemmhekk tul il-gwerra.", "Storja Maltija", "Għalkemm jirrakkonta l-esperjenzi ta' qassis li ħadem qrib in-nies tal-Kottonera waqt il-gwerra, ir-rumanz hu aktar fuq il-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu.", "Fl-istorja sabiħa u mqanqla li jirrakkonta, kif ukoll fit-tifkiriet storiċi li jdaħħal għal għonq il-ktieb mill-istorja tal-Gżejjer Maltin, ir-rumanz ifisser bil-mod tiegħu l-qlubija li dejjem wera l-poplu tagħna matul iż-żminijiet.", "Il-messaġġ ewlieni li dar-rumanz jibqa' jagħti għadu jgħodd għal kulħadd sal-lum.", "Hu jagħti l-qalb lil min hu mħabbat mill-inkwiet u l-hemm tal-ħajja; jgħolli l-qalb ta' min hu mgħaffeġ minn xi xorti ħażina li messitu; ifarraġ il-moħħ ta' min ħsiebu ttiekel minn ħsibijiet koroh ta' dwejjaq u twegħir.", "Din l-opra t'arti ssabbar ir-ruħ għajjiena u ddewwi l-qalb maqsuma.", "Barra dan kollu, is-sbuħija tal-kelma Maltija, minsuġa mill-pinna u s-sengħa ta' Wistin Born, hi għaxqa.", "It-traduzzjoni tiegħu hi opra t'arti għaliha nnifisha li ftit hawn min jaf jagħmlu bħalha.", "Il-kitba mexxejja tar-rumanz hi mgħejjuna mill-għażla tal-kelma u mix-xeħta waħdanija li jingħataw — affarijiet li Born biss jaf joħloq.", "Għas-serata ta' nhar il-Ġimgħa hu mistieden kulħadd.", "Id-dħul huwa bla ħlas, u wara jkun hemm riċeviment ċkejken.", "Tonqosx!"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/04/in-nasba-tal-kompetittivita.html", "title": "In-nasba tal-kompetittività", "text": ["Il-kelma 'kompetizzjoni' saret qisha l-eqdes kelma ta' żmienna.", "Aktar minn kelma.", "Saret qisha l-isem ta' xi bibbja ġdida li ħadd ma jista' jmeriha jew jitħasseb fuqha.", "Kollox sar qisu jsir f'isimha.", "Weħedha weħedha, il-kelma saret qisha ġustifikazzjoni ta' kulm' għandu jsir u li 'l barra minnha jew mingħajrha hemm biss il-baħħ u t-telfien.", "Faqar", "Tabilħaqq, għax il-kompetittività hija l-egħżeż valur tas-suq ħieles.", "Għal dan, kulma jkabbar il-kompetittività huwa tajjeb; kulma jnaqqasha jew itellifha hija ħażina.", "Kulħadd qisu f'tellieqa waħda b'opportunitajiet indaqs.", "Kulħadd jingħata l-istess għajnuniet għal raġuni waħda: biex itellaq ma' ħaddieħor.", "Hija hija l-gidba kbira tan-neoliberaliżmu li qed ngħixu llum.", "Ibda' biex, li l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd ifissru ġustizzja, bħallikieku aħna lkoll l-istess u għandna l-istess ħtiġijiet jew l-istess ħiliet u snajja'.", "Il-ħrafa tal-opportunitajiet indaqs tħalli liż-żgħir jaqa' lura u lill-kbir ilebbet 'il quddiem.", "F'suq ħieles, fejn min jiflaħ jiġri jistgħana u min ma jiflaħx jitfaqqar, il-kompetittività taqta' nifs iż-żgħir u ġġib iżgħar milli diġa' hu.", "In-neoliberaliżmu jxejjer il-bandiera tal-opportunitajiet indaqs biex jaħbi l-krudeltà tiegħu u n-nuqqas ta' qalb li għandu għal min hu żgħir u żvantaġġjat mill-bidu ta' kull tellieqa.", "Firda", "Il-kompetittività tiftaħar li, f'dinja fejn is-suq ħieles, imrewwaħ min-neoliberaliżmu, iħalli lil kulħadd jagħmel l-almu tiegħu biex itellaq mill-aħjar li jista'.", "Imma min ma jistax?", "Ir-raġuni tgħidlek li ż-żgħir jenħtieġ l-għajnuna.", "Imma s-suq ħieles mhux hekk jgħidlek.", "Jgħidlek li min ma jtellaqx, it-tort hu tiegħu.", "Is-suq ħieles qatt ma jiddubita lilu nnifsu.", "Jagħti dejjem it-tort lin-nies.", "Jgħid li n-nies huma għażżenin, ma jridux jistinkaw, m'għandhomx rieda tajba.", "Is-suq ħieles dejjem iweħħel fin-nies, speċjalment liż-żgħir, mingħajr qatt ma jagħti t-tort lis-sistema kattiva u bla qalb tal-kompetizzjonijiet.", "Is-suq ħieles dejjem inassas lin-nies kontra xulxin.", "L-ewwel ma jagħmel hu li jifridhom minn xulxin, u jġegħilhom jiġru lkoll weħedhom.", "Imbagħad ikeskishom kontra xulxin, biex min jilħaq jilħaq u min ma jilħaqx jibqa' l-art.", "Mibegħda", "Jien konvint li l-kompetittività m'għandha xejn etiku.", "Min jemmen fis-suq ħieles, fit-trijonf tal-kapitaliżmu u fin-neoliberaliżmu ma jistax jaqbel miegħi.", "Jgħidlek li hu tajjeb li kulħadd itellaq; li hu tajjeb li kulħadd jistinka u jaqta' bi snienu; li hu tajjeb li n-nies jiġru 'l quddiem kulħadd għalih.", "Imma dan it-tajjeb ma fih ebda moralità fih.", "Jivvantaġġja lil min hu diġà vvantaġġjat u jiżvantaġġja lil min hu żvantaġġjat.", "Agħar minn hekk, ikompli jkabbar l-iżvantaġġ tal-kbir u l-iżvantaġġ taż-żgħir.", "Dan jagħmlu mingħajr ħniena ta' xejn għal ħadd.", "Is-suq ħieles, bil-manija neoliberali tiegħu tal-kompetittività, jobgħod lin-nies għax iqis lil kulmin hu dgħajjef għadu tal-progress, il-ġid u l-prosperità.", "Hu teorija immorali li, flok jemmen fil-ġustizzja, jgħolli 'l fuq dejjem u dejjem aktar is-suċċess individwali u egoistiku.", "Dmirna", "Is-soċjetà tagħna, li fiha nżergħet iż-żerriegħa tal-ħniena, illum tilqa' din il-falzità b'idejha miftuħa u tiċħad il-valuri tal-ħniena.", "Illum, iż-żgħir m'għandux ħajt ta' kenn fis-sistema ekonomika u politika li ġġenninna warajha.", "Għandu biss il-krudeltà tal-ispekulatur u l-qalb iebsa tal-wikkiel u r-rgħib.", "Aħna lkoll għandna d-dmir li niċħdu l-kompetittività li tħalli mijiet, jekk mhux eluf, jaqgħu lura u jinftaqru mis-sistema.", "Għandna d-dmir li nsejħu l-ħażen b'ismu.", "Għandna d-dmir li niddenunċjaw lil min qed jagħmel minn kollox u kemm jista' biex jimla' l-qlugħ tas-sinjur u jitfa' l-mewt qawwi f'wiċċ il-fqir.", "Hi l-karba ta' dal-fqir li ssejħilna biex niskunġraw din-nasba qarrieqa tal-kompetittività bla qalb."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/12/l-gageb-tal-presepju.html", "title": "L-għaġeb tal-presepju", "text": ["Kulmeta niġi biex nara xi presepju, dejjem infittex l-ewwel l-għaġeb.", "'Kif?' tgħidli, 'Mhux lill-bambin, jew lill-Madonna, jew lil San Ġużepp?", "Jew imqar lill-ħmara u l-baqra?'", "Le!", "Lil ħadd minn dawn.", "L-ewwel infittex l-għaġeb.", "U niddiżappunta ruħi ħafna meta ma nilmħux.", "'Fejnu l-għaġeb?' ngħid lil dak li jkun.", "Xi presepju jkun mingħajr l-għaġeb?", "Il-qima xierqa", "Jien ma nafx barra minn Malta u Għawdex x'jagħmlu.", "Jekk il-presepji jkollhomx l-għaġeb tagħhom.", "Għandu mnejn dil-figura hi xi ħaġa oriġinali tagħna.", "Jien għamilt xi ftit tfittxijiet fuq l-Internet, u sibt li l-ħsieb jidher li ġie mill-presepji ta' Napli.", "Ħaġa minn ewl id-dinja, aktarx.", "Għax il-presepji kollha, milli jidher, bdew minn hemmhekk, anki jekk jgħidu (tradizzjonalment) li kien San Franġisk li għamel l-ewwel presepju.", "Bit-Taljan l-għaġeb isejħulu '", "il meravigliato", "', u bl-Ingliż, '", "the amazed sherherd", "'.", "Hu x'inhu, aħna donna nisimgħu bih is-sena kollha, għax ma trid xejn biex xi ħadd jgħidlek li qisek l-għaġeb tal-presepju għax jarak tistagħġeb b'xi ħaġa għalxejn.", "Għalkemm xi wħud jinsew ipoġġuh fil-presepju tagħhom, donnhom tul is-sena ma jinsewx isemmuh biex jidħku xi waħda bik.", "Imma l-għaġeb ma naħsibx li hu tad-daħk xejn.", "Għalkemm, miskin, isejħulu l-għaġeb, u baqgħetlu, l-istagħġib tiegħu mhuwiex għalxejn.", "Jidhirli jien li, apparti s-sagra familja, il-figura tiegħu hi l-aktar xierqa fost dawk kollha li nqiegħdu fil-presepju.", "Dal-proxxmu jqim bl-istagħġib tiegħu.", "Għax l-istagħġib aktarx hu l-aqwa sura ta' qima.", "Il-bidu tal-għerf", "Il-filosfi tal-qedem ma naqsux li jqiegħdu l-istagħġib fil-bidu ta' kull ħsieb għoli fuq il-ħajja tagħna u d-dinja ta' madwarna.", "'L-istagħġib,' jgħid Platun 400 sena qabel Kristu, 'huwa l-bidu kollu tal-għerf' (Tetetu 155d).", "Aristotli wkoll, 350 qabel Kristu jgħid l-istess: 'Kien bl-istagħġib li l-bniedem illum u dejjem jibda jikseb l-għerf' (Metafiżika 982b).", "X'filosofija hi din li jitħaddtu fuqha dal-filosfi kbar Griegi tal-qedem?", "Hija l-filosofija li biha nistħarrġu l-misteri li niltaqgħu magħhom ġo fina u madwarna; li biha niskopru t-tweġibiet għall-ħafna mistoqsijiet li jitnisslu f'moħħna; li biha nfarrġu l-qalb tagħna fit-taqtiegħ u t-taqbid tagħha mal-ħajja.", "Biex nibdew nagħmlu dan—biex nistħarrġu, niskopru u nitfarrġu—jeħtieġ li l-ewwel inħallu l-ħajja u d-dinja tgħaġġibna.", "Kif?", "Billi nħalluhom jiġu għandna mingħajr ma nipprovaw ngħawġuhom u nibdluhom skont ma jfettlilna f'moħħna; inħalluhom jiltaqgħu magħna bħallikieku kienu affarijiet li għandhom xi ħaġa ġdida x'jgħidulna.", "Bla stagħġib", "Il-bniedem mingħajr stagħġib quddiem il-ħajja u d-dinja donnu wieħed li diġà jaf kollox, li m'għandu ebda ħtieġa li jitgħallem, li hu bravu żejjed, li jifhem f'kollox, li għandu t-tweġibiet kollha.", "Bniedem li mingħalih ma jista' għaġġbu xejn hu wieħed magħluq fl-injoranza tiegħu, li dak li jista' jaf hu biżżejjed, li għalih il-ħajja u d-dinja m'għandhom ebda misteru ta' xejn.", "Dan-nuqqas ta' stagħġib hu għamla ta' suppervja.", "Għax x'inhi s-suppervja jekk mhux li bniedem iħossu sodisfatt bih innifsu u b'dak li jaħseb li jaf?", "Is-sodisfazzjon li jħoss, falza kemm hi falza, timlilu għajnu u ġġiegħlu jaħseb li għandu kollox diġà u li miegħu ma jista' jżid xejn.", "Bniedem bħal dan ifaqqar lil ħajtu.", "Għax il-ftit li għandu hu kollox għalih.", "Agħar minn hekk, ma jista' jżid xejn miegħu.", "Mhux hekk ifakkarna l-għaġeb tal-presepju.", "Jaf kemm jaf, ma jafx biżżejjed.", "Jifhem kemm jifhem, ma fehemx biżżejjed.", "Għaref kemm hu għaref, għad fadal ħafna għerf li għad jista' jikseb.", "Hu hekk li jqim lil Alla: biex jibqa' jirċievi mingħandu l-ħajja u d-dinja ta' madwaru.", "Jalla nibqgħu lkoll għoġġieba!", "Is-sena t-tajba!"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/04/what-strategy-is-there.html", "title": "What strategy is there?", "text": ["Once more, the Catholic Church in Malta and Gozo is giving the damning impression that it is the same retrograde of old.", "Rightly or wrongly, the amendments to the Protection of Embryos Act ruffled its feathers, and the clarion call, \"Once more unto the breach, dear friends, once more\", has been blurted out.", "My interest here is not to defend any of the amendments.", "Nor is it to weigh the criticism drawn up by the Church or by its cohorts.", "My point is merely to discuss strategy.", "To be more precise, to consider how the Church seems to be strategically depositing itself in its opposition to the proposed amendments.", "In living memory we already have ample experience of this.", "What comes to mind is the divorce referendum campaign and the issue of same-sex marriages.", "Some will go as far back as to the Integration and Independence referenda.", "Each and every time, repeatedly, the campaign strategy of the Church ended up giving the impression that it stands against minority rights.", "This time around, we are already witnessing the soaring of hysterics, the simplistic arguments, the scare tactics, the crusading, the apocalyptic scenarios, and the banal catchphrases.", "And this is only the beginning.", "All suggest that the strategy, if a strategy there is, is already getting out of hand.", "With all of this hullabaloo, the Church is again appearing to be retrograde, irrational, intolerant, intransigent and insensitive.", "Undoubtedly, some would point out that much of these actions are mere individual initiatives; they do not form part of the main strategy.", "This only proves the point of how slapdash the whole strategic exercise is.", "Any infantry is allowed to shoot in any direction with whatever calibre, even artillery, at all times without tact or repudiation.", "To any sensible person, strategy needs to consider the outcome before anything else.", "The output needs to be tactful in both what it does directly, and what it unleashes indirectly.", "If one counts on success at all, one cannot miss the forest for the trees.", "In the case we consider here, the general impression of what the Church stands for—that is, to my mind, an institution which is on the side of \"the least of these brothers and sisters of mine\"—must be held in the highest regard.", "On the contrary, in the cases already mentioned, and more to boot, the strategy which the Church worked with left the sourest of impressions of herself.", "She might have scored some points, but dismally lost the battle of minds and hearts.", "In the long run, she emerged as an enemy of society; an enemy of progress and reform.", "This seems to be happening all over again right now.", "And the result will continue to be the same: reinforcing the impression of the Church as an institution to shun.", "Not because of the arguments she uses on these bio-ethical issues or on any other.", "Not because of whether the arguments make sense or not.", "Not because of some presumed political bias.", "But mainly because of the ruinous strategy of the campaign.", "I personally think that this is quite sad.", "Not that the Church doesn't get its way, as it did for centuries on end, or that its arguably sensible voice is not heeded, but because the Church can possibly do better than this.", "Also, more importantly, because a Church perceived as insensitive, intransigent, intolerant, irrational or retrograde is not the Church of Jesus, and thus cannot be the \"joy and hope\", the \"mother and teacher\", of anyone.", "Sad, furthermore, because it seems that in these islands we are forever doomed to have a clericalised Church which does not seem to comprehend the need of reforming its ecclesiological and anthropological outlook.", "Thereby procuring its own extinction.", "\"Clericalism prevents lay people from growing,\" Pope Francis once said (22/03/14), and, he might have added, it destroys the Church in the process.", "Perhaps this time it is still not too late to pull up her socks.", "(", "Times of Malta", ", Thursday, 26 April, 2018, Talking Point", ")", "See also (in Maltese):", "Erġajta Koppi!"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/12/nitwieldu-gall-milied.html", "title": "Nitwieldu għall-Milied", "text": ["Kienu l-kurituri tal-isptar imżejnin.", "Ħsieb sabiħ barra minn loku.", "Il-bambin ċkjeken fuq it-tajjar, ix-xiħ tal-Milied b'qanpiena f'idu, u saħansitra l-anġlu mdendel jperreċ 'Glorja 'l Alla' – kollha maħsuba biex iferrħu d-dwejjaq u għandu mnejn itaffu xi ftit it-tbatija tal-ġrajjiet li ngħaddu minnhom.", "Xorta waħda deherli li l-isptar ma kienx post it-tiżjin.", "Kif kien għaddej dan minn moħħi, resqet warajja mingħajr ma ntbaħt mara għadha kemxejn żagħżugħa li ħadtha mill-ewwel li kienet waħda mill-pazzjenti t'hemm ġew.", "Kienet qed iġġorr magħha lasta fuq ir-roti li magħha kellha mdendel flixkun iqattar bil-mod il-mod.", "Wiċċha kien mixrub u persuntha wkoll; iżda għajnejha kien għad kellhom dak l-istar tal-ħajja li tilmaħ f'nies b'saħħithom.", "Donnha basret x'kont qed naħseb, għax qaltli:", "'Jaqaw ma jgħoġbukx?'", "'Mhux ma jgħoġbunix,' weġibtha.", "'Narahom kemxejn żejda hawnhekk fl-isptar.'", "'Għala,' staqsietni.", "'Mela l-Milied mhux għall-pazzjenti wkoll jiġi?'", "'Mitt darba u elf,' laqlaqtilha.", "'Imma, taf int, hawnhekk donnu mhux post it-tiżjin.'", "Bqajna mixjin flimkien għal għonq il-kurutur.", "'Jien narah aktar postu hawnhekk milli f'ħafna postijiet oħra barra,' qaltli.", "Milli jidher, intebħet li kont stagħġibt b'li qaltli, għax kompliet:", "'Għax qed tistagħġeb?", "Barra, iva, ħafna minn dawn l-affarijiet aktar isiru għat-tiżjin, imma hawnhekk, fejn it-tbatija tmissha b'idejk, u l-mewt tħarisna f'wiċċna, isiru biex ifakkruna.'", "Jien domt ftit waqtiet biex ngħid kelma oħra għax ma stajtx nobsor biex kienet ġejja.", "Kulma għedtilha kien: 'Ifakkrukom xiex?'", "'Ara xiex!' stagħġbet issa hi.", "'Ifakkruna li l-ferħ mhuwiex tal-Milied, imma l-Milied hu tal-ferħ.'", "Kif qalet hekk, għolliet idejha sa fuq sidirha għadma u ġilda; jiena fhimt li kienet qed tgħid għal qalbha jew għas-sentimenti tagħha, xi ħaġa hekk.", "Ma tkellimtx; hi fehmet li ma kontx fhimt wisq.", "Tatni tbissima ħelwa li damet sekonda fuq xofftejtha, imbagħad qaltli:", "'Il-Milied mhuwiex dwar dak li twieled għalina daqskemm dwar dak li aħna nitwieldu għalih.", "Hu twieled biex aħna ngħixu; aħna ngħixu biex nilqgħu 'l dak li twieled.", "Qabel nilqgħuh m'hemmx Milied għalina ... hemm biss tiżjin.'", "Għajnejha kbar kienu qed iħarsu lejja; jien kont qed inħares lejha bħal wieħed mismut.", "'Għalhekk,' kompliet, 'sabiħ il-ħsieb ta' min għamel dawn l-erba' tiżjiniet hawnhekk.", "Għalina jfissru ħafna.", "Huma ta' faraġ―ma tafx?―għax ifissru li t-tama twassalna lil hinn mit-tbatijiet ta' issa.'", "Ħassejtni mċekken quddiem dil-mara li għallmitni.", "Meta sellimtilha biex ngħaddi għand min kelli nżur, ħassejt bħal serħan mhux mistenni ġewwa fija.", "Kien tatni rigal mill-isbaħ.", "Kif ġew l-affarijiet, lil dik il-mara qatt ma rajtha aktar.", "Tgħidli qalbi ilha żmien li nġabret.", "L-għajnejn li tatni biex nara 'l ta' madwari b'tifsir ġdid, kemm lill-mixħutin mifluġa u kemm lill-qalbiena li jieħdu ħsiebhom, għandhom fuqi sal-lum.", "Ma jitilquni qatt ... għax ġew mill-imġarrab u l-għerf tal-imġarrab m'għandux prezz.", "Għaddew bosta Miliedijiet minn dak in-nhar u dejjem nibqa' niftakar f'dik l-appostlu tat-tama li farrġitni.", "Kliemha jibqa' jdoqq f'widnejja u għajnejha jibqgħu jserħu 'l qalbi.", "Jekk għaddiet minn dil-ħajja għadha wkoll tgħix mingħajr ma tgħaddi.", "Lilek u lill-familja tiegħek nixtieqlek Milied hiena u sabiħ.", "Jalla dawk kollha li jżommu dal-jiem f'għożża mqar ċkejkna jagħarfu li l-Milied, tabilħaqq, mhuwiex dwar dak li twieled għalina daqskemm dwar dak li aħna nitwieldu għalih.", "Il-Milied it-tajjeb!"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/04/ana-lkoll-galliema.html", "title": "Aħna lkoll għalliema", "text": ["Għal ħafna minna, l-għalliema huma dawk li jgħallmu fl-iskejjel.", "Dawn huma għalliema, tassew, imma mhux biss.", "Ilkoll kemm aħna ngħallmu lil xulxin u nitgħallmu minn xulxin.", "Irridu jew ma rridux, imħarrġa jew le, professjonali jew le, aħna lkoll għalliema.", "Nitgħallmu minn xulxin", "In-nies jitkellmu man-nies u jagħmluha ma' xulxin.", "Dan l-għemil sempliċi jqegħidna f'qagħda li nosservaw lil xulxin, nisimgħu lil xulxin u nirreazzjonaw għal dak li jgħid u jagħmel ħaddieħor.", "L-istess jagħmlu n-nies magħna: josservawna, jisimgħuna, jirreazzjonaw għal għemielna u kliemna.", "Dan ma nistgħux naħarbuh.", "Isir il-ħin kollu: ġewwa d-dar ma' ħaddieħor u 'l barra minnha.", "B'dan l-għemil aħna lkoll niltaqgħu ma' kull tip ta' nies ta' kull età.", "Bħalma nagħmlu aħna, huma wkoll ikollhom moħħhom jirreġistra dak li qed jagħmel u jgħid ħaddieħor.", "Ikunu qed jiżnuh, jagħbluh, iqisuh u jixtarruh.", "L-osservazzjoni twassal għall-ħsieb, u l-ħsieb iwassal għat-tixrid u l-qsim tal-ideat.", "Dan hu proċess kontinwu ta' tagħlim li jiġi mil-laqgħat tagħna ma' ħaddieħor.", "Aħna, fil-fatt, ninsabu l-ħin kollu nitgħallmu mingħand ħaddieħor, u ħaddieħor jinsab il-ħin kollu jitgħallem mingħandna.", "X'nitgħallmu u x'ma nitgħallmux hija ħaġ'oħra.", "Imma dejjem jibqa' l-fatt li aħna lkoll għalliema ta' xulxin, u dan ma nistgħux naħarbuh.", "Għalliema bla ċertifikat", "Li nistgħu nagħmlu hu li nagħarfu r-responsabbiltà li dal-proċess ta' tagħlim iqiegħed fuq spallejna, speċjalment meta nagħmluha ma' min hu iżgħar minna.", "Dawn ukoll qed josservawna, jisimgħuna u jitgħallmu mingħandna.", "U dak li jitgħallmu mingħandna huwa kemm it-tajjeb ta' dak li ngħidu u nagħmlu, u kemm il-ħażin.", "Min jinsa li hu l-ħin kollu għalliem, jinsa wkoll ir-responsabbiltà li għandu fil-formazzjoni u l-iżvilupp ta' ħaddieħor.", "Jinsa li b'għemilu u bi kliemu qed jgħaddi valuri li ħaddieħor jista' jitħajjar jagħmilhom tiegħu u jgħix bihom.", "Maż-żgħar u ż-żgħażagħ din ir-responsabbiltà tagħna tista' tkun determinanti, speċjalment jekk iqisuna bħala nies, kemm jekk qraba kif ukoll jekk ħbieb, li għandhom javdawhom.", "Lilna ħadd ma jagħtina l-permess jew xi ċertifikat biex ngħallmu lil ħadd, iżda lanqas ħadd ma jista' jżommna milli ngħallmu lil ħaddieħor, jekk mhux f'xi skola, fil-ħajja ta' kuljum.", "Il-ġenituri, in-nanniet, iz-zijiet, il-qraba, il-ġirien, il-ħbieb ... dawn kollha jgħallmu l-ħin kollu, jekk mhux liż-żgħar, lill-kbar li jagħmluha magħhom u jitkellmu magħhom.", "L-iskola tal-ħajja", "It-tagħlim huwa meħtieġ f'kull soċjetà.", "Hu wkoll sabiħ.", "Iżda hu wkoll delikat.", "Għax hawn min, għax ma jafx li hu għalliem permanenti, jitkellem u jaġixxi bl-addoċċ mingħajr l-iċken ħsieb li qed jgħallem.", "Din hi irresponsabbiltà kbira li tista' tagħmel ħafna ħsara daqskemm tista' tagħmel ħafna ġid.", "Għax ħadd minna ma jista' jwaqqaf lil ħaddieħor milli jitgħallem mingħandna.", "Il-ġid li jiġi mit-tagħlim tagħna jintwera fil-valuri li ngħixu u nistqarru.", "Dawn jistgħu jkunu valuri li jgħinu 'l-persuni jikbru daqskemm oħrajn li jiswew biex iċekknuhom u jbaxxuhom.", "Jidhirli li lkoll kemm aħna għandna nferrxu l-valuri t-tajba u mhux il-ħżiena, jiġifieri dawk il-valuri li jkabbru n-nies fid-dinjità u r-rispett tagħhom infushom.", "L-iskola tal-ħajja, li fiha aħna lkoll għalliema mingħajr ċertifikat, hija importanti daqs kull skola oħra li fiha jgħallmu għalliema professjonali biċ-ċertifikat.", "Għandha mnejn xi kultant tkun saħansitra aktar importanti minnhom.", "Għalhekk, għaraf sewwa din il-ħila tiegħek ta' għalliem jew għalliema ta' ħaddieħor.", "Kun kburi jew kburija biha.", "U għexha bl-għaqal u l-bżulija.", "Kun dejjem għalliem jew għalliema li ħaddieħor jista' joqgħod fuqek, jisma' minnek u jimitak."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/08/il-tiega-tal-oppozizzjoni.html", "title": "Il-ħtieġa tal-oppożizzjoni", "text": ["Meta pajjiż jispiċċa bi gvern li m'għandux oppożizzjoni ma jistax ikun li jitqies f'qagħda politikament tajba.", "L-oppożizzjoni hija parti importanti u essenzjali tal-proċess demokratiku.", "Bħalissa, fi żmien rari tal-ħajja politika tal-pajjiż (għalkemm mhux għall-ewwel darba u wisq probabbli lanqas għall-aħħar), din hi s-sitwazzjoni li għaddejjin minnha.", "Il-gvern jinsab mingħar oppożizzjoni; jekk din ma jistgħux jipprovduha n-Nazzjonalisti, għandu jipprovdiha l-Partit Laburista.", "Proċess mdgħajef", "Meta partit politiku jitla' fil-gvern, ħafna drabi jiġri li dak il-partit jitbattal minn ħafna nies siewja li kienu parti mill-amministrazzjoni tiegħu sabiex jidħlu fl-amministrazzjoni tal-gvern, u l-partit innifsu jiżżarma mill-apparat kritiku tiegħu.", "Dan ġara liż-żewġ partit politiċi ewlenin kemm-il darba, u xi ftit Jew wisq ġara wkoll lill-Partit Laburista mill-2013 'l hawn.", "Għalkemm dan il-proċess qatt ma jagħmel ġid lill-partiti, xi minn daqqiet jilħaq proporzjonijiet dannużi partikularment serji.", "Il-mument kurrenti huwa wieħed minnhom.", "Hija sfortuna li qed naraw il-Partit Nazzjonalista jinqasam fi tnejn b'riżultat li l-qawwa tal-oppożizzjoni tiegħu, partikularment meħtieġa għall-proċess demokratiku, hija mdgħajfa.", "Is-sehem tal-oppożizzjoni uffiċjali politika m'għandhiex x'taqsam biss mal-parlament, għalkemm hawnhekk aktarx huwa l-aktar li tidher, imma wkoll ma' oqsma oħrajn, mhux anqas meħtieġa u importanti, tal-amminsitrazzjoni governattiva.", "Għaldaqstant, id-dgħufija tal-oppożizzjoni turi ruħha fuq bosta livelli sensittivi.", "Mekkaniżmu difettuż", "Il-gvern jeħtieġ oppożizzjoni b'saħħitha, kemm fil-parlament, imma wkoll, jekk mhux aktar, fid-diversi oqsma tal-mekkaniżmu governattiv li fihom l-oppożizzjoni hija rappreżentata statutorjament.", "Oppożizzjoni b'saħħitha tfisser hawnhekk li jkun ċar min qed imexxiha, huwiex il-kap uffiċjali tagħha jew, minħabba l-qasma, xi ħadd ieħor b'mod informali.", "Bħalissa dan ma huwa ċar xejn.", "B'żewġ kapi tal-oppożizzjoni, wieħed uffiċjali u l-ieħor informali, il-qagħda tidher konfuża, partikularment meta ż-żewġ gruppi rispettivi ta' dawn il-kapi ma jaqblux bejniethom, kif ħafna drabi jidher li qed jiġri, fuq linji ta' politika li jistgħu jaffettwaw lill-pajjiż, illum jew 'il quddiem, kemm jekk dawn jiġu għall-attenzjoni tal-poplu kif ukoll jekk ma jiġux.", "Gvern li ma jafx fejn qiegħed fuq il-pożizzjonijiet tal-oppożizzjoni parlamentari jista' jasal―u bir-raġun―li, biex imexxi mingħajr konfużjoni żejda, jinjorahom kollha.", "Dan ifisser li biċċa importanti u essenzjali tal-mekkaniżmu demokratiku jkun difettuż serjament, u, għaldaqstant, tbati d-demokrazija nnifisha.", "Rwol meħtieġ", "Il-Partit Laburista għandu jimla' dan il-vojt.", "Għalkemm normalment partit politiku fil-gvern ma jkunx meħtieġ minnu dan ir-rwol, anki jekk hu dejjem mixtieq, issa ċ-ċirkustanzi qed jitolbu li jittieħdu miżuri straordinarji; qed jitolbu li l-Partit Laburista joffri lill-gvern tiegħu stess il-kritika analitika li ma jistax jagħti l-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni.", "Aktarx tista' tidher stramba li partit politiku jagħmilha ta' oppożizzjoni għall-gvern tiegħu stess, imma dak li ma jsirx b'mod uffiċjali m'għandux irażżan li jsir b'mod informali.", "It-teknika mhijiex li l-partit jimla' l-post tal-oppożizzjoni f'pożizzjonijiet uffiċjali, għax dan ma jistax kostituzzjonalment jagħmlu, imma għall-anqas li joffri lill-gvern il-benefiċju tad-dubju.", "Il-gvern m'għandux jifraħ (bħalma aktarx mhuwiex) li m'għandux oppożizzjoni jew li għandu oppożizzjoni dgħajfa wisq.", "Fl-aħħar mill-aħħar, ħaġa bħal din dannu tiswielu fit-tul taż-żmien.", "F'demokrazija l-gvern għandu dejjem il-ħtieġa ta' min jiqaflu.", "L-inizzjattiva li l-partit tiegħu stess jipprovdi dan ir-rwol trid tiġi mingħandu u mit-twemmin tiegħu li oppożizzjoni qawwija hi meħtieġa fil-proċess demokratiku li jħaddem.", "Il-ħtieġa tal-oppożizzjoni qed tinħass aktar ma l-kriżi fil-Partit Nazzjonalista titwal.", "Ovvjament, l-aqwa soluzzjoni tkun li dal-partit isolvi l-qasma li għandu bħalissa mill-aktar fis.", "Imma dan ma jistax jagħmlu l-gvern.", "Wisq anqas il-partit politiku tiegħu."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/04/ergajna-koppi.html", "title": "Erġajna koppi!", "text": ["Il-Knisja Kattolika f'Malta u Għawdex reġgħet qed tiskjera ruħha kontra l-minoranzi tas-soċjetà.", "Ma titgħallem qatt!", "Ibda mill-kwistjoni ma' Strickland bejn l-1928 u l-1932, għaddi għar-riformi ta' Boffa biex jidħlu t-taxxa fuq il-qligħ u l-vot tan-nisa, kompli bir-referenda tal-Integration u l-Indipendenza, u spiċċa bir-referendum fuq id-divorzju u bil-liġi tas-sħubijiet ċivili, l-istorja baqgħet tirrepeti u tirrepeti u tirrepeti u tirrepeti ruħha mingħajr qtugħ.", "Knisja reazzjonarja.", "Knisja li tidher skjerata kontra ż-żgħir.", "Knisja magħluqa fil-bużżieqa ta' moħħha.", "Wara kollox, ...", "Knisja li tibqa' deċiża li tispara f'saqajha.", "Il-problema", "Issa waslet id-daqqa fuq il-kwistjoni tal-emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun.", "Erġajna bdejna naraw l-isteriżmi.", "Erġajna bdejna nisimgħu l-argumenti sempliċisti.", "Erġajna bdejna naraw il-kruċjati.", "Erġajna bdejna nisimgħu bix-xenarji apokalittiċi.", "Erġajna bdejna naraw ... insomma ... erġajna bdejna naraw il-vavati ta' dejjem.", "Il-problema tiegħi mhijiex fl-argumenti li qed isiru, biex inkunu ċari.", "Hawnhekk m'iniex niddefendi l-emendi proposti mill-gvern tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun.", "Lanqas ma jien neħodha kontra l-kritika tal-Isqfijiet ta' Malta u t'Għawdex jew dik tal-gruppi filokattoliċi.", "Il-problema tiegħi hi purament ta' strateġija.", "Pura u ċara: l-istrateġija li tidher qed tiskjera l-Knisja Kattolika ta' dawn il-gżejjer kontra d-drittijiet ta' xi minoranza—f'dan il-każ, f'rabta mad-donaturi taċ-ċelloli għat-tnissil, il-maternità surrogata u l-iffriżar tal-embrijuni—hija kontraproduċenti.", "Strateġija bħal din tkompli tinforza l-perċezzjoni, ġusta jew le, tal-Knisja bħala waħda retrograda, irrazzjonali, intolleranti, instransiġenti u insensittiva.", "L-impressjonijiet", "X'issib min jgħidlek?", "Issib min jgħidlek li l-isteriżmi, is-sempliċiżmi, il-kruċjati, l-apokalittiżmi u l-vavati mhumiex parti mill-istrateġija tal-Knisja.", "Mitt darba u elf.", "Allaħares kienu! ...", "Imma hekk", "jidhru", ".", "Għalhekk hi kwistjoni ta' strateġija.", "Ħalli s-sitwazzjoni ma taħrablekx minn idejk ... kif diġà ħarbet.", "Ħarsa ħafifa lejn il-manifestazzjoni li saret il-Ħadd li għadda—b'sorijiet, b'saċerdoti bil-kullar, b'isqfijiet jiċċaċċru u b'kartelluni prefabbrikati u b'għadd ta' nies (minbarra tfal) li ma jifhmux akka f'kwistjonijiet tant delikati bħal dawn—malajr tintebaħ li l-karru diġà qabeż liż-żiemel u beda jkaxkru warajh.", "L-istrateġija ta' kampanja mhijiex magħmula biss minn dak li l-istratega jitwebbel li jagħmel.", "Hi magħmula wkoll—għandu mnejn ħafna u ħafna aktar—minn dak li ħaddieħor", "jifhem", "li l-istratega qed jagħmel.", "U ħaddieħor x'impressjoni seta' jieħu minn tal-Ħadd li għadda?", "X'impressjoni seta' jieħu dil-ġimgħa minn Għawdex?", "X'impressjoni seta' jieħu dil-ġimgħa fuq l-Internet, fejn kellek lil kulħadd itaqtaq bl-addoċċ?", "X'taħseb li kienet l-impressjoni li seta' jieħu fil-kuntest lokali—lat essenzjali f'kull strateġija—ta' kważi seklu ta' reazzjoniżmu klerikali u ekkleżjastiku?", "L-umiljazzjonijiet", "Ngħidlek jien x'impressjoni seta' ħa: impressjoni ta' Knisja Kattolika li hi, għal darba oħra, għall-elf darb'oħra, retrograda, irrazzjonali, intolleranti, instransiġenti u insensittiva!", "Mil-lat purament strateġiku, m'għandu x'jaqsam xejn din hijiex impressjoni tajba jew le; m'għandu x'jaqsam xejn qabadx l-irquqijiet tal-argumentazzjoni jew le; m'għandu x'jaqsam xejn fehemx il-kwistjoni jew le.", "Tgħodd biss il-perċezzjoni.", "U f'dal-każ hija pessma.", "Dan għamel, qed jagħmel u se jibqa' jagħmel ħsara kbira lill-Knisja nnifisha.", "B'dan il-mod, qed teqred lilha nnifisha; qed teqred ir-relevanza tagħha f'dawn il-gżejjer; qed tiġi mwarrba dejjem u dejjem aktar.", "Kemm dan hu tajjeb, hu diskutibbli.", "Ibqa' l-fatt li din l-istituzzjoni venerabbli qed tagħmel, donnha apposta, lilha nnifisha vulnerabbli dejjem aktar.", "Imma għandu mnejn għadu mhuwiex tard, għall-anqas din id-darba, li l-affarijiet jitranġaw xi ftit.", "Xejn xejn, neħilsu ftit mill-umiljazzjoni li l-paroli fil-vojt u l-istupitaġnijiet iġegħluna nġarrbu għalxejn.", "Dan l-artiklu xxandar f'", "It-Torċa", "fis-6 ta' Mejju tal-2018", "Ara wkoll (bl-Ingliż):", "What strategy is there?"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/08/il-maskra-ta-momu.html", "title": "Il-maskra ta' Momu", "text": ["Momu kien l-isem li fil-mitoloija tagħhom il-Griegi tal-qedem taw liċ-ċensura, li kienet dejjem marbuta mal-kritika inġusta.", "Imma l-inġust minn dejjem ġie definit minn min jippreżumi li jaf x'inhu l-ġust, u l-ġust minn dejjem ġie definit minn min għandu s-setgħa tal-kelma u l-espressjoni.", "Għaldaqstant, Momu ma kienx jinġieb mill-allat minħabba lsienu.", "Momu ma kienx jemmen f'maskri, la ma' wiċċu u lanqas ma' wiċċ ħaddieħor.", "Maskri mneħħija", "Il-mitoloġija hija għamla ta' diskors.", "Jissejħu allat dawk il-kwalitajiet li l-bniedem għaraf madwaru u fih innifsu.", "Lil dawn tahom wiċċ biex jitħaddet fuqhom b'aktar faċilità u kunfidenza.", "Sawwarhom f'allat minħabba li l-bniedem żammhom bħala xi ħaġa 'l barra minnu għalkemm kien jaf tajjeb li ma kinux.", "Il-mitoloġija hi għamla ta' diskors li ddur dawra mal-bniedem bil-kwalitajiet sbieħ u koroh tiegħu.", "Fost l-istejjer marbuta ma' Momu hemm waħda ħelwa.", "Darba waħda, dan Momu ġie mitlub jgħid x'jaħseb fuq il-ħlejjaq ta' Żew, l-alla tal-allat, t'Atena, l-alla tal-għerf, u ta' Promitew, l-alla tal-għaqal.", "Żew kien ħoloq bniedem, Atena kienet ħoloq dar u Promitew kien ħoloq barri.", "Momu kkritikhom it-tlieta.", "Qal l-bniedem ta' Żew kien imissu għandu moħħu barra l-kranju ħalli kulħadd jara x'inhu jaħseb tassew u ma joqgħodx jaħbi jew jigdeb.", "Qal li d-dar t'Atena kien imissha għandha r-roti ħalli titmexxa b'ħeffa u ma tagħmel imkien pussess tagħha.", "Qal li l-barri ta' Promitew kien imissu għandu għajnejh fuq qrunu ħalli jara aħjar lil min u 'l xiex qed jattakka u joqgħod farka lura.", "Din il-kritika kollha m'għoġbotx lill-allat (naturalment) u keċċewh 'il barra minn Olimpu, il-muntanja ta' darhom, biex darb'oħra jagħraf iliġġem ilsienu; jitgħallem jilbes maskra.", "Maskri ġodda", "Iċ-ċensura minn dejjem kienet l-aqwa arma tal-kontroll, l-oppressjoni u l-manipulazzjoni.", "Il-ħakma ta' bniedem fuq ieħor qatt ma kienet possibbli mingħajr iċ-ċensura.", "Il-pussess fuq it-tagħrif minn dejjem kien għodda qawwija tas-setgħa.", "Biċ-ċensura ma kienx tkun possibbli l-mixja tal-bniedem lejn soċjetà ta' rispett u opportunitajiet miftuħa għal kulħadd.", "Iċ-ċensura mhux dejjem tkun ovvja.", "F'kull soċjetà għandek għamliet ta' pressjoni―magħmula minn drawwiet, liġijiet mhux miktuba, twemmin, il-moda u l-bqija―li jġiegħlu lin-nies jiċċensuraw lilhom infushom mingħajr ħadd ma jġegħilhom direttament.", "Il-midja tintuża ħafna għal dan ix-xogħol biex tinfluwenza lin-nies u ġġegħilhom jaħsbu kif irid ħaddieħor.", "Barra minn hekk, kull bniedem jiċċensura lilu nnifsu jieħu edukazzjoni li tibdlu ħalla ma jinbagħadx minn ħaddieħor.", "Dan nagħmluh ilkoll kemm aħna hekk kif nitilqu t-tfulija u nsiru aktar konxji tal-għajxien li rridu nagħmlu ma' ħaddieħor.", "Maskri ta' jasar", "Il-maskri taċ-ċensura jieħdu ħafna għamliet.", "L-agħar fosthom huma dawk moħbija, li ma jarahom ħadd, li ma jitqegħdux fi kliem, li ma jiġux iddikjarati, li ma jsemmihom ħadd.", "Huma maskri li jliġġnu l-kritika, l-espressjoni ħielsa, ix-xandir ta' ideat ġodda, u jinkoraġġixxu l-wiċċ b'ieħor, ir-rispett uman, il-ftaħir, it-tifħir mhux mistħoqq u l-gideb.", "Momu kien imkeċċi minn mal-allat.", "Dan kellu jiswielu ta' nuqqas għalih, għalkemm aktar għandu jitqies li kien ta' ġieħ.", "Aħjar bla maskra u mkeċċi milli bil-maskra u mħaddan.", "X'Olimpu hu jekk kulħadd bil-maskri?", "Momu għażel tajjeb, ukoll jekk dan ġablu ħafna hemm u mrar.", "Kullimkien fid-dinja l-Momuijiet tal-lum jitqabdu kontra istituzzjonijiet li jridu jibqgħu jgħakksu lil min jiġi taħthom.", "Il-maskri jibqgħu jitwaqqgħu mill-uċuħ u l-bniedem jibqa' jitqabad kontra l-kontroll tat-tagħrif u l-manipulazzjoni tal-popli.", "Il-maskri għall-allat tajbin, imma mhux għall-bnedmin."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/05/il-politika-tac-celebrazzjoni.html", "title": "Il-politika taċ-ċelebrazzjoni", "text": ["F'Sidney, l-Awstralja, issir kull sena ċelebrazzjoni immensa msejħa \"Mardi Gras\" (taqraha", "mar-di gra", ").", "Din taħbat kull tieni Sibt ta' Marzu.", "Huwa l-appuntament annwali tal-", "gay", ", il-lesbjani, it-travestiti, it-transesswali u l-bqija.", "Id-differenza kbira bejn din l-attività u oħrajn simili tagħha li jsiru f'Sidney stess u f'inħawi oħra tad-dinja hija li, filwaqt li dawn huma ċelebrazzjoni politika, din tista' tissejjaħ il-politika taċ-ċelebrazzjoni.", "Demostrazzjonijiet apolitiċi", "X'differenza hemm bejn it-tnejn?", "Fil-waqt li ċ-ċelebrazzjoni politika tiġbor attivitajiet li jagħmlu preżenza, punt u/jew protesta politika, il-politika taċ-ċelebrazzjoni tiġbor attivitajiet li huma maħsuba biss biex min jieħu sehem fihom―f'dan il-każ,", "gay", ", lesbani u l-qbija―jieħdu gost, jiffesteġġjaw, jagħmlu frattarija, joħolqu karnivalata ...", "Ovvjament, diċ-ċelebrazzjoni pjaċevoli jkollha lat politiku, bla dubju.", "Imma l-iskop ewlieni tagħha ma jkunx politiku; anzi, ikun apolitiku, kontra l-korrettezza politika, lil hinn minn dak li jkun politikament aċċettabbli.", "L-iskop ewlieni jkun iċ-ċelebrazzjoni tal-identità proprja skont kif jiddefiniha, u biss, dak li jieħu sehem fil-festeġġjament.", "Dan ftit imdorrijin bih f'pajjiżna, għax il-bosta demostrazzjonijiet li jsiru―forsi xi ftit bl-eċċezzjoni tal-karnival tan-Nadur―isiru bi skop politiku, mhux għas-sempliċi pjaċir taċ-ċelebrazzjoni, bl-eċċessi u l-impropizzji kollha li dan jimplika.", "Dan jinkludi d-demostrazzjonijiet tal-", "gay", ".", "Narrattivi postveritiera", "Il-'Mardi Gras' tal-", "gays", "ta' Sidney hu eżempju magħruf ta' dan.", "Iċ-ċelebrazzjoni ilha ssir 40 sena.", "Illum iġġib flimkien aktar minn 15,000 ruħ, hi waħda mill-akbar attivitajiet annwali fl-Awstralja kollha, u tiġġenera mat-30 miljun dollaru fis-sena.", "Fuq l-ewwel darba li ġie ċċelebrat dan il-festival―fl-24 ta' Ġunju tal-1978―wieħed mill-kotba li għadu kemm ħareġ hu tal-avukat Malti, Joseph Carmel Chetcuti, li jgħix l-Awstralja.", "Il-ktieb jismu", "Sydney's First Gay Mardi Gras: What brought it on and how it changed us", "(L-ewwel Mardi Gras tal-", "gay", "f'Sidney: Kif beda u kif biddilna).", "Il-ktieb hu wieħed riċerkat bis-sħiħ minn dokumenti uffiċjali, gazzetti ta' dak iż-żmien, xbihat awdoviżivi, u ħafna intervisti ma' nies li kienu nvoluti direttament.", "Minkejja li jinkludi l-esperjenzi tiegħu nnifsu, minħabba li kien ħa sehem f'dik l-attività erbgħin sena ilu, Chetcuti jżomm imparzjalità skrupluża filwaqt li jiddiskuti l-istħarriġ tiegħu skont ir-regoli aċċettati tal-istorjografija.", "Waħda mill-miri ewlenin tal-ktieb hija li, kif jikteb Chetcuti stess, \"jikkonfronta t-theddida tal-promozzjoni ta' storja maħduma, postveritiera u, xi minn daqqiet, li taqdi lil min jiktibha.\"", "B'hekk jidħol fil-polemika tan-narrattivi differenti li jinterpretaw l-ewwel Mardi Gras tal-", "gay", "u l-lesbjani f'Sidney; bejn dawk li jsostnu li kienet protesta jew attività politika, u l-bqija li jisħqu li ma kienet hekk xejn, iżda sempliċiment festa, '", "street party", "', mument ta' gost madwar xi tip ta' identità komuni.", "Aktar minn storja", "Il-ktieb fih seba' kapitli, daħla ġenerali u daħla metodoloġika, u għaxar żidiet.", "Chetcuti jistħarreġ l-ambjent tal-", "gay", "u l-lesbjani fis-sebgħinijiet tas-seklu l-ieħor, kif beda l-ewwel Mardi Gras, x'ġara fil-lejl tal-24 ta' Ġunju tal-1978 bejn Taylor Square u Hyde Park f'Sidney, l-attakki tal-pulizija fl-ewwel sigħat tal-għada, l-arresti li saru, l-impatt tal-attività fuq il-ħajja tal-", "gays", "u l-lesbjani Awstraljani, u r-rikonoxximent tal-attività fis-snin ta' wara.", "Chetcuti jagħraf l-importanza li n-narrativi tal-istorja ma jiġux ikkapparrati minn storiċi li jridu jgħawġu l-fatti billi jinterpretawhom skont ma jaqbel l-aġendi li ġew wara.", "L-istorja ma teżistix jekk mhux fl-interpretazzjonijiet tagħha; aħna noħolquha waqt li nirrakkontawha.", "Madanakollu, il-fatti jridu jitħallew jitkellmu għalihom infushom kemm jista' jkun.", "Għalhekk, aktar ma l-istoriku jinkludi fatturi u dimensjonijiet fin-narrattiva tiegħu, aktar jista' jagħmel ġudizzju imparzjali mingħajr ma jagħmel ġudizzji 'politiċi' li jaqblu lilu.", "Chetcuti seta' jagħmel dan b'mod aktar perspikaċi għax kien preżenti għall-ewwel Mardi Gras tal-", "gays", "u l-lesbjani f'Sydney personalment.", "Minkejja dan, il-ktieb tiegħu m'għandux siwi storiku f'rabta biss ma' dil-attività.", "Hu wkoll ritratt antropoloġiku u soċjali tal-", "gays", "u l-lesbjani Awstraljani fis-sebgħinijiet.", "Joħroġ ċar x'triq twila mxew minn dak iż-żmien sal-lum.", "Il-ktieb jinxtara minn", "hawnhekk", "."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/12/memorji-qosra.html", "title": "Memorji qosra", "text": ["Spiss tisma' lil min jitkellem fuq avvenimenti strambi bħallikieku qed jiġru fi żmienna għall-ewwel darba jew li huma xi fenomeni ta' żmienna biss.", "Bi ftit ħsieb tintebaħ li l-memorji ta' bosta ma tantx iservuhom tajjeb għax jinsew li l-istramberiji li jilmħu ġraw ukoll fl-imgħoddi, xi kultant b'intensità jew frekwenza aktar milli fil-preżent.", "Ħafna donnhom jippreferu jaħsbu li ż-żmien li jgħixu fih huma huwa aktar speċjali minn żminijiet oħra.", "Żmien uniku?", "Avvenimenti naturali, politiċi, soċjali jew ukoll ekonomiċi spiss jiġbdu l-attenzjoni għar-rarità tagħhom.", "Ħafna jeħduhom bħala affarijiet li qatt ma ġraw bħalhom qabel u li, għalhekk, iqisuhom bħala xi sinjal li żmienna xi affarijiet qed imorru lura jew huma eċċezzjonali.", "Jekk toqgħod biss fuq il-memorja tan-nies, dan jidher perfettament loġiku.", "Iżda jekk tqallem il-paġni tal-istorja, imqar ħafif ħafif, tintebaħ li din l-impressjoni ma tagħmel sens xejn.", "Il-biċċa l-kbira tal-affarijiet li jiġru fi żmienna, kemm dawk li tagħmel il-natura daqskemm dawk li jagħmel il-bniedem, ġraw spiss fl-imgħoddi u xi kultant b'frekwenza u b'intensitajiet akbar.", "Imma kemm-il darba tisma' lil min jgħid: 'Ma niftakarx li qatt ġara hekk!' jew 'Din fi żmienna biss tiġri, għax qatt ma ġrat ħaġa bħal din!' u għajdut ieħor bħal dan?", "L-impressjoni li tieħu hija li żmienna hu xi żmien speċjali li fih jiġru affarijiet uniċi fl-istorja.", "Niftakru li rridu", "Il-memorja tal-bniedem hi qasira.", "U ħafna wkoll.", "Apparti li jiftakar biss dak li jrid, b'għażla arbitrarja jew preġudikata, il-ħajja tiegħu hi wkoll qasira meta mqabbla mal-mogħdija taż-żmien.", "Dak li jiftakar kull bniedem hu l-imgħoddi reċenti, u xi kultant lanqas dan ma jiftakar sewwa.", "Aħna lkoll nippreferu nemmnu li l-memorja tagħna hi tajba, korretta u preċiża.", "Dan m'hu minnu xejn.", "Il-memorji tagħna lkoll aktarx huma fil-fatt ħżiena, żbaljati u impreċiżi.", "Il-memorji tal-biċċa l-kbira tagħna mhux biss jinsew ħafna affarijiet li ma jinteressawniex, imma wkoll jgħawġu l-fatti, jibdlulhom il-kuntest u jagħtuhom interpretazzjoni li jaqblilhom.", "Mingħajr kotba tal-istorja, jew imqar ta' xi statistiċi, il-memorji tal-bnedmin ma tistax toqgħod fuqhom, ukoll meta ma jkunux ibatu bid-demenzja.", "Imqar minn sena għal oħra ma jlaħħqu l-memorji tal-bnedmin, aħseb u ara minn żmien għal żmien, jew minn ġenerazzjoni għal oħra!", "Xejn ġdid", "Żmienna m'hu xejn aħjar jew agħar minn żminijiet oħra.", "Dak li jiġri llum, fin-natura daqskemm f'għemil il-bniedem, ġara diġà u għad jerġa' jiġri u jiġri, xi kultant b'mod agħar u xi minn daqqiet b'mod aħjar.", "Dan mhux għax iż-żmien hu ċikliku u jirrepeti ruħu kull tant snin, imma għax l-avvenimenti jirrepetu ruħhom qishom kienu xi ħaġa ġdida.", "Ir-Rumani kienu jgħidu: \"Xejn ġdid m'hawn taħt il-kappa tax-xemx\", u jidhirli li kellhom raġun.", "Aħna m'aħniex speċjali u lanqas m'hu speċjali żmienna.", "Lanqas m'hu agħar minn żminijiet oħra.", "Hu żmien, bħall-oħrajn ta' qablu u l-oħra ta' warajh, u fih jiġru dak li dejjem ġara u li dejjem għad jiġri.", "X'jurina dan kollu?", "Jurina li dawk li jfettlilhom jaħsbu li llum jiġru affarijiet straordinarji li qatt ma l-bniedem ra bħalhom aktarx huma mqarrqin u sejrin żball.", "Biżżejjed jikkonsulta ftit l-istorja biex jara kemm dan hu minnu.", "Le, m'aħniex ngħixu f'xi żmien mingħajr preċedenti.", "Preċedenti hemm kemm trid.", "Kull bniedem jinsa malajr.", "Jagħmel tajjeb jekk imqar jiftakar ħaġa waħda biss: li ma jistax joqgħod wisq fuq il-memorja qasira tiegħu.", "Agħfas fuq ix-xbieha t'hawn taħt għal aktar tagħrif."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/07/kjarifika.html", "title": "Kjarifika", "text": ["Jekk, fl-artikli li jien xandart lokalment f'April li għadda f'din il-gazzetta u f'oħra bl-Ingliż fuq l-istrateġija tal-Knisja Kattolika fil-Gżejjer Maltin fir-rigward tal-emendi proposti mill-gvern għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun, kien hemm xi ħadd li fehem li jien ħadtha kontra l-istituzzjoni tal-Knisja Kattolika, l-awtoritajiet leġittimi tagħha u/jew xi duttrina tagħha, ħalli jkun mgħarraf hawnhekk, l-ewwel, li jien ma kelli assolutament ebda intenzjoni li nagħmel dan; it-tieni, li, jekk hekk inftehemt min-naħa tiegħi, nitlob skuża; u t-tielet, li, jekk b'dan in-nuqqas ta' ftehim weġġajt lil xi ħadd, nitolbu jaħfirli.", "Din il-kjarifika qed nagħmilha bi ftehim mas-Superjur lokali tiegħi, P. Frans Micallef, wara l-laqgħa li kelli miegħu fil-kunvent tad-Dumnikani tar-Rabat, l-Erbgħa, 25 ta' Lulju tal-2018, fil-preżenza tax-xhud P. Prof. Joseph Agius.", "F'din il-laqgħa, l-apoloġija tqiegħdet bħala kundizzjoni, li jien aċċettajt, għat-tneħħija tal-impożizzjoni tas-silenzju, magħmula fuqi fit-8 ta' Mejju tal-2018 għal żmien tliet snin.", "L-artikli msemmija hawn fuq kienu dawk li dehru f'", "The Times of Malta", "tal-25 t'April tal-2018 bit-titlu '", "What strategy is there", "?", "' u f'", "It-Torċa", "tad-29 t'April tal-2018 bit-titlu '", "Erġajna koppi!", "'.", "Fil-verżjoni bil-Malti ta' dawn l-artikli, jien ktibt li, bl-istrateġija li kienet qed tuża fl-oppożizzjoni tagħha għall-emendi proposti, il-Knisja Kattolika fil-Gżejjer Maltin kienet qed tidher bħala waħda \"reazzjonarja, [...] skjerata kontra ż-żgħir [u] magħluqa fil-bużżieqa ta' moħħha\".", "Ktibt ukoll li, fl-istess okkażjoni, il-Knisja kienet qed tidher \"bħala waħda retrograda, irrazzjonali, intolleranti, instransiġenti u insensittiva\".", "Minn dawn is-siltiet, hawnhekk għandi nisħaq fuq il-kliem \"kienet qed tidher\".", "Dal-kliem ma jgħidx li l-Knisja Kattolika f'dawn il-gżejjer hekk kienet, bħalma fissirt fl-artikli, imma li", "qed tidher", "hekk.", "Il-kliem, anzi, jgħid il-kontra ta' dak illi donnu fehmu xi wħud; jgħid li l-Knisja mhijiex hekk.", "U jien dan nemmnu.", "Hu preċiżament għal din ir-raġuni li jien nisħaq li l-Knisja, kif ukoll in-nies kollha li jagħtuha mqar l-iċken siwi f'dawn il-gżejjer, għandhom jagħmlu minn kollox biex il-Knisja", "tidher", "bħala dik li hi tabilħaqq, u ma jagħmlu xejn li jagħti impressjonijiet kuntrarji.", "Għax, ovvjament, dawn tal-aħħar la jagħmlu ġid lilha u lanqas, nemmen jien, lis-soċjetà Maltija.", "Jiena s'issa għadni nemmen li l-Knisja Kattolika għandha potenzjalità kbira ħafna, akbar minn kull istituzzjoni oħra, biex tagħmel ħafna ġid fil-Gżejjer Maltin u li tista' tagħti sehem qawwi pożittiv soċjalment u politikament daqskemm pastoralment.", "Iżda mhux meta", "tkun", "u", "tidher", "bħala dik li hi mhijiex; imma biss meta", "tkun", "u", "tidher", "bħala dik li hi tabilħaqq skont it-tagħlim ta' Ġesù, u tiegħu biss.", "Biex nagħlaq, nixtieq nesprimi l-gratitudni tiegħi lil dawk kollha li tawni l-appoġġ personali u spiritwali tagħhom f'din l-istorja, kif ukoll lil dawk kollha li taw sehemhom biex iġibu l-istorja għat-tmiem tagħha, fosthom l-Arċisqof, Mons. Charles Scicluna, il-Vigarju tiegħu, Mons. Joe Galea Curmi, il-Superjur tiegħi f'Ruma, P. Bruno Cardoré, u nies oħrajn li ma nistax insemmihom iżda li jafu li jinsabu f'qalbi.", "Ħajr ukoll lis-Surperju lokali tiegħi, P. Frans Micallef, għall-komprensjoni tiegħu fil-ftehim li lħaqna llum", "L-Erbgħa, 25 ta' Lulju tal-2018", "P. MARK MONTEBELLO O.P."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/08/l-ugwaljanza.html", "title": "L-ugwaljanza", "text": ["Il-kelma 'ugwaljanza' hija waħda tqila maħluqa, fost ħafna oħrajn, mill-borgeżi, aktarx mill-avukati.", "Bil-Malti nużaw dil-kelma għax ma jidhirlix li għandna oħra li tista' toqgħod flokha.", "Nużawha biex infissru li żewġ persuni jew aktar għandhom jeddijiet indaqs.", "Hi kelma ta' siwi, għax fuq il-ħsieb tagħha toqgħod kull ġustizzja, inkluż il-ġustizzja soċjali.", "Mhux kulħadd xorta", "Illum il-ġustizzja soċjali hi ħaġa li, għall-anqas fil-Gżejjer Maltin, fost ħafna mkejjen oħrajn, aħna mdorrijin ħafna biha.", "Dan għaliex, sa mis-snin ħamsin, bdejna u bqajna nistgħu ħafna fuqha, u mbagħad, fil-bidu tas-snin sebgħin, bdejna wkoll narawha titwettaq fil-konkret b'bosta liġijiet li tawha prattika komuni.", "Meta nitħaddtu fuq il-jeddijiet tal-bniedem jew, xi kultant, fuq id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, dejjem inserrħu l-ħsieb tagħna l-aktar fuq l-ugwaljanza.", "Dan għaliex il-jeddijiet mhumiex ta' xi bnedmin u mhux ta' oħrajn, imma ta' kulħadd l-istess.", "Qabel, sal-bidu tas-sebgħinijiet, kien hawn xi jeddijiet fundamentali fil-Gżejjer Maltin, imma ma kinux garantiti għal kulħadd l-istess.", "Fi kliem ieħor, għalkemm kien hawn xi jeddijiet fundamentali garantiti, il-prinċipji tal-ugwaljanza ma kinux la garantiti għal kulħadd.", "Kellna s-sitwazzjoni stramba (u inġusta) li xi wħud kellhom il-prinċipji fundamentali tagħhom garantiti u mħarsa, u xi wħud, il-biċċa l-kbira, tista' tgħid, le.", "Jeddijiet biss?", "Mhuwiex biżżejjed f'pajjiż ċivilizzat bħal tagħna li jkun hemm qima lejn il-jeddijiet fundamentali tal-bniedem.", "Jew ukoll li, ma' dan, jingħad li hemm il-ħarsien tagħhom.", "Mhuwiex biżżejjed għax, mingħajr ugwaljanza, jiġifieri mingħajr ma dawk il-jeddijiet ikunu ggarantiti u mħarsa għal kulħadd l-istess, dal-jeddijiet isiru l-privileġġi tal-ftit jew ta' xi wħud biss.", "Il-privileġġ huwa meta xi ħadd jingħatalu l-jedd li jgawdi xi ħaġa fl-istess waqt li ħaddieħor, għal xi raġuni jew oħra, ma jkollux l-istess jedd bħalu.", "Sa madwar ħamsin sena ilu, f'pajjiż bħal tagħna diversi oqsma tas-soċjetà kellhom minn dawn il-privileġġi.", "Il-biċċa l-kbira tal-poplu ma kellux.", "Il-qima tal-jeddijiet fundamentali tal-bniedem għandha mnejn kienet hemm, bħalma kien jingħad li hemm il-ħarsien tagħhom.", "Imma ma kinux għal kulħadd.", "Ugwaljanza ma kienx hemm.", "Hu għalhekk li mingħajr l-ugwaljanza, għalxejn wieħed joqgħod jitħaddet fuq il-jeddijiet tal-bniedem.", "Dawn jew huma għal kulħadd l-istess, jew għandek stat ta' inġustizzja.", "Il-jeddijiet tal-bniedem u l-privileġġi ta' xi wħud huma żewġ affarijiet li ma jistgħux jgħixu flimkien.", "Jew għandek waħda jew l-oħra.", "Privileġġi ġodda", "Dan kollu qed ngħidu għax jidhirli li, filwaqt li l-jeddijiet tal-bniedem, speċjalment dawk fundamentali, kulħadd iqimhom, għall-anqas bil-fomm, u għandna wkoll fil-liġijiet tagħna l-garanzija tal-ħarsien tagħhom, fl-istess waqt ma jidhirx li l-qima lejn l-ugwaljanza, u l-ħarsien tagħha, baqgħu b'saħħithom daqskemm wieħed jaħseb jew jixtieq.", "Mingħajr ugwaljanza għalxejn hemm it-twemmin fil-jeddijiet.", "Illum, jekk il-kapitaliżmu mhuwiex jattakka l-jeddijiet, dan qed jagħmlu, mhux għax hu qalbu tajba, imma għax m'għandux il-ħtieġa.", "Biżżejjed għalih li jnawwar l-ugwaljanza.", "B'hekk jerġa' jdaħħal il-privileġġi, ukoll jekk baxx baxx u mingħajr trombi.", "Dak li qed naraw f'bosta oqsma tas-soċjetà diversifikata Maltija u Għawdxija hija, sfortunatament, it-tisħiħ ta' ċerti privileġġi li konna ħlisna minnhom ... imma mid-dehra mhux għal dejjem.", "Is-sistema tal-privileġġi bħalma qed naraw tissaħħaħ fostna hija l-oppost tal-ugwaljanza.", "In-nuqqas ta' din tal-aħħar, jiġifieri l-inugwaljanza, tagħmel parodija ta' soċjetà msejsa fuq id-drittijiet tal-bniedem.", "Kulħadd għandu l-jedd għal dawn, Maltin daqskemm barranin li jgħixu fostna.", "Bil-paroli kulħadd jaf iqim il-jeddijiet tal-bniedem, imma l-fatti qed juru xort'oħra.", "Inħarsu dak li ksibna!"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2018/05/marx-ta-200.html", "title": "Marx ta' mitejn", "text": ["Il-bieraħ, 5 ta' Ġunju, 2018, il-kbir filosfu u teoriku ekonomiku u soċjali, Karl Marx, għalaq 200 sena mit-twelid tiegħu fl-1818.", "L-akbar sfortuna taċ-ċivilizzazzjoni tagħna f'dawn l-aħħar seklu u nofs kienet li xi wħud semgħu minnu żżejjed u li oħrajn ma semgħux minnu biżżejjed.", "Xi wħud għamluh alla, oħrajn dimonju, mingħajr ma kien la l-wieħed u lanqas l-ieħor.", "Illum, imsoffi mill-forġa tat-tiġrib, fi żmien meta l-oppressjoni kapitalista ħolqot dwiefer ġodda ta' sfruttament, qed jerġa' jingħata widen b'qalb ġdida u b'moħħ imġedded.", "Ħsieb u ħolm", "Marx twieled fis-saltna tal-Prussja, il-Ġermanja l-antika, f'raħal jismu Trier, u miet f'Londra, l-Ingilterra, erbgħa u sittin sena wara, fl-14 ta' Marzu tal-1883.", "Bejn dawn iż-żewġ dati, għadda l-biċċa l-kbira ta' ħajtu f'Pariġi, Brussell, il-Kolonja u Londra, maħrub mill-persekuzzjoni tal-gvernijiet minħabba l-kitbiet politiċi tiegħu.", "F'dil-ħajja, wieħed mill-akbar imsieħba mill-qrib tiegħu u ħabib tal-qalb kien il-filosfu u l-kummerċjant Prussjan Frederich Engels.", "Għalkemm Marx u martu, Jenny von Westphalen, kellhom b'kollox sebat itfal, tlett ibniet biss għexulhom biex kibru f'adulti.", "Dan-nisa, flimkien ma' dawk ta' Engels, ilkoll taw sehem xi ftit jew wisq siewi fil-ħidma u l-ħsieb politiku ta' Marx, minkejja l-faqar li l-familja kienet imgħattba minnu minn żmien għal żmien.", "Il-ħidma politika ta' Marx kienet prattika daqskemm intellettwali.", "Tħasseb fuq il-mekkaniżmi ekonomiċi mistura li jgħassru u jgħakksu l-ħaddiema u l-familji tagħhom, u ħolom bl-għaqda tal-ħaddiema kollha tad-dinja f'solidarjetà waħda ta' ħelsien u ġustizzja.", "Mhux domma", "Marx stħarreġ bis-sħiħ l-għeruq tal-fasla ekonomika li fniet il-fqar maħluqa mill-ħakma kapitalista, u għarrex mogħdijiet li setgħu jwasslu lil dal-fqar biex jagħarfu lilhom infushom bħala ġemgħa waħda u jibnu dinja aktar ġusta u ħielsa.", "Dan baqa' jagħmlu sal-aħħar nifs ta' ħajtu; isaffi kulma twebbel bih, u jraqqam u jfannad kulma basar qabel.", "Minkejja dan, il-qarrejja tiegħu bosta drabi għamlu domma minn kitbietu, taw bixra infallibbi lil ħsiebu u sawru bħal reliġjon ġdida minn tnebbiħu.", "L-aktar magħrufa ta' dawn, fost ħafna u ħafna oħrajn, kienu r-Russu Vladimir Lenin u ċ-Ċiniż Mao Zedong.", "F'isem Marx, dawn u qatta oħrajn aktarx ħolqu hemm u saram aktar milli twebblu li jtemmu.", "Dan ta isem mill-agħar lil Marx.", "Mhux għax ma kienx jistħoqqlu isem ħażin ma' min, minħabba fih u oħrajn, ra l-privileġġi u l-glorji tiegħu mhedda u mtemma—dan kien ġieħ għalih—imma aktar minħabba li ismu ġie marbut ma' waħxijiet u kruhat li hu qatt ma ried u ħadem bla serħan biex jeqred.", "Leħen jgħajjat", "Sa ċertu punt, kien Marx innifsu li ġab dan it-tiġrib fuqu.", "Tiegħu jibqa' l-ġieħ li għarrex u kixef b'ħila u sengħa kbira l-għelt ta' ekonomiji qarrieqa u qerrieda, u l-istħarriġ tiegħu għadu jgħodd sal-lum.", "Madanakollu, t-twemmin qawwi tiegħu fil-ħtieġa ta' ħakma iebsa transitorja sakemm titwieled soċjetà ta' bla klassi, fetħet triqat perikolużi għal aljenazzjonijiet u sfruttamenti koroh.", "Billi ma semax mit-twissijiet ta' nies bħal Mikhail Bakunin, u magħfus mill-ħtiġijiet urġenti ta' bidliet konkreti, Marx spiċċa biex ta r-riħ lil min, fit-triq għall-ħelsien tal-mases, għażel li juża magħhom l-għodod tal-jasar u saħansitra tal-moħqrija.", "Dan ġab traġedji storiċi ta' proporzjonijiet epiċi.", "Dil-ħtija ta' Marx ma tnaqqasx mis-siwi tal-ħafna dehen ieħor li kellu u li wera bi ħsiebu u f'kitbietu.", "Huwa dehen li hu meħtieġ illum, mgħakksin kif aħna minn ekonomiji ta' aljenazzjonijiet imġedda u ta' jasar moħbi.", "Marx għadu jgħajjat \"ġustizzja!\", \"helsien!\", \"dinjità!\", u l-leħen tiegħu ma jistax jissikket."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/12/ix-xmara-li-ssir-baar.html", "title": "Ix-xmara li ssir baħar", "text": ["F'dawn il-jiem tal-Milied ftakart fi storja li tissemma fl-Iskrittura.", "Hija l-istorja ta' xmara li tibda b'nixxiegħa, imbagħad issir wied, u wara tikber f'baħar.", "Hija xmara nadifa, safja u ħajja li trodd il-barka ma' kulfejn tmiss.", "Din hija xmara li tifdi, u li hija bla tarf u bla tmiem.", "Ftakar fiha għax hija x-xbieha tal-aqwa, l-oħla, l-egħref u l-isbaħ bniedem li qatt eżista; li ismu hu egħżeż minn dak li jista' jlissen l-ogħla lsien.", "Id-dinja mitlufa", "F'did-dinja ħafna huma dawk li jiżżattu biex jagħmluha tal-kbar; li saħansitra jilagħbuha ta' allat.", "Iridu jisserdqu u jiddandnu fuq l-oħrajn; u sa jixxaħxħu fil-ftit jiem ta' ħajjithom u jagħmlu l-ħajja ta' ħaddieħor infern.", "Huma l-mistħija u l-għajb tal-ġens tagħna; inikktu l-art li jimxu fuqha u jgħajbu s-smewwiet li jħejju fuq rashom.", "Il-bniedem li jitwebbel li jaħkem u jikkmanda, u ħafna drabi jistgħana wkoll, mhux bniedem; lanqas m'hu bhima.", "Hu pesta ... pesta ta' marda li d-duwa tagħha ilha ħafna li nstabet iżda li tibqa' wkoll għal dejjem tintesa.", "Huwa bniedem biss min jgħix fil-ftehim ma' sħabu u mal-ħlejjaq kollha ħajjin u ma' kull ħaġ'oħra li teżisti madwaru.", "Huwa bniedem biss min iżomm lil kull wieħed u waħda minn sħabu daqsu fil-ġieħ u aqwa minnu fl-għotja ta' ġieħhom.", "Kemm hawn nies li m'humiex nies!", "U li lanqas huma bhejjem!", "U li lanqas ma jistgħu jingħaddu mas-sbuħija tad-dinja, mal-għerf tagħha jew mal-hena u l-faraġ li għandha l-ħila tagħti!", "Kemm hawn nies li moħħhom marid, qalbhom imnawra u ruħhom mitlufa!", "Min jgħinna, mhux jgħarraqna", "Dawn kollha huma bħal gelgul imniġġeż li jsemmem u joqtol ma' kulfejn jgħaddi.", "Huma bħal id miġnuna li jżibblu kulfejn tmiss.", "Huma bħal nifs jaħraq li jnixxef kulfejn jintnefaħ.", "Huma bħal ħanqa li ttarrax u ddarras lil kulmin jismagħha.", "Ma' gelgul maħmuġ bħal dan jien ma rridx ikolli x'naqsam!", "Li rrid hu ilma frisk, nadif u ferrieħi.", "Li rrid huma nies li, għalkemm mgħaffġin u mgħattnin mill-hemm u l-ħbit tal-ħajja, qalbhom għadha kbira biżżejjed biex iħobbu, u ruħhom safja biżżejjed biex ma titkerrahx bid-diżonestà ta' dnub l-għira u r-rgħiba.", "Li rrid hija dinja li ma tigdiblix u ma tħeġġiġnix għall-gideb.", "Biżżejjed insib madwari, mingħajr ma rrid jew nistieden, 'l min irid iħajjarni għall-ikreh u għall-ħmieġ.", "Ma rridux!", "Li rrid hu lil min jerfagħni u jgħollini.", "Biżżejjed insib lil min iniżżilni u jgħoddosni!", "Ma nistax inġerrħu!", "Hu għalhekk li nifraħ bil-ħsieb ta' dik ix-xmara li bdiet b'nixxiegħa ċkejkna, imbagħad saret wied kbir, u wara kibret f'baħar bla qies.", "Hu f'dan il-baħar li rrid dejjem nitgħawwem!", "Hu bl-isem għażiż qaddiesi tiegħu li rrid 'l qalbi u 'l ħsiebi u 'l ruħi jitnaqqxu!", "B'xejn aktar.", "Il-barka ta' darna", "Dan hu l-lejl li fih in-nixxiegħa feddejja tibda tnixxi.", "Dan hu l-lejl li jfakkarna fix-xogħol kbir tal-fidwa.", "Dan hu l-lejl li jistedinni nwarrab ħarsti minn fuq iż-żgħar tal-art u nserraħha fuq iċ-ċkejknin.", "Dan hu l-lejl li jsejjaħli biex nittarrax għad-dinja u nagħti widen lill-ħlewwa tas-skiet u l-barka tad-dlam.", "Dan hu l-lejl ...", "L-għajjat miġnun u l-kliem żejjed ġejjin minn kullimkien dejquni!", "Id-daħk giddieb u l-ħbiberiji qarrieqa jħufu madwari qażżuni!", "Il-qima ta' drawwa u t-tmexxija mitlufa kollha kburija neffruni!", "Ma rridx naf b'faraġ mingħandhom!", "Huma lkoll bħal ġrieden mgħarrqa f'għadira mdennsa.", "Lanqas intiena m'għandhom.", "Dehra biss ta' ħaġa ħajja li hi mejta.", "Irrid biss bħal intir f'dak il-baħar kbir li ġej min-nixxiegħa li tibdel f'ġonna d-diżerti u trodd tamiet li m'humiex kiefra, għax ma jigdbux.", "Irrid biss li nħalli dak il-baħar sabiħ iġorrni 'l fejn irid hu ... għax nafdah; għax naf li ma jgħerriqnix.", "Fuq kollox, għax naf li hu dari.", "Agħfas fuq ix-xbieha t'hawn taħt għal aktar tagħrif.", "Grazzi."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/12/ir-rigali-ta-identita.html", "title": "Ir-rigali ta' identità", "text": ["Din aktarx hi l-ġimgħa ta' ferneżija għax-xiri tar-rigali tal-Milied, rigali li donnu għal xi wħud qed isiru dejjem aktar sofistikati, għaljin u personalizzati.", "Ir-rigal bħala sempliċiment simbolu, ir-rigal bħala sinjal, donnu qed jintilef.", "Minflok, qed jieħu postu r-rigal bħala estenżjoni konsumista, ir-rigal bħala aljenazzjoni.", "Rigali patoloġiċi", "Ir-rigali tal-Milied suppost ifakkruna fir-Rigal uniku ta' Ġesù s-Salvatur.", "Illum ftit huma dawk li jafu b'din il-ħaġa, jew li saħansitra jinpurtahom minnha.", "Hu x'inhu, ir-rigali f'dan iż-żmien tal-Milied xorta waħda baqgħu xi ftit jew wisq espressjoni tal-għożża li għandna għal xulxin.", "Madankollu, ukoll dan inbidel.", "Ir-rigali tal-Milied illum saru parti minn patoloġija sħiħa.", "Il-patoloġija tas-suq, tal-konsum, tal-identità tagħna imposta mill-filosofija neoliberali tal-kapitaliżmu.", "Din il-filosofija imponiet aħna min għandna nkunu u kif għandna ngħixu ħajjitna.", "Ħafna minnu dan aċċettawh mingħajr diskussjoni.", "Is-Suq sar Alla, u l-ispiritwalità tiegħu, għax imposta, ħolqot patoloġija fil-biċċa l-kbira minna.", "Ħaġa ssir patoloġika meta l-ħtieġa tagħha ma tkunx tista' tiġi evitata; issir ħaġa ta' bilfors; ħaġa li toħloq kompulsjoni.", "Illum, l-akbar kompulsjoni li għandna hija li nikkonformaw mal-ideoloġija taż-żmien, mal-filosofija tas-suq u l-konsom, mal-identità li l-kapitaliżmu ddeċieda li għandna jkollna, kemm b'mod kollettiv u kemm b'mod individwali.", "Is-simboliżmu tar-rigali", "Dan għandu mnejn jidher diffiċli għal xi wħud.", "Imma jekk naħsbu ftit fir-rigali li, għal dan iż-żmien tal-Milied, qed naħsbu li nagħtu lit-tfal jew ukoll liż-żgħażagħ tagħna, malajr nintebħu kemm dan il-mod ġdid ta' kif għandna nesprimu rwieħna bir-rigali hu minnu.", "Infatti, illum lanqas jaqgħalek f'rasek li tagħti rigal ċkejken, simboliku, aktarx irħis lil xi wieħed miż-żgħar tagħna; aħseb u ara xi ħaġa reliġjuża!", "Donnu r-rigal, jekk ma jkunx għali, sofistikat, aktar eletroniku u utli, donnu lanqas biss jiġi apprezzat.", "Huwiex minnu li l-biċċa l-kbira tagħna nipprovaw inlaqqgħu l-għoti ta' xi rigal mal-ħtiġijiet li jkollu dak li jkun se jirċevieh.", "Insejna għal kollox li r-rigal hu simbolu, simbolu tal-imħabba tagħna, tal-għożża li għandna għal ħaddieħor, tal-ġid li nixtiequlhom.", "Le, illum ir-rigal hu rigal.", "Hu għotja TA' XI ĦAĠA.", "Hu biċċa oħra mill-ambjent ta' konsum.", "Hu espressjoni oħra tas-suq.", "Hu sinjal ieħor tal-identifikazzjoni li sirna għandna mal-impożizzjonijiet li l-kapitaliżmu jagħmel fuqna.", "Rigali ta' mibegħda", "Mhux biss spiċċa ż-żmien meta r-rigal hu sinjal tal-imħabba, imma nażżarda ngħid li sar sinjal tal-mibegħda li, irridu jew ma rridux, għandna għall-bniedem ħieles li jaħseb b'rasu.", "Bil-kontra, ir-rigal sar sinjal tal-aċċettazzjoni tagħna tal-bniedem li jaħseb GĦAL rasu.", "Hu sinjal ta' mibegħda, għax min iħobb lill-bniedem, ma jridux skjav ta' ħadd; ma jridux pupazz f'idejn ħaddieħor, kemm jekk ikun is-suq kapitalista u kemm jekk ħaddieħor.", "Iżda meta aħna f'dan iż-żmien tal-Milied nagħtu rigali li jpaxxu s-suq, u jpaxxu wkoll lil bnedmin maqbudin u kkalzrati mis-suq, ma nkunu qed nuru ebda mħabba lejhom; inkunu biss qed nuruhom―b'mod indirett, m'għandnix dubju―li rriduhom jibqgħu maqbudin u kkalzrati.", "Mhux mibegħda din?", "Ir-rigali tal-Milied m'għandhomx ikunu hekk.", "Għandhom ikunu espressjoni ta' kemm irridu ġid lil min ngħożżu.", "Aktar ma r-rigali jkunu sempliċi, bla siwi monetarju u simboliċi―u għandu mnejn ukoll, għal min iħoss, reliġjużi wkoll―aktar aħjar; aktar inkunu qed nesprimu dik l-imħabba li rridu nikkomunikaw lil ħaddieħor, kif ukoll l-għożża li għandna magħhom.", "Fiż-żmien tal-Milied, kull rigal għandu juri li hu biss dell imperfett tar-Rigal il-kbir u perfett li ngħatajna lkoll.", "Agħfas fuq ix-xbieha t'hawn taħt għal aktar tagħrif.", "Grazzi."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/08/it-talent-naturali.html", "title": "It-talent naturali", "text": ["Is-sajf hu wieħed mill-aktar żminijiet xierqa biex jintwera t-talent tal-persuni.", "Imma meta ngħid hekk, aktarx mill-ewwel bniedem jaħseb f'performazzjonijiet artistiċi li jittellgħu għal ħaddieħor wara xhur u snin ta' taħriġ.", "Dak li hu diffiċli li jsir mill-ħafna jidher hekk ħafif għal xi wħud.", "Dan mhux neċessarjament talent.", "Huwa taħriġ.", "Huwa sengħa.", "It-talent awtentiku juri l-ħila.", "Naturali", "Id-differenza bejn is-sengħa u l-ħila xi wħud jarawha żejda jew ukoll mistħajla.", "Għalihom huma l-istess ħaġa.", "Jien narahom differenti u d-differenza ta' bejniethom hija waħda essenzjali.", "Għax is-sengħa tiksibha bit-tagħlim, filwaqt li l-ħila titwieled biha.", "Kull min għandu l-ħila għal xi ħaġa jista' jikseb ukoll is-sengħa tagħha, imma kull min għandu s-sengħa ta' xi ħaġa mhux neċessarjment għandu l-ħila tagħha.", "Is-sengħa tista' tissimula ħafna.", "Bniedem jista' jitgħallem biex jagħmel ħafna affarijiet straordinarji.", "Bħall-pappagalli li jitkellmu, ngħidu aħna, jew xi annimal ieħor li tgħallem jagħmel il-bużullotti.", "Dawn jidhru li għandhom il-ħila mingħajr m'għandhom.", "Kisbu s-sengħa li jagħmlu xi ħaġa, u dan ikun ammirevoli, imma ħila m'għandhomx.", "Il-ħila titwieled miegħek.", "Maż-żmien tista' tikseb is-sengħa li tħaddimha.", "Dan isir bit-tagħlim u t-taħriġ fit-tul.", "U jista' jkun ukoll li, minħabba nuqqas ta' opportunità għat-tagħlim, tibqa' ma titgħallimx is-sengħa tagħha.", "F'dan il-każ, il-ħila tibqa' moħbija u mitlufa.", "It-tagħlim", "Kull bniedem għandu l-ħila li jgħix ħajtu kuntent.", "Imma kemm hawn min din il-ħila sabiħa ma ssibx it-tagħlim u t-taħriġ xieraq biex titħaddem u tintwera fil-prattika.", "Kemm hawn nies li ma jsibux l-opportunitajiet xierqa għalihom biex jitgħallmu jħaddmu u jgawdu din il-ħila meraviljuża u b'hekk tibqagħlhom moħbija u mejta.", "U mhux biss din il-ħila, imma oħrajn ukoll, mhux anqas meraviljużi.", "Meta ngħid tagħlim, ma nifhimx biss l-iskola formali.", "Nifhem ukoll l-ambjent li fih bniedem jikber, ibda mill-familja.", "Għal ħafna l-familja, jew aħjar, il-ġenituri u l-qraba, issibhom aktar ta' tfixkil milli ta' għajnuna.", "Flok jgħinu lit-tfal u ż-żagħżagħ jitgħallmu jħaddmu l-ħiliet naturali tagħhom, ifixkluhomlhom u jmewtuhomlhom, u jħallulhom il-ħiliet tagħhom fi stat nieqes mill-iżvilupp u t-tkabbir.", "Għalkemm l-iskola formali u t-tagħlim formali huwa ta' importanza bla qies, l-ambjent familjari, l-ewwel ambjent li niltaqgħu miegħu f'ħajjitna, huma fundamentali.", "Mingħajru l-ħiliet jibqgħu talenti bla siwi, għax ma jiġux imħaddma.", "Ikunu ħiliet mingħajr sengħa.", "Kull bniedem", "Agħar minn hekk, ambjent familjari ħażin jew dannuż jista' saħansitra jagħmel il-ħsara.", "Mhux biss ma jkabbarx, imma saħansitra jkisser.", "Mhux biss ma jgħinx biex il-ħiliet jiġu mħarrġa u mħaddma, imma saħansitra—diżgrazzjatament—jagħmluha impossibbli jew diffiċli ħafna li l-ħiliet xi darba jiltaqgħu mas-sengħa biex jikbru, jintwerew fil-beraħ u jitħaddmu.", "Kulħadd, intenni, għandu l-ħila li jgħix kuntent.", "Imma kemm hawn li din il-ħila jaħsbu li m'għandhomx, u jgħixu ħajjithom imdejqa, mgħaffġa u mkidda.", "X'ħasra din meta l-ħiliet ta' persuna, flok isibu lil min jgħinhom, isibu lil min ifixkilhom u jxekkilhom.", "Sbieħ is-snajja artistiċi li donnhom fis-sajf narawhom murija aktar minn żminijiet oħra tas-sena.", "Imma l-akbar u l-isbaħ ħila li għandu l-bniedem mhumiex dawn, sbieħ kemm huma sbieħ.", "L-isbaħ ħila hija li jgħix kuntent.", "Kull bniedem għandu jkollu l-opportunità li din il-ħila jiżviluppaha bis-sengħa.", "Kull bniedem għandu jkollu jsib lil min jgħinu f'dan.", "Soċjetà, familji, qraba li jeqirdu l-ħiliet mhumiex denji ta' isimhom."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/08/xejn-bxejn.html", "title": "Xejn b'xejn", "text": ["Kulħadd sar jaf jitħallas.", "Donnu l-valur li xi ħadd jagħti xi ħaġa b'xejn, li jagħti mingħajr ma jaqla' xi ħaġa materjali, bħallikieku ntesa.", "Il-gost tal-ġenerosità, is-siwi tagħha, bħal donnu ntilef.", "Ma' kull ħaġa li tmiss, imqar l-anqas servizz li tingħata, jitolbuk prezz, ukoll jekk żgħir.", "Qligħ ieħor", "Qabel in-nies kienu jagħmlu pjaċiri l-ħin kollu mingħajr ebda ħlas.", "Lanqas kien jaqagħlhom f'rashom li jitolbuk il-ħlas.", "Kienu jagħmluhom minn qalbhom u l-gost tagħhom kien li jagħmluh b'xejn.", "Mhux għax l-affarijiet ma kinux jiswew.", "Imma għax donnu kellhom dan il-valur sabiħ li jiksbu l-gost mill-għotja nnifisha.", "Mhux minn xi prezz li jitolbu.", "Dan kien sinjal ta' ġenerosità.", "Li bniedem ikun idejh miftuħa, li jkollu qalb kbira, għan-nies ta' dari kienet xi ħaġa li tagħti sodisfazzjon.", "U bir-raġun.", "Għax il-ġenerosità hi waħda mill-aqwa valuri umani.", "Hi s-sinjal ċar li bniedem hu aktar miġbud lejn is-servizz u lejn is-siwi li jara 'l ħaddieħor kuntent milli lejn il-qligħ.", "Illum donnu kulħadd sar ikejjel skont il-qligħ li se jagħmel.", "Kollox ingħata prezz u s-siwi tas-servizzi saru tista' tgħid kollha bil-flus.", "Ftit issib lil min jagħti b'xejn.", "Il-gost tal-għotjiet b'xejn intilef.", "Bħal donnu sirna lkoll aktar xħaħ u nkejlu bil-flus.", "Poplu ġeneruż?", "Tant drajna nħallsu għas-servizzi li naqilgħu li sirna nippretendu li nħallsu ta' kull ħaġa, ta' kull servizz, li naqilgħu.", "Kważi kważi, bniedem jissusspetta li hemm xi ħaġa ħażin fin-nofs jekk ma jintalabx prezz, li ħadd ma jitolbu jħallas xi ħaġa.", "Mhux biss għax sirna aktar materjali.", "Iżda aktar għax sirna anqas ġenerużi wkoll.", "Jgħidu li aħna poplu ġeneruż.", "Imma l-verità hi li m'aħniex aktar jew anqas ġenerużi minn popli oħra.", "Sirna nafu nitħallsu aħna wkoll.", "U xi wħud tgħallmu jitħallsu tajjeb ukoll.", "Kif ngħidu, kulħadd sar jaf jgħodd sal-għaxra.", "Dawk li llum insejħu 'service charges' sirt tiltaqa' magħhom kullimkien, ma' kull servizz li titlob, ma' kull ħaġa li taqla'.", "La qatt ħadd ma sar jagħtina xi ħaġa b'xejn, għas-sempliċi gost tal-għotja, imma aħna stess bħal sirna nippretendu l-ħlas ta' kulma nagħmlu.", "L-oqsma li baqgħu jemmnu f'għotjiet b'xejn huma ftit, marbutin ma' daqsxejn ta' voluntarjat.", "Għax illum anki l-voluntarjat sar għandu prezz.", "Xi wħud jitħallsu tajjeb ħafna għalih.", "Ftaqarna", "Il-bniedem ġeneruż ma jkejjilx bil-flus jew b'kemm tista' l-ħaġa jew is-servizz finanzjarjament.", "Għax il-gost tal-għotja hi l-ħlas tagħha nnifisha.", "Dan hu s-sens veru tal-ġenerosità.", "Li hi l-ħlas tagħha nnifisha.", "Il-gost u s-sabiħ li bniedem jagħti b'xejn mhuwiex għax ma japprezzax is-siwi finanzjarju ta' xi ħaġa.", "Anzi, bil-kontra.", "Għax japprezzah u jagħżel li jagħti siwi aktar lill-fatt innifsu tal-għotja.", "Imma d-dinja materjali tgħallimna bil-konta.", "Anzi, iġġegħilna nagħmlu bil-kontra.", "Iġġegħilna nagħtu prezz lil kollox, inkluż il-ġenerożità, il-voluntarjat, is-servizz u saħansitra l-pjaċiri.", "Kollox sar għandu prezz finanzjarju.", "Il-prezz ta' valuri oħrajn li ma jistgħux jiġu kkwantifikati finanzjarjament donnu sar ma jeżistix.", "Jekk ħaġa mhijiex materali, allura m'għandhiex valur.", "Din hi l-filosofija mifruxa tad-dinja tagħna.", "Biha, mhux talli ma sirniex aktar għanja, imma ftaqarna.", "Ftaqru mhux biss il-valuri fihom infushom, bħall-ġenerosità, l-għoti b'xejn, is-servizz u l-bqija, imma ftaqru wkoll il-gost u l-pjaċir li jmur magħhom.", "Kemm hu sabiħ tagħti b'xejn!", "Kemm hu sabiħ tidħaq bil-flus!", "Kemm hu sabiħ tkun ġeneruż!"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/12/xnistennew-gall-2018.html", "title": "X'nistennew għall-2018?", "text": ["Kulħadd ikollu l-pjanijiet tiegħu u l-istennijiet tiegħu.", "Ħadd minna, żgur, ma jistenna li ma jinqala' xejn minn taħt ir-riħ.", "Sena ġdida tista' tkun għall-ħafna oħrajn li għaddew bħalha, iżda tista' tkun, bla ħsieb ta' xejn, waħda li toħroġ mill-ixkora xi sorpriża li nibqgħu niftakruha l-bqija ta' għomorna.", "Ma jistax ikun mod ieħor.", "Ilkoll nittamaw, għandi nifhem, li tkun sena li ġġibilna xi ftit jew wisq tar-riżq.", "L-ordinarju", "Din is-sena, l-2018, kellha tkun sena ta' elezzjoni; iżda m'hijiex se tkun.", "Dik id-deċiżjoni ttieħdet ftit xhur ilu u mhux se jkollna bżonn oħra din is-sena ― għall-grazzja t'Alla.", "Il-gvern nistennewh jibqa' għaddej bil-ħidma tiegħu, u lkoll ikollna għajnejna fuq l-oppożizzjoni biex naraw jekk, tul is-sena li jmiss, tinġararx xi ftit.", "M'għandniex nistennew xi terrimoti kbar fl-ekonomija s-sena li ġejja, la lokalment u lanqas internazzjonalment.", "Jidher li l-kriżi tal-2009 intrebħet sewwa u m'għandux ikun hemm oħra, għall-anqas mhux fis-sena li se nibdew.", "L-akbar periklu, għandu mnejn dak tal-Korea ta' Fuq, nittamaw li b'xi mod jew ieħor jgħaddi b'wiċċ il-ġid.", "F'darna wkoll, ma jidhirx li għandna nistennew ċaqliqiet kbar.", "L-ekonomija tidher li se tibqa' miexja b'pass sod, għalkemm xi sulluzzu m'għandux jonqos.", "Is-sena li ġejja għandha tħallina nkomplu r-ritmu li qbadna minkejja li jistgħu jkomplu jikbru l-vulnerabbiltajiet, għalissa taħt kontroll, li nħolqu mis-sistema nnifisha.", "L-istraordinarju", "L-imprevedibbli ma nistawx ma nistennewhx.", "Xi theddida 'l hawn għall-ekonomijia, xi gwerra 'l hemm għall-istabbiltà tal-paċi, xi katastrofi qrib wisq, xi kalamità mhux il-bogħod ... dawn dejjem jistgħu jiġru, u aktarx ma tgħaddix sena mingħajr xi ħaġa minnhom.", "Jista' jkun li l-2018 ma tkunx differenti.", "Barra mill-ordinarju, kulħadd xi ftit jew wisq se jkollu fi ħsiebu d-deċiżjoni li kien ħabbar il-Prim Ministru li jirriżenja xi mkien matul din l-amminsitrazzjoni.", "Tgħid tkun dis-sena?", "Ċert li ħafna jittamaw li le; oħra jibżgħu li iva.", "Hu biss jaf.", "Aħna nistgħu biss nistennew u naraw.", "Inkwiet mhux mistenni se jinqala'; m'għandniex għax naħsbu mod ieħor.", "Bħal kull sena, dejjem jinqalgħu―u sewwa―dawk il-każijiet ta' min abbuża jew ta' min basar li jista' jabbuża.", "Nittamaw li f'kull każ jirbaħ is-sewwa u li l-wikkiela jinżammu f'posthom.", "Il-gvern jista' wkoll ikollu fi ħsiebu liġijiet li jqanqlu l-ilsna.", "Jalla dal-liġjiet ikomplu jkunu kuraġġużi u palata għad-drittijiet politiċi, u jalla l-ilsna jkunu kotrana, ċivili u onesti.", "Għalina!", "Barra mill-qagħda nazzjonali u internazzjonali, kulħadd, fuq livell individwali, jistenna l-aħjar mis-sena li ġejja: min l-aħjar mill-agħar, u min l-aħjar mill-aqwa.", "Min jaf kemm żwiġijiet huma ppjanati għall-2018!", "Min jaf kemm kawżi, ċivili jew kriminali, huma mistennija li saflaħħar jinqatgħu!", "Min jaf kemm twelidijiet se jiġu!", "Min jaf, ukoll―b'riżq ħażin―liema mard se jżur, liema mwiet se jiġġarrbu, liema diżgrazzji se jintelqu tul is-sena d-dieħla!", "Ħadd ma jrid minn dawn; imma jiġu, ħafna drabi mingħajr stedina.", "Jalla nilqgħuhom bil-qlubija lkoll kemm aħna!", "U forsi wkoll bil-fidi.", "Kull ħaddiem fuq xogħolu, kull ħsieb bil-qies, kull xewqa bl-għaqal, kull tqanqila bir-rażan ... jalla lkoll kemm aħna jkollna sena li fiha nikbru fl-għerf mill-iżbalji li nagħmlu, ngħożżu bil-qdusija l-ħbiberiji ta' qalbna, inbierku l-ħajja bil-kobor ta' qalbna, u niftakru niżżu ħajr dejjem għal dak kollu li naqilgħu.", "Is-sena t-tajba lil kulħadd!", "Jekk trid din il-pubblikazzjoni li tidher hawn taħt, ikkuntattja lill-awtur u tintbagħtlek b'xejn.", "Grazzi."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/08/fejn-sejjer-trump.html", "title": "Fejn sejjer Trump?", "text": ["Il-ħajt ta' Trump, dak li jrid jibni bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Messiku, twil aktar minn 3,200 kilometru (mal-2,000 mil), kważi kważi sar iċ-ċajta preferita tal-pajjiż.", "Aktar minn hekk, qed isir ukoll is-simbolu ġenerali tal-politika tal-president Amerikan, li xi wħud qed jarawha dejjem aktar iżolazzjonista.", "Dan jista' jiġi kkonfermat mill-ewwel baġit li ppreżenta Trump ftit tal-ġimgħat ilu bl-isem \"Bażi Ġdida għal Amerika Kbira\".", "Amerika bla direzzjoni?", "Il-baġit jidher li jagħmel xi proposti tajbin li jistgħu jitwettqu jew ma jitwettqux.", "Ngħidu aħna, jipproponi li ħafna tinfiq żejjed fuq skemi li taparsi jridu jnaqqsu l-faqar (mingħajr qatt ma jnaqqsuh) jitwaqqaf jew jonqos drastikament.", "Jipproponi wkoll skemi ġodda li jistgħu jgħinu lil nies fqar b'mod konkret.", "Ukoll, il-baġit jabbanduna ħafna mid-diskors politiku tas-soltu u jfittex li jesprimi l-fehma tal-poplu komuni.", "Madankollu, fih proposti oħrajn li jistgħu jdarrsu.", "Ngħidu aħna, Trump irid li t-tinfiq fuq id-difiża jiżdied konsiderevolment.", "Irid li t-tinfiq għal attivitajiet militari straordinarji 'l hinn mill-Amerika jiżdied ukoll (b'77 biljun dollaru fis-sena).", "Il-baġit ftit jitkellem fuq it-tinfiq żejjed, esaġerat jew għalxejn tad-Dipartiment tad-Difiża.", "Trump irid ukoll li t-tinfiq għall-kontroll tal-immigranti jiżdied ukoll.", "L-aqwa fost l-aqwa huwa l-ħlas għall-bini tal-famuż ħajt mal-Messiku.", "Dan se jiġi madwar 70 biljun biex jinbena u mal-150 miljun kull sena għall-manutenzjoni.", "Il-kummentaturi politiċi, Amerikani u oħrajn, l-aktar li mħassbin huwa dwar id-direzzjoni ta' fejn sejjer Trump b'dan kollu u bil-politika tiegħu.", "L-impressjoni ġenerali hija li m'hu sejjer imkien.", "Jidher li din l-'Amerika Kbira' ma fihiex wisq sustanza.", "Xi tfisser eżatt ħadd ma jaf.", "Għandu mnejn lanqas Trump innifsu.", "Gwerra bierda ġdida?", "Personalment, waħda mill-akbar diżappunti tiegħi ta' Trump hija r-relazzjoni tiegħu mar-Russja.", "Ittamajt li Trump se jkollu l-ħila jirrestawra għall-anqas ftit mid-demm sħuħ li bħalissa hemm bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Ħafna jiddependi fuq dan, mhux anqas il-paċi fid-dinja u s-sigurtà tagħna lkoll.", "Trump wiegħed ħafna fuq dan ... iżda qed irodd ftit.", "Anzi, l-affarijiet dis-sena marru mill-ħażin għall-agħar.", "Il-laqgħat personali li Trump u Putin, il-president tar-Russja, kellhom aktar kmieni dax-xahar, ftit għamlu differenza, mid-dehra.", "Fil-ġimgħat ta' wara, l-istess ostilità ta' qabel reġgħet dehret bħallikieku ż-żewġ presidenti ma kienu ltaqgħu xejn.", "Minn wara t-tmiem tal-Gwerra l-Bierda madwar ħamsa u għoxrin sena ilu, is-sitwazzjoni bejn l-Amerika u r-Russja qatt ma kienet mgħarrqa daqs kemm hi llum.", "Trump qajjem it-tama li, bil-mod tiegħu, kien se jsolvi xi ħaġa.", "Imma dik it-tama qed tisfuma dejjem u dejjem aktar.", "Anzi, flokha qed tikber il-biża' li ż-żewġ pajjiżi jistgħu jaslu għal konfront militari ikrah.", "Amerika li timplodi?", "Ħadd ma jrid li l-Amerika tkun 'żgħira' daqskemm ħadd jrid li ebda pajjiż ma jkun żgħir.", "L-Amerika l-'kbira' ta' Trump, iżda, mhux biss qed tfisser dejjem aktar iżolament ta' dak il-pajjiż stupend, iżda wkoll, b'effett ikrah, konfużjoni fil-qasam internazzjonali.", "Ma naħsibx li xi ħadd f'sensih irid l-iżolament tal-Amerika.", "Bħalma naħseb ħadd ma jrid li nerġgħu nibdew b'xi gwerra bierda oħra jew xi ħaġa simili.", "Trump ilu biss ftit xhur f'ras il-gvern tal-Istati Uniti, iżda l-proġettazzjonijiet li qed jinbnew m'humiex tant sbieħ.", "Jidher li dan il-perjodu fl-istorja Amerikana qed jinbidel bil-mod il-mod f'mument kritiku ħafna fejn id-direzzjoni ġenerali ta' fejn miexja l-politika ta' dak il-pajjiż tant sinifikanti u relevanti għall-paċi u s-sigurtà tad-dinja kollha qiegħda titħawwad.", "Dan ma jistax ikun tajjeb għal ħadd.", "B'Amerika li timplodi, titlef id-dinja kollha.", "(Il-karikatura tal-Istatwa tal-Libertà magħluqa b'ħajt hija ta' Lalo Alcaraz, 2016)."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/12/ftehim-gal-tkasbir.html", "title": "Ftehim għal tkasbir?", "text": ["Ma' min kienu miftehmin il-Membri tal-Parlament Ewropew biex jiġu hawnhekk taparsi biex jagħmlu stħarriġ meta fil-fatt ħsiebhom kien biss li jkasbru lil pajjiżna?", "Min ftiehem magħhom m'għandux żejt f'wiċċu biex iqabbad il-barranin jagħmlu x-xogħol maħmuġ tiegħu?", "Ftehim bħal dan—baxx u vergonjuż—ma jagħmel ebda ġieħ lil min iridha ta' qaddej pubbliku.", "Huwa ftehim ta' bejn il-malviventi.", "Ftehim partiġġjan", "Id-delegazzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej, immexxija minn Ana Gomes, il-ġimgħa li għaddiet uriet biċ-ċar għala tassew kienet ġiet Malta bl-iskuża li tistħarreġ fuq il-każ tal-mibkija Daphne Caruana Galizia.", "Ma tantx kellna għalfejn ikollna konferma ta' din l-intenzjoni tagħha, għax tant kienu ovvji l-affarijiet, li żgur li t-tfal tas-sekondarja kienu jkunu kapaċi jagħmlu aħjar minnha.", "L-intenzjoni kienet waħda, u waħda biss: li tintuża l-pożizzjoni li l-Membri li ġew igawdu fil-Parlament Ewropew biex iħammġu lill-gvern u, b'konsegwenza, lil pajjiżna.", "Iżda ma' din l-intenzjoni dehret ukoll biċ-ċar għala kienu ġew hawnhekk.", "Kienu ġew hawnhekk għax jidher li kienu miftehmin.", "Ma' min?", "Ma' min aktarx hu politikament għami u mixtri.", "Dawn in-nies, li ma jidhirx li jafu jagħmlu distinzjoni bejn partit u gvern u pajjiż, jidher li ftiehmu ma' sħabhom tal-istess kukkanja tagħhom biex iġegħluhom jagħmlu dak li huma ma jistgħux: jiġifieri li jabbużaw mill-pożizzjoni tagħhom għal skopijiet purament partiġġjani.", "Il-populiżmu", "Irnexxielhom iħammġuna?", "Iva, ngħid jien.", "Xi aġenziji ewlenin tal-aħbarijiet barranin ġabu l-kummenti li għamlu xi wħud mill-membri tad-delegazzjoni b'titli kbar, u l-aħbar niżlitilhom għasel.", "Dawn, flimkien mal-politiċi mixtrija, qed ikomplu jagħmlu isem ħażin lil pajjiżna mingħajr l-iċken impenn jew interess li jqisu l-affarijiet u jiżnuhom sew.", "Posibbli dawn l-aġenziji m'humiex konxji f'liema ħmieġ kapaċi jitmiegħku ċertu politiċi biex jidhru sbieħ ma' sħabhom u jiksbu ftit attenzjoni?", "Jien naħseb li, iva, jafu.", "Imma aħbar sensazzjonali dejjem tbigħ; għalhekk, qabel is-sewwa, jew għall-anqas il-bilanċ, jitkellmu l-flus.", "Min għal ħaġa u min għal oħra, bħal trabi dawn kollha jwerżqu l-leħen tagħhom biex xi ħadd jagħti kashom.", "Dawn in-nies kollha jemmnu fil-populiżmu; u l-populiżmu llum għandu qawwa li ħadd m'għandu ma jagħtix kasu.", "Għalkemm hu superfiċjali u, fil-biċċa l-kbira tal-każi, maħdum artifiċjalment, xorta waħda kapaċi jagħmel il-ħsara daqskemm kapaċi jagħmel il-ġid.", "Wieħed ma jistax jinjorah.", "Is-sewwa u d-dritt", "Hu fuq dan li qed joqogħdu xi wħud mill-politiċi tagħna tas-sold u nofs biex jiftiehmu ma' sħabhom Membri Parlamentari barranin tal-qatgħa tagħhom biex iħammġu u jżebbilħu lil pajjiżna.", "Jgħajtu 'Saltna tal-Liġi!' meta jridu jgħidu biss 'Populiżmu!'", "Qalbhom taparsi taħraqhom għas-sewwa u l-ġustizzja, meta fil-fatt, fir-realtà, kulma jridu u jaħdmu għalih huwa l-vantaġġ politiku rħis.", "Ir-retorika u l-paroli fil-vojt hija l-arma tagħhom.", "Kif ukoll, il-ftehimijiet minn taħt—jew mingħalihom minn taħt—biex jidhru galantomi fuq dahar is-sewwa u d-dritt.", "Moħħhom qiegħed f'buthom; u r-raġuni l-baħar.", "Daqskemm nixtieq ir-rebħa tas-sewwa u d-dritt, jien u kulmin għandu għajnejh f'wiċċu m'għandniex inġerrħu nies bħal dawn; wisq anqas nagħtuhom l-iċken widen.", "Huma mistħija għal kull qalb li tħobb, aktar minn pajjiżha u l-gvern tiegħu u l-partit tagħha, tħobb id-deċenza u l-irġulija.", "Dit-taparsi delegazzjoni ta' stħarriġ m'għamlet xejn għajr li wriet sa fejn kapaċi jaslu n-nies li jidhru mixtrija; li lsienhom aktarx jikkmandhom; li l-vanità tagħhom qisha bla limiti.", "Kemm huma ċwielaq biex jaħsbu li kulħadd mazzun bħalhom!", "Agħfas fuq ix-xbieha t'hawn taħt għal aktar tagħrif.", "Grazzi."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/08/il-paga-ta-neymar.html", "title": "Il-paga ta' Neymar", "text": ["Għandha mnejn din hi waħda biss mill-indikazzjonijiet —waħda mill-iżgħar, fil-fatt—tal-assurditajiet li ngħixu llum fil-qasam finanzjarju dinji.", "Suppost, wieħed mill-prinċipji sagrosanti li jemmen fih il-kapitaliżmu huwa l-meritokrazija, fejn ix-xogħol iebes, is-sengħa u l-kwalifikazzjonijiet jiġu ppremjati.", "Allura kif wieħed fost ħafna li jilagħbu l-ballun fuq livell professjonali jdaħħal fil-ġimgħa daqs kemm jaqilgħu aktar minn, ngħidu aħna, 5,000 ruħ f'pajjiżna li qegħdin fuq il-paga minima?", "Pagi stellari", "Il-Brażiljan Neymar de Silva Santos, ta' 25 sena (magħruf bħala Neymar)—li dan l-aħħar għadda jilgħab il-ballun minn mal-Klabb ta' Barċellona, fi Spanja, għal dak ta' Paris St-Germain, fi Franza—se jkun qed jaqla' 865,000 ewro fil-ġimgħa (45 miljun ewro fis-sena).", "Din il-paga hi 740 darba akbar milli taqla' l-President ta' Malta fil-ġimgħa, u 480 darba akbar milli jaqla' l-Prim Ministru ta' Malta fl-istess żmien.", "Hija 135 darba akbar milli jaqla' l-President Trump tal-Istati Uniti fil-ġimgħa.", "Dan il-ħaddiem professjonali partikulari aktarx se jkun l-aktar wieħed imħallas fid-dinja.", "Minkejja dan, mhuwiex l-uniku wieħed li jilgħab il-ballun professjonalment li jaqla' somom bħal dawn.", "Skont it-Total Sportek, Carlos Tevez, ta' Shenhua, jaqla' mas-700,000 ewro fil-ġimgħa (xi 36 miljun fis-sena), u Cristiano Ronaldo, tar-Real Madrid, u Lionel Messi, tal-Barċellona, jaqilgħu kull wieħed madwar 400,000 ewro fil-ġimgħa (aktar minn 21 miljun fis-sena).", "Dawn il-pagi stellari żgur ma jippremjawx ix-xogħol iebes, is-sengħa u l-kwalifikazzjonijiet kif huwa xieraq.", "Xi ħaġa ħażina xi mkien hemm żgur.", "Skont is-Salary Explorer, il-medja f'Malta u Għawdex tal-pagi kollha li jitħallsu fil-ġimgħa hija ta' madwar 500 ewro (mas-26,000 ewro fis-sena).", "Insomma, xi 1730 darba anqas minn dak li jdaħħal Neymar fil-but kull ġimgħa!", "Inġustizzja strutturali", "Hemm diversi fatturi ġenerali li jiddeterminaw għala paga tkun akbar minn oħra.", "Waħda hija r-riskju tax-xogħol, oħra hija s-snajja involuti fl-impjieg, it-tielet hija l-ħtieġa li s-suq ikollu ta' xogħlijiet speċjalizzati u kemm ikun hemm li jipprovduh, u r-raba' hija l-kontribut tal-impjiegi lejn is-soċjetà.", "B'mod aktar partikulari, ma' dawn il-fatturi wieħed irid iżid ukoll ieħor kruċjali: is-saħħa finanzjarja tal-pajjiż.", "Hu għalhekk li, ngħidu aħna, il-medja fl-Iżvizzera tal-pagi li jitħallsu fil-ġimgħa, skont Forbes, hija ta' madwar 1,300 ewro, darbtejn u nofs aktar minn f'Malta u Għawdex.", "Minkejja dan, dawn il-fatturi kollha, bil-prinċipju li semmejna aktar 'il fuq b'kollox, ma jfissrux biżżejjed—anzi, lanqas biss jibdew jgħidu—għala xi ħaddiema jaqalgħu tant u oħrajn ħafna anqas jew ħafna aktar.", "Teżisti inġustizzja strutturali f'dan kollu, iddettata mill-kappriċċi tas-suq ħieles li jixtri u jbigħ ix-xogħol tan-nies skont kif jaqbel lilu ... u żgur mhux skont x'jaqbel lill-ħaddiema.", "Kontrolli f'dan il-qasam ftit li xejn jeżistu.", "Anzi, is-suq ħieles jagħmilha prerogattiva li ma jkunx hemm kontrolli.", "Din hi waħda mir-raġunijiet għala jissejjaħ proprju 'ħieles'; ħieles mill-kontrolli nazzjonali u internazzjonali kemm jista' jkun; ħieles li jagħmel li hemm bżonn, li jaqbel għas-suq, li jgħid kappriċċieh.", "Il-jedd u d-dmir", "Dan kollu ma ngħiduhx kontra Neymar jew kontra xi ħadd ieħor, jilgħabx il-ballun jew le.", "Ngħiduh kontra s-sistema li timmanipula u tisfrutta mingħajr kuxjenza.", "Ngħiduh kontra l-isfreġju li ħolqu l-bnedmin, ħtija tar-rgħiba tagħhom, li ġabu f'kull rokna tad-dinja.", "Il-ġustizzja distributtiva, jiġifieri l-mod kif jitqassam il-ġid, kemm nazzjonali daqskemm dinji, hija l-pern tas-soċjetà ċivilizzata; hija l-qalba tal-politika u l-ekonomija kollha.", "Jew aħjar, għandha tkun il-pern.", "Għax evidentement m'hijiex.", "Dan, però, m'għandu qatt irażżanna milli nixtiequ dinja aktar ġusta li tagħmel lil kulħadd, mhux lil xi wħud biss, aktar hienja fuq l-art.", "Kulħadd għandu l-jedd li jkun kuntent.", "Kull bniedem għandu d-dmir li jara li dan il-jedd jitħares dejjem."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/07/il-g20-u-s-suq-ieles.html", "title": "Il-G20 u s-suq ħieles", "text": ["Il-laqgħa għolja tal-G20 li saret f'Ħamburg, il-Ġermanja, ġimgħa ilu, fis-7 u t-8 li għadda, għandha mnejn ma tantx interessant lil ħafna minna.", "Ovvjament, Malta ma kinetx rappreżentata.", "Minkejja li dawn il-laqgħa spiss ma joħroġx wisq minnhom, xi kultant, bħal din id-darba, jista' jkollhom affarijiet interessanti li jiddistingwuhom.", "Żewġ okkażjonijiet", "Il-laqgħa kienet biss għall-mexxejja tal-aqwa għoxrin ekonomiji tad-dinja (għadna ma wasalniex s'hemm!) u xi rappreżentanti ta' banek ċentrali.", "Jekk xejn, din il-laqgħa partikulari se tibqa' magħrufa minħabba li fiha ltaqgħu għall-ewwel darba wiċċ imb'wiċċ il-President tal-Istati Uniti tal-Amerika, Donald Trump, u l-President tar-Russja, Vladimir Putin.", "Fil-jiem ta' qabel il-laqgħa kien hemm żewġ okkażjonijiet oħra li taw xejra partikulari lil-laqgħa ta' Ħamburg.", "Waħda kienet fl-1 ta' Ġunju ta' qabel, meta Trump ħabbar li kien se jirtira 'l pajjiżu mil-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 fuq it-tnaqqis tat-tniġġis tal-ambjent.", "Dan, skont il-ftehim, ma jistax iseħħ qabel l-2020.", "Sadattant, Trump suppost iħares il-ftehim bis-sħiħ.", "L-okkażjoni l-oħra kienet il-laqgħa f'Moska fl-4 ta' Lulju, tliet ijiem biss qabel il-laqgħa ta' Ħamburg, bejn il-President Russu, Putin, u l-President taċ-Ċina, Xi Jinping, għal aktar qrubija bejn iż-żewġ pajjiżi ġiganteski.", "L-ambjent u s-Sirja", "Dawn iż-żewġ okkażjonijiet jindikaw ċertu ċaqliq fit-tiswir tal-influwenzi dinjija.", "Filwaqt li Trump jista' jidher li qed jeżola lill-Amerika dejjem aktar (imsieħba mal-Gran Britannja), iċ-Ċina u r-Russja qed jersqu aktar lejn xulxin, u l-Unjoni Ewropea qed toħroġ bħala t-tielet forza ekonomika-politika tal-formazzjoni.", "Il-laqgħa ta' Ħamburg tat kas ta' dawn il-bidliet li, għalkemm jistgħu jkunu għalissa ċkejkna, jista' jkollhom sinifikat konsiderevoli fix-xhur u s-snin li ġejjin.", "Il-protesti kbar, ukoll vjolenti, li saru madwar il-post tal-laqgħat tal-G20 kienu l-aktar fuq l-istat ekoloġiku u ambjentalistiku tad-dinja u l-impenn tal-pajjiżi l-kbar, speċjalment tal-Amerika, għall-ħarsien tiegħu.", "Dawn kienu protesti ammirevoli, mhux biss għax ġabru eluf ta' nies, imma aktar u aktar għax għal darb'oħra wrew il-qawwa tal-azzjonijiet popolari biex jiġbu l-attenzjoni fuq kwestjonijiet jaħarqu imma dejjem minsija jew imwarrba.", "Kwestjoni oħra kważi minsija jew imwarrba għal kollox kienet dik tal-gwerra tas-Sirja.", "Din il-kwestjoni hekk delikata u terribbli bil-kemm kemm issemmiet jew ingħatat l-importanza li jixirqilha fil-laqgħat tal-G20.", "Il-bidu tat-tmiem?", "Minbarra dan kollu, għandu mnejn li l-aktar ħaġa li se jkollha effett fit-tul minn din il-laqgħa kienet l-emfażi ġdida li għamlet l-istqarrija tal-aħħar, miftiehma bejn il-pajjiżi kollha li ħadu sehem, inkluż l-Amerika u r-Russja.", "Ibda biex, din l-istqarrija ma daqqitx is-solita diska tas-suq ħieles u l-liberalizzazzjoni tal-ekonomiji.", "Is-soltu, din id-diska tkun mistennija.", "Imma din id-darba ma kien hemm xejn minn dan.", "Minflok, kien hemm xi ħaġa tal-għaġeb.", "L-istqarrija komuni tħeġġeġ lill-gvernijiet biex fit-trattati kummerċjali tagħhom jagħtu każ tal-ekonomiji ż-żgħar, speċjalment ta' pajjiżi li jinsabu sotto-żviluppati jew fit-triq għall-iżvilupp.", "Dan il-kliem mhuwiex fil-linja tan-neoliberaliżmu dikjarat tal-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li ħadu sehem fil-G20.", "Mhuwiex kliem li wieħed jistenna f'dokument bħal ta' Ħamburg jew li joħroġ minn laqgħa simili.", "Huwa kliem li donnu beda jdoqq diska ġdida.", "Dan iwassalna biex ngħidu li, jista' jkun, li hu kliem li qed jibda juri li l-'honeymoon' twil tan-neoliberaliżmu u l-kapitaliżmu, mibdi wara l-waqa' tal-ħajt ta' Berlin u tal-Unjoni Sovjetika, beda t-tmiem tiegħu.", "Din għandha mnejn hi spekulazzjoni vojta.", "Imma jista' jkun ukoll li wieħed għandu jaħseb fuqha u jara jekk dak li se jkompli jiġri fil-ġejjieni qrib jagħtihx raġun jew le.", "Jalla li iva."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/04/ajar-musulman-tajjeb-minn-nisrani-azin.html", "title": "Aħjar musulman tajjeb minn nisrani ħażin", "text": ["Minn żmien għal żmien jibqgħu jinqalgħu fil-gżejjer Maltin kwestjonijiet li jixħtuna l-baħar.", "Jew aħjar, kwestjonijiet li juru li konna u għadna l-baħar.", "Għax huma kwestjonijiet li suppost ilna li solvejnihom; kwestjonijiet li l-karattru ċivilizzat li mingħalina għandna mhu suppost li jara ebda kwestjoni fihom.", "Il-kwestjoni tat-tagħlim tar-reliġjon Musulmana fl-iskejjel tal-Knisja Kattolika hi waħda minnhom.", "Suppożizzjonijiet", "F'dan kollu qed nitkellmu fuq dak li hu suppost, jiġifieri fuq suppożizzjoniet li nagħmlu biex nidhru jew inħossuna aħjar.", "Waħda minn dawn is-suppożizzjonijiet hija li aħna s'issa, bħala poplu, rabbejna spirtu hekk ċivilizzat li l-prinċipji repubblikani jidħlu u joħorġu minn imnifsejna bħall-arja li nieħdu l-ħin kollu.", "Bħal ħafna suppożizzjonijiet, din ukoll hija tidher li hi fittizzja.", "Ħafna minna jagħmluha u jilagħbuha ta' ċivilizzati u repubblikani u saħansitra ta' liberali, imma mbagħad, meta niġu għas-si u n-no, issib li għandhom mentalità qadima u magħluqa daqs l-aqwa Torquemada.", "Huma nies li għandhom ġisimhom iħares 'il quddiem imma rashom qed tħares lura.", "Il-karattru ċivilizzat li ħafna minna mingħalihom li għandhom m'għandux x'jaqsam ma' min hu Kattoliku u mhux.", "Bħala poplu, aħna lkoll ninsabu f'dgħajsa waħda.", "Aħan lkoll, Kattoliku u mhux, aħna nies li qed ngħixu fuq dawn il-gżejjer u għalhekk il-ġejjieni tagħna lkoll mhux għal dan jew għall-ieħor, jew għal dan il-grupp jew għall-ieħor, imma għal kulħadd.", "Il-valuri tat-tkabbir", "Għaldaqstant, suppost li nixtiequ l-aqwa ġid lil kulħadd li jgħix hawnhekk.", "Kulħadd ifisser kulħadd, mhux xi biċċa jew oħra.", "Kulħadd.", "Jekk jgħixu l-insara hawnhekk, jekk jgħixu l-musulmanti, jekk jgħixu l-ateji, jekk jgħixu l-agnostiċi, jekk jgħixu l-umanisti, jekk jgħix min jgħix, għandna jkollna għal qalbna l-ġid tagħhom ilkoll, u għandna noħolqu l-aħjar strutturi biex kull wieħed u waħda minna jkollhom l-opportunitajiet kollha biex ikunu hienja u l-aqwa li jistgħu.", "Għal ħafna, ir-reliġjon għadha importanti bħala twemmin.", "Għall-maġġoranza nifhem li hi ħaġa kulturali biss.", "Imma għal ħafna, anki jekk minoranza, għadhom iqisuha xi ħaġa għażiża għalihom u, aktar minn hekk, xi ħaġa essenzjali għall-għajxien hieni tagħhom.", "Dan ħafna drabi jfisser li jkunu jridu jgħaddu t-twemmin tagħhom lil uliedhom.", "L-iskejjel hekk imsejħa 'tal-Knisja' għandhom ikunu minn tal-ewwel li jgħallmu l-aqwa valuri li jkabbru n-nies u jġibu l-umanità flimkien.", "Mhemmx għalfejn nikkwotaw it-tagħlim soċjali tal-Knisja biex nuruh dan, għax hu hekk evidenti llum, hekk ovvju, li kull Kattoliku suppost jafu bl-amment u jipprattikah bħala parti mit-twemmin tiegħu.", "Art musulmana?", "Din suppożizzjoni oħra.", "Jien tkellimt ma' bosta nies fuq jekk l-iskejjel tal-Knisja għandhomx, jekk loġistikament possibbli, jipprovdu t-tagħlim reliġjuż lill-istudenti musulmani fir-reliġjon tagħhom.", "Ma kinux ftit dawk li ħaduha bi kbira u kważi kważi skandalizzaw irwieħhom b'din il-ħaġa.", "Tkellimt ukoll ma' saċerdoti.", "Mhux wieħed jew tnejn tbaqbqu li dan m'għandux isir.", "Donnu l-biża' ta' dawn in-nies mhuwiex tant li, b'ħaġa bħal din, l-iskejjel tal-Knisja se jgħinu biex ikabbru musulmani tajbin.", "Le.", "L-akbar biża' tagħhom donnu kien li l-musulmani jistgħu xi darba jagħmlu mill-gżejjer Maltin art musulmana, bħallikieku din kienet l-agħar ħaġa li jista' jiġrilna.", "Jien dejjem weġibt li aħjar musulman tajjeb milli nisrani ħażin.", "Insara ħżiena għandna kemm trid, u anki musulmani ħżiena.", "Jien nixtieq kemm insara tajbin u kemm musulmani tajbin.", "Ma nara ebda skandlu jekk artna ssir musulmana sakemm dan ikun ta' suċċess akbar għaliha milli kienet bħala nisranija.", "L-iskejjel tal-Knisja, jekk loġistikament possibbli, ikunu qed jagħmlu servizz lill-umanità u lil pajjiżna jekk itellgħu musulmani tajba daqskemm itellgħu nsara tajba."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/07/ambjent-nadif.html", "title": "Ambjent nadif?", "text": ["Minkejja l-għajjat kontinwu għal ambjent nadif kemm mill-gvern u kemm mill-privat, jidhirli li huwa ċar biżżejjed li m'huwiex qed isir sforz biżżejjed biex jitnaqqas it-tniġġis b'mod ġenerali.", "Sforzi jsiru; dan huwa evidenti.", "Iżda mhux minn kulħadd, mhux dejjem u mhux kullimkien.", "Tliet fatturi", "Għandu mnejn li l-aktar tliet fatturi ewlenin li qed jikkontriwixxu pożittivament għal ambjent imniġġes fil-ħajja ta' ħafna minna huma tlieta: id-dħaħen tal-karozzi, it-trabijiet tal-kostruzzjoni u r-rimi barra tan-nies.", "Ukoll waħedhom, dawn it-tliet fatturi diġà għandhom sehem imdaqqas mill-ħmieġ u t-tniġġis ġenerali ta' bosta nħawi, aħseb u ara meta jiltaqgħu lkoll flimkien.", "Wieħed m'għandux jinsa jsemmi f'dan il-kuntest il-ħidma qawwija li jagħmlu l-ħaddiema tal-kunsilli lokali għat-tindif tal-lokalitajiet tagħhom.", "Dan is-servizz importanti lill-komunitajiet tagħna huwa imprezzabbli għax, mingħajr trombi u fanfariji, jikkontribwixxi direttament għat-titjib tal-ħajja tagħna", "Madanakollu, hemm fatturi li fl-istess ħin qed jikkontribwixxu wkoll direttament għat-tnaqqas tal-kwalità tal-ħajja tal-biċċa l-kbira tagħna.", "Ibda biex, id-dħaħen tal-karozzi.", "Dawn id-dħaħen folti u valenużi ħafna drabi qed jagħmluha impossibbli li timxi barra t-triq mingħajr il-periklu li tifga.", "Jekk persuna tkun qed tistenna fuq stejġ għal tal-linja, jekk timxi fuq bankina jew imqar tixref ftit fuq l-għatba ta' darha, nifsejha tiltaqa' ma' dħaħen qawwija ħierġa mill-magni tal-karozzi.", "Dawn xi kultant jagħmluha diffiċli li tieħu n-nifs.", "Il-karozzi u l-kostruzzjoni", "Xi wħud jaraw il-problema taż-żieda mingħajr rażan tal-karozzi fuq it-toroq tagħna bħala waħda ta' ħin u spazju biss.", "Imma dawn jinkwetaw lil min għandu karozza u qed isuqha.", "U min m'għandux?", "Min jagħżel li juża t-trasport pubbliku?", "Min isuq ir-rota?", "Min jeħodha bil-mixi?", "Għal dawn, il-problema ewlenija huma l-gassijiet tossiċi li l-ħin kollu jibilgħu mingħajr ma jridu.", "Mal-problema tal-għadd esaġerat ta' karozzi fit-toroq f'kull ħin, hemm f'diversi lokalitajiet il-problema tal-kostruzzjoni.", "Hawnhekk ukoll, xi wħud jaraw dan l-għelt mill-perspettiva tal-ispazju jew tal-estetika.", "Madanakollu, għall-biċċa l-kbira tagħna l-problema jkollha x'taqsam aktar ma' saħħitna.", "It-trab u t-tniġġis tal-arja li l-kostruzzjoni kontinwa qed joħolqu qegħdin jgħarrqu saħħitna.", "Bla dubju, l-ispazju urban u rurali tagħna, inkluż l-aspett estetiku, għandu sehem importanti mis-saħħa psikoloġika tagħna lkoll.", "Iżda l-attività tal-kostruzzjoni li donnha f'xi nħawi ma taqta' qatt u xejn, mhux anqas minħabba l-istorbju li toħloq daqskemm għall-ħmieġ, it-trabijiet u t-tniġġis li tiġġenera, m'hi qed tiġi kkontrollata jew limitata b'ebda mod.", "Ħafna drabi, il-kunsiderazzjoni sempliċiment ma ssirx.", "Il-ħmieġ mormi barra", "Il-fattur l-ieħor, il-ħmieġ li bosta nies fostna jixħtu barra bħallikieku t-toroq, il-bankini u l-wesgħat pubbiċi kienu landa taż-żibel, huwa skandaluż.", "Għax għandu mnejn xi ħadd kapaċi jgħid li l-karozzi u l-kostruzzjoni huma għeltijiet meħtieġa.", "Madanakollu, il-ħmieġ mormi barra min-nies żgur li m'huwiex meħtieġ.", "Huwa biss sinjal ta' injoranza, maledukazzjoni u nuqqas ta' sens ċiviku.", "Għalkemm din il-problema taż-żibel tan-nies, mill-kbir saż-żgħir, mormi barra hija preżenti s-sena kollha, donnha tiżdied fis-sajf.", "Mhux biss għax in-nies toħroġ aktar, imma aktarx wkoll għax in-nies ikollhom aktar affarijiet żejda x'jarmu.", "Għalkemm il-landi taż-żibel jinsabu bla għadd kullimkien, bosta nies jagħżlu l-eħfef ħaġa u jarmu dak li ma jridux fl-art mingħajr l-iċken ħsieb ta' xejn.", "Dwar dan, jidhirli, għandu jkun hemm taħriġ ta' edukazzjoni pubblika aktar serja min-naħa tal-kunsilli lokali u tal-gvern ċentrali.", "Dawn mhux biss għandhom jaraw li l-ħajja tagħna ma tibqax tiġi mgħarrqa dejjem u dejjem aktar bid-dħaħen tal-karozzi u t-trabijiet u l-istorbji tal-kostruzzjoni, iżda wkoll li jgħallmu li l-ambjent nadif aktarx huwa l-aktar ħtieġa urġenti, naturali u essenzjali tal-kwalità tajba ta' ħajjitna lkoll."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/04/il-kurzita-ot-il-gerf.html", "title": "Il-kurżità oħt il-għerf", "text": ["Jgħidu li huma n-nisa l-kurjużi.", "Dan mhuwiex minnu.", "L-irġiel kurjużi daqshom.", "Għall-anqas xi wħud minnhom.", "Daqskemm mhux in-nisa kollha huma kurjużi.", "Xi ftit jew wisq ilkoll kemm aħna kurjużi, ukoll jekk xi wħud iqisu l-kurżità bħallikieku kienet xi kwalità ħażina jew ta' min jaħrabha.", "Dan għax ma jintebħux li l-kurżità hija oħt il-għerf u li, li kieku ma kienx għall-kurżità, il-bniedem għadu sal-lum jgħix fl-għerien.", "It-tagħlim mill-kurżità", "Il-kurżità hija l-kwalità ta' ħsieb li jistaqsi.", "Kull annimal li għandu moħħ jagħmel il-mistoqsijiet biex jiskopri u jitgħallem.", "Mingħajr il-kurżità mhemmx tagħlim.", "It-tagħlim huwa frott il-kurżità li trid tkun taf aktar, li trid tiskopri dak li ma tafx.", "Bil-kurżità aħna nkabbru l-ħażna tat-tagħrif li diġà jkollna jew niltaqgħu ma' rabtiet ġodda li l-affarijiet ikollhom bejniethom.", "Skont il-filosfu Grieg tal-qedem Aristotli, li għex fit-tielet seklu qabel Kristu, hemm għaxar għamliet ta' mistoqsijiet li loġikament nistgħu nagħmlu (isejħilhom 'kategoriji'): Din x'inhi?", "Kemm tgħodd?", "X'għamla għandha?", "X'rabta għandha ma' affarijiet oħra?", "Fejn tinsab?", "Meta saret?", "X'qagħda għandha?", "Kif ġiet hawn?", "X'inhi tagħmel?", "X'għaddej mingħaliha?", "Il-bniedem bla kurżità jibqa' dejjem injorant.", "Ma jitgħallem qatt xejn għax ma jkollux il-ħajra li jiskopri affarijiet ġodda.", "Il-kurżità hi ħaġa tajba u meħtieġa.", "Biha nikbru, inwessgħu moħħna, nagħarfu affarijiet ġodda, niltaqgħu ma' skoperti siewja u nużaw aktar ħiliet li għandna u snajja li nistgħu nkabbru.", "It-tagħlim tal-kurżità", "'Tkunx kurjuż!' jew 'Tkunx kurjuża!' nisimgħu xi kultant lil xi ġenitur jgħid lil xi tifel jew tifla.", "Dan mhuwiex parir tajjeb.", "Il-ġenituri għandhom iħeġġu l-kurżità f'uliedhom.", "B'hekk jinġibdu għat-tagħlim, għall-kotba, għat-taħdit ma' ħaddieħor, għal laqgħat ma' kulturi ġodda, etnitajiet differenti, popli oħra, reliġjonijiet diversi.", "Il-ġenituri għandhom iħeġġu lil uliedhom ikunu kurjużi biex jattivawlhom moħħhom u jqabbduh il-ġuħ tat-tagħlim.", "L-akbar għodda tal-kurżità hija l-mistoqsija.", "Psikoloġikament, meta nistaqsu aħna nkunu qed infittxu li nimlew bħal vojt fil-firxa tat-tagħrif tagħna, u dan jimplika xewqa għal tagħrif sħiħ.", "It-tagħrif tagħna dejjem jibqa' bin-nieqes, imma, meta nistaqsu, inkunu qed noqorbu lejn qagħda mentali sħiħa li tissodisfa l-inkompletezza naturali tagħna.", "Fil-filosofija, il-kurżità għandha sehem importanti għal bosta mir-raġunijiet li rajna hawn fuq.", "Madanakollu, hemm raġuni oħra aktar importanti: hija dik li noħolqu jew noħolmu qagħdiet ġodda ta' eżistenza.", "Bosta drabi, aktar ma jkunu sempliċi l-mistoqsijiet, aktar iħaddnu fihom iż-żerriegħa għall-ħolqien ta' viżjonijiet ġodda.", "Biża' mill-kurżità", "L-għerf kollu tal-bniedem—mill-aktar prattiku u utli sal-aktar astratt u teoretiku, mill-ogħla sura tiegħu, jiġifieri l-empatija, sal-anqas, jiġifieri l-fehma—kollu jissejjes fuq il-kurżità.", "Hija ħasra li xi wħud jibżgħu ipaxxu l-kurżità tagħhom minħabba, aktarx, li jistgħu jinħasdu jew jiddejqu b'dak li jiltaqgħu miegħu jew jiskopru.", "Xi wħud jagħżlu aktar li ma jkunux jafu milli li jkunu jafu għax b'hekk iħossuhom aktar fiż-żgur.", "Jien jidhirli li aktar hu minnu bil-maqlub.", "Jiġifieri li bniedem mgħarraf hu aktar fiż-żgur minn ieħor li mhuwiex.", "Aħjar inkun naf fejn jien miegħi nnifsi, ma' ħaddieħor u mad-dinja meta nitgħarraf milli meta ma nitgħarrafx.", "Din tgħodd għall-esperjenza tal-umanità daqskemm għal dik ta' kull bniedem individwali.", "L-umanità mxiet 'il quddiem fl-għarfien tagħha nnifisha, tad-dinja li tgħix fuqha u tal-univers li jħaddanha għax kienet kurjuża u qatt ma waqfet titma' l-kurżità tagħha.", "F'din l-esperjenza kollha, il-kurżità kienet dejjem—u tibqa'—oħt il-għerf.", "Ktieb ġdid li m'għandekx titlef!", "Il-ħajja fil-qosor ta' Manwel Dimech", "(Agħfas fuq ix-xbieha biex tmur Facebook)"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/04/dimech-jgix.html", "title": "Dimech jgħix!", "text": ["Għada t-Tnejn, il-Prim Ministru, is-Sensiela Kotba Soċjalisti (SKS) u jien se noħorġu uffiċjalment għall-pubbliku ktieb bil-ħajja ta' Manwel Dimech fil-qosor.", "Iċ-ċerimonja, li se ssir quddiem Kastilja mal-monument sabiħ ta' Dimech b'tifkira tas-96 sena mill-mewt ta' Dimech u ta' Jum il-Ħaddiem, tibda fis-6.30 ta' filgħaxija.", "Kun magħna int ukoll għal din l-okkażjoni speċjali.", "Rakkont personali", "Dan il-ktieb ktibtu xi snin ilu u jġib il-bijografija sħiħa ta' Manwel Dimech.", "Semmejtu JIEN, MANWEL DIMECH għax għax il-kitba bħallikieku kitibha Dimech stess qisu qed jirrakkonta l-bijografija tiegħu nnifsu.", "Dan huwa stil li, minbarra li huwa aktar personali, ma jippermettix stħajjil storiku.", "Dimech jirrakkonta l-istorja tiegħu stess kif aktarx raha u esperjenzaha hu personalment.", "Għalkemm dal-ktieb ġdid iġib verżjoni mqassra tal-ħajja ta' Dimech, b'daqshekk m'hemm xejn qasir fiha.", "Xorta waħda jingħataw id-dettalji kollha tal-ħajja ta' Dimech f'kull fażi tagħha, mill-bidu sal-aħħar.", "Id-differenza hi li din il-kitba hija msoffija mill-ħafna tifsiriet fit-tul u mill-eluf ta' dettalji rqaq li kellha l-verżjoni t-twila.", "Din l-edizzjoni t-twila jien kont ħriġtha fl-2004, tlettax-il sena ilu, u sal-lum għadha l-bijograija klassika ta' Dimech.", "Kulmin irid ikun jaf lil Dimech fil-fond u bir-reqqa ma jistax jonqos li jaqra dik il-bijografija.", "Fiha hemm mijiet ta' eluf ta' referenzi dokumentarji li minnhom ħdimt l-istorja ta' ħajjet Dimech f'kull tentufa u rokna tagħha.", "Stil intimu", "Din il-verżjoni mqassra hi differenti minn dik il-bijografija t-twila għax, għalkemm ma tħalli xejn barra mill-ħajja ta' Dimech, tgħid l-istorja tiegħu bi kliem ħafif u mexxej.", "Bniedem li jrid jaqra l-ħajja ta' Dimech mingħajr tul żejjed u li jixtieq isir jaf x'għamel Dimech, kif kien jaħseb, xi pjanijiet kellu għal pajjiżna u x'ġarrab, dan hu l-ktieb ideali għalih.", "F'dan il-ktieb se jsib kulma jrid mingħajr dewmien, kliem fit-tul u bi stil intimu ħafna.", "'Intimu' għax f'dal-ktieb se tħoss li Dimech qed ikellem lilek personalment qisu qed iqerr miegħek.", "Niftakar li, meta kont bdejt nikteb din il-verżjoni fis-sajf tal-2005, kont għamilt żewġ abbozzi tal-ewwel biċċiet tiegħu.", "F'waħda għedt l-istorja jien fuq Dimech; fl-oħra bħallikieku qalha hu stess fuqu nnifsu.", "Dawn l-abbozzi kont qrajthom lil ħabib anzjan tiegħi li llum mejjet, Ġużeppi Tonna, sajjied minn Bormla, u staqsejtu liema kienet togħġbu l-aktar.", "Ma kienx ħasibha darbtejn biex weġibni.", "It-tieni kienet ħafna isbaħ, qalli.", "B'hekk komplejt nikteb il-ktieb kollu skont l-għażla ta' Ġużeppi, u ma ddispjaċinix.", "Għax, għalkemm qatt ma kont ktibt xejn b'dan l-istil awtobijografiku fuq Dimech, deher mill-ewwel li x-xogħol kien ħiereġ tajjeb u li l-kliem kien qed joqgħod għall-ħsieb bħal tarbija f'ħoġor ommha.", "Ir-riżultat hu dal-ktieb il-ġdid, Jien, Manwel Dimech, li hu l-pjaċir kbir tiegħi noħorġu uffiċjalment għada flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat.", "Xbieha għall-ewwel darba", "Il-Prim Ministru għandu sehem ukoll mill-ktieb, għax il-ftuħ tiegħu kitbu hu.", "Meta kont staqsejtu jekk jitħajjarx jikteb ftuħ għall-ktieb il-ġdid, aċċetta bil-ferħ mill-ewwel.", "Fil-fatt, il-kelmtejn ta' Dr Joseph Muscat fil-bidu tal-ktieb huma sbieħ u jorbtu lil Dimech mal-ħaddiema Maltin u Għawdxin u mal-ħidma tal-gvern tal-lum b'riżq pajjiżna.", "Barra dan kollu, il-ktieb fih ħafna xbihat kif ukoll siltiet mill-kitbiet ta' Dimech innifsu.", "Xbieha waħda jistħoqqilha attenzjoni aktar mill-oħrajn għax qatt ma dehret qabel f'ebda pubblikazzjoni.", "Ix-xbieha ġġib disinn bil-lapes ta' Dimech li kien pinġa Salvu Astarita, ħabib mill-qrib tiegħu, fl-1914.", "Hija xbieha mill-isbaħ.", "Din inġibha grazzi għan-neputi ta' Salvu stess, Christopher Busuttil, li ġentilment għoġbu jagħtini kopja tal-oriġinal.", "Ikun sabiħ jekk għada tingħaqad mal-Prim Ministru u miegħi int ukoll quddiem Kastilja fis-6.30 ta' filgħaxija għall-ħruġ uffiċjali ta' dal-ktieb mill-isbaħ li se jkun qed jinbigħ 10 ewro biss.", "Għandek tieħu gost żgur.", "Il-ktieb jixraq ikun f'idejn il-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "L-GĦID IT-TAJJEB LIL KULĦADD!"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/04/akkuzi-lif-u-gajjat-ieor.html", "title": "Akkużi, ħlif u għajjat ieħor", "text": ["F'dawn l-aħħar ġimgħat, min minna seta' jinjora l-akkużi li baqgħu jsiru mingħajr rażan?", "Rajna l-oppożizzjoni tirkeb il-karru li rikbu l-politiċi kollha sa minn qabel Ġesù Kristu, il-karru tal-akkużi ta' korruzzjoni kontra l-gvern.", "Dan anki l-Laburisti għamluh fl-imgħoddi.", "Rajna wkoll il-gvern jaħlef li jdejh huma nodfa u li s-sewwa jirbaħ żgur.", "Għajjat li jtarrax", "Is-sewwa jirbaħ żgur?", "Din ġiet minn fomm il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat il-Ħadd li għadda.", "Konna smajnieha xi mkien ieħor din l-għajta.", "Min kien qalha, bħalissa?", "Ah, kienet il-famuża għajta ta' Fenech Adami meta fl-aqwa tiegħu ħadha kontra l-aktar Prim Ministru onest li qatt kellha Malti, Dr Karmenu Mifsud Bonnici.", "Fil-politika m'iniex ċert is-sewwa jirbaħx żgur.", "L-għajta hi qawwija, bla dubju, imma l-politika, għall-anqas f'Malta u Għawdex, donnha trid xi ħaġa aktar minn hekk.", "Speċjalment meta l-akkużi ta' korruzzjoni u ta' 'game over' qed jitkattru bħall-faqqus fuq tiben imxarrab li ma jista' jieħu n-nar b'xejn.", "Jien stess, bħal ħafna oħrajn, fil-qrati kriminali smajt elf miljun akkuża serja li timpressjonak.", "X'baqa' minnhom meta provi ma kienx hemm kulħadd jaf.", "Spiċċaw fix-xejn.", "L-akkużi kulħadd jaf jagħmilhom.", "Il-provi huma li jgħoddu.", "Akkużi mingħajr provi huma ħanqa ta' ħmar.", "L-iswed fuq l-abjad", "Jekk niġu f'dan, biex inkunu għedna kollox, lanqas il-ħlif m'għandu jimpressjona.", "Kemm smajt nies jaħilfu fuq Alla l-Imbierek u miljun bibbja!", "Dan kollu ma jgħodd xejn jekk il-provi jinġiebu b'konvinzjoni.", "Il-ħlif jgħodd biss meta m'hemmx provi.", "Għax meta hemm, il-ħlif kollu tad-dinja ma jgħodd xejn.", "Mela huma l-provi li l-poplu Malti u Għawdxi jrid jara, mhux għajjat u tinbiħ u tħambiq.", "L-akkużi u l-ħlif jistgħu jkunu parti mil-logħba tal-politiċi.", "Il-poplu m'għandux jiġi mxejjer f'nofsu.", "Bħalissa kull naħa trid timpressjona, u bir-raġun, imma l-poplu mhux impressjonijiet irid, iżda iswed fuq l-abjad.", "Jekk dan ma jeżistix, allura ikun ferm aħjar jekk il-politiċi jibirdu ftit u jikkalmaw is-sitwazzjoni.", "Dan jgħodd għall-oppożizzjoni daqskemm għall-gvern.", "Għax fl-aħħar mill-aħħar, il-poplu jrid tkomplija ta' tmexxija li hi effiċjenti u produttiva, mhux tfixkil u gambetti u bsaten fir-roti.", "Il-provi kollox", "Xi wħud għaġġlu u sejħu din is-sitwazzjoni 'kriżi nazzjonali'.", "Naħseb qed jitfgħu l-pitrolju fuq il-nar.", "Is-sitwazzjoni hi kriżi ta' argumenti suriet in-nies, kemm għall-politika tal-gvern kif ukoll għall-istil ta' oppożizzjoni li reġa' għandna.", "Tassew li l-għajjat hu nofs il-bejgħ ... iżda meta jkollok xi tbiegħ.", "Għax meta ma jkollokx, l-għajjat hu biss sinjal ta' biża'.", "L-istess il-ħlif.", "Ir-responsabbiltà tal-provi m'hi qatt fuq l-akkużat, imma fuq il-prosekuzzjoni.", "L-akkużat m'għandu jaħlef fuq xejn.", "Għandu biss jitlob il-prosekuzzjoni tipproduċi l-provi.", "Jekk dan mhijiex kapaċi tagħmlu, allura l-akkużat ikun ħalef għalxejn.", "Alla żżeffen fin-nofs ħafna drabi mill-Ħadd li għadda 'l hawn.", "Mhux aħjar inħalluh 'il barra minn dil-froġa?", "Il-politika qatt ma kienet post xieraq għal Alla l-istess bħalma Alla qatt ma kien kandidat xieraq għall-politika.", "Speċjalment meta l-politika, flok fuq politika, tinfexx fuq kollox barra l-politika.", "Jien ngħid li, f'dan iż-żmien diffiċli fejn kulħadd donnu l-għami tal-istorja li ma jafx fejn hu sejjer, irridu lkoll inżommu rasna fuq għonqna u nikkalmaw kemm jista' jkun.", "Għax, bħalma jiġri fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-għajjat, mhux biss ma jsolvi xejn, imma saħansitra jmut fuq ommu."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/04/it-tajjeb-u-s-sabi.html", "title": "It-tajjeb u s-sabiħ", "text": ["Hu minnu li dak kollu li hu tajjeb hu wkoll sabiħ, u dak kollu li hu sabiħ hu wkoll tajjeb?", "It-tweġiba għal din il-mistoqsija tiddependi ħafna fuq x'wieħed jifhem b''tajjeb' u x'jifhem b''sabiħ'.", "Għax jekk kien hawn, ngħidu aħna fil-filosofija, diskussjoni li ilha sejra litteralment minn qabel Ġesù Kristu, minbarra dik fuq x'inhi l-verità, kienet dik ta' x'għandna nifhmu b''tajjeb' u x'għandna nifhmu b''sabiħ'.", "Il-ferq tas-sabiħ mit-tajjeb", "L-ewwel saram li niltaqgħu miegħu, sa minn żmien il-filosfi l-qodma tal-Greċja klassika sal-lum, hu jekk it-tajjeb u s-sabiħ huma kwalitajiet li jeżistu f'moħħ il-bniedem biss jew jekk jeżistux maqtugħa minnu fl-affarijiet.", "Ngħidu aħna, pittura hi sabiħa fiha nnifisha jew hu jien li naraha sabiħa u ħaddieħor jaraha kerha?", "Li wieħed iħalli xi ħaġa tal-flus lil wejter hu għemil tajjeb fih innifsu jew hu jien li narah tajjeb filwaqt li ħaddieħor jarah bħala għemil ħażin?", "Illum il-ħsieb mifrux, ukoll fost il-filosfi, aktar donnu jxaqleb lejn il-fehma li kemm it-tajjeb kif ukoll is-sabiħ jeżistu biss f'moħħ il-bniedem u m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-affarijiet 'l hinn minnu.", "Hu l-bniedem li jaqtagħha ħaġa hijiex sabiħa jew kerha, jew hijiex tajba jew ħażina.", "Madanakollu, dan ma jagħmlux minn żniedu.", "Biex ixaqleb fehmtu lejn naħa jew lejn oħra jrid ikollu xi qies li miegħu jimxi.", "Jekk b''sabiħ' bniedem jaħseb biss fil-lat artistiku jew estetiku ta' xi ħaġa, bħalma jagħmel, ngħidu aħna, il-filosfu Aristotli fi Ktieb 13 tal-Metafiżika, ma jistax jara wkoll it-tajjeb fih.", "Imma jekk bih jaħseb ukoll fil-lat tal-għemil, jiġifieri l-lat etiku jew morali, għandu mnejn jara li s-sabiħ jista' wkoll ikun tajjeb, u jara wkoll li l-ħażen hu ikrah.", "Is-sens ta' appartenenza", "Kif jista' s-sabiħ ikollu lat etiku jew morali?", "Kif jista' jkun tajjeb jew ħażin?", "Għal xi wħud dan ma jistax ikun għax aktarx jaraw is-sabiħ mil-lat biss ta' utilità, pjaċir, ġibda jew proporzjon.", "Is-sabiħ mhuwiex dawn biss, u lanqas ma hu fuq kollox dawn.", "Is-sabiħ hu sens ta' appartenenza, dik li bl-Ingliż isejħulha", "belonging", "; meta wieħed iħossu qisu milqugħ jew misjub, f'postu jew f'daru, imkennen jew mgħożżoż.", "B'din il-fehma ta' tifsira, is-sabiħ tabilħaqq jista' jkun tajjeb, anzi hu l-itjeb meta hu l-isbaħ, u wkoll l-isbaħ meta hu l-itjeb.", "Għalhekk, minn dan nistgħu ngħidu wkoll li l-ħażen hu ikrah, u li l-ikrah hu l-ħażin, kif ukoll li l-iħżen hu l-ikreh.", "Kemm dan joqgħod nistgħu narawh minn dak li nagħmlu.", "Ngħidu aħna, għaliex ulied li jħobbu 'l ommhom jarawlha wiċċa sabiħ, anzi mill-isbaħ, ukoll jekk ikun ikrah?", "Imbagħad ta' xi zija xħiħa u għajjura jarawh ikrah, ukoll jekk ikun sabiħ?", "Għaliex in-", "negrillas", "ta' Goya, jiġifieri l-pitturi l-hekk imsejħa suwed tiegħu, xi wħud bħali jarawhom sbieħ?", "Imbagħad ta' xi ħadd ieħor, ngħidu aħna ta' Bernard Buffet, jarawhom koroh, ukoll jekk jistgħu jkun sbieħ għal oħrajn?", "Ġesù l-isbaħ u l-itjeb", "It-tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet hi li xi affarijiet inqisuhom iserrħuna għax inħossuhom jilqgħu dak li aħna, ukoll jekk ma nkunux nistgħu ngħidu kif u għala.", "Filwaqt li affarijiet oħra jimbuttawna għax, għal xi raġuni jew oħra, ma jdoqqux għal dak li aħna jew għal dak li ma rridux inkunu.", "Min hawn niġi għall-aħħar ħsieb li xtaqt nagħmel.", "Għala xi wħud minna l-ħsieb jew ix-xbieha ta' Ġesù nsejħulu sabiħ u tajjeb, anzi insejħulu l-isbaħ u l-aħjar, filwaqt li għal oħrajn hu ikrah u saħansitra mistmerr?", "Għax dawn tal-aħħar ifixklu lil Ġesù ma' dak li jaħsbu li jafu fuqu jew li qalilhom ħaddieħor; jitfixkluh mal-kristjanità, mat-teoloġija dekadenti jew oskurantista, jew mal-istorja infamja ta' bosta nsara matul is-sekli.", "Min bħali jara lil Ġesù bħala l-bniedem perfett, l-inkarnazzjoni tad-divin, u l-aqwa mudell morali—huma x'inhuma l-isfreġji u l-isfruttamenti li minn dejjem sal-lum għamlu minnu xi wħud—ma jistax ma jarahx sabiħ u tajjeb, u wkoll l-isbaħ u l-aħjar.", "Tabilħaqq, iva, dak kollu li hu tajjeb hu wkoll sabiħ, u dak kollu li hu sabiħ hu wkoll tajjeb."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/07/is-sajf-zmien-il-ktieb.html", "title": "Is-sajf żmien il-ktieb", "text": ["Hija l-aqwa użanza li jistgħu jkollhom il-ġenituri li jgħallmu 'l uliedhom, u n-nanniet lin-neputijiet tagħhom, iħobbu jaqraw.", "Ikunu b'hekk qed jagħmlulhom ġid kbir għal ħajjithom kollha.", "Għax il-ktieb hu l-aqwa ħabib tal-bniedem: iwessagħlu moħħu, ikabbarlu ruħu, jagħmlu ċittadin tad-dinja, iħabbu mal-umanità u jagħti lil qalbu għerf u dehen li ebda skola ma tista' tagħtih.", "X'ħela!", "Xi żmien aħjar biex naqraw aktar mis-sajf?", "Huwa ż-żmien meta aktarx ikollna aktar ħin fuq idejna.", "Huwa ż-żmien meta jonqsilna l-aptit li nagħmlu wisq attività fiżika.", "Huwa ż-żmien meta jitwalu l-jiem u jisbieħu l-iljieli.", "Huwa ż-żmien it-tajjeb biex naqbdu ktieb u nħalluh isaħħarna miegħu.", "Niftakar, meta jien u ħuti konna żgħar, 'l ommi u 'l missieri jħejjuna għall-ħin twil liberu tas-sajf.", "Kienu jwebbluna li, tul is-sajf, naqraw għall-anqas ktieb wieħed.", "Qabel is-sajf, konna nagħmlu magħhom lista ta' liema kotba nixtiequ naqraw tul ix-xhur sħan ta' mistrieħ.", "U mhux wieħed kien jirnexxielna naqraw, imma bosta.", "Kemm ħin jaħlu t-tfal fis-sajf!", "U llum, bil-vidjogejms u l-iskajp u l-ajfons u l-ajpeds u x'naf jien, aktarx jaħlu ħinhom, bis-sajf b'kollox, f'attivitajiet li la jħarrku 'l ġisimhom u wisq anqas lil moħħhom.", "X'ħasra!", "Meta l-istess ħin jista' jintuża għal dik l-opra tant sabiħa u utli u prezzjuża tal-qari!", "Il-ktieb hu dinja", "Dan ma jgħoddx biss għaż-żgħar u ż-żgħażagħ.", "Jgħodd ukoll għall-kbar u saħansitra għall-anzjani.", "Ma naħsbux li dawn ma jaħlux ħin.", "Għandu mnejn jaħlu aktar mit-tfal.", "U mal-ħin jaħlu ħajjithom.", "Il-ħela tal-ħin hu dnub!", "Ħadd qatt ma qallek dan?", "Iva, hu dnub, għax il-ħin hu prezzjuż.", "Mhux biss, hu wkoll irrekuperabbli; meta jgħaddi, ma jerġa' lura qatt aktar.", "Il-ktieb hu l-aqwa ħabib ta' kulħadd.", "Mhux biss għax huwa għodda kbira ta' tagħlim, imma aktar u aktar għax hu sodda ratba ta' ħolm u triq żgura għal postijiet, fil-qrib u fil-bogħod, u żminijiet, 'il quddiem u lura, li qatt ma nistgħu nkunu fihom b'mod ieħor.", "Fuq kollox, il-ktieb hu l-bieb li jlaqqagħna ma' nies oħra, qodma, ġodda u oħrajn li għad iridu jiġu, u mal-esperjenza meraviljuża umana.", "Is-sajf tagħna, sabiħ kif inhu, jagħtina l-opportunità kbira li, flok naħlu l-ħin f'ħafna ħmerijiet li ma jiswewlna għal xejn ħlief biex jaljenawna, nħallu l-moħħna jimtela b'xbihat mill-ktieb li jagħtu l-ġwienaħ lir-ruħ.", "Qabel, dari, fl-antik, kienu jiskoraġġixxu l-qari proprju minħabba f'hekk: għax iwebbel in-nies b'ideat ġodda u l-ġejjinijiet differenti u aħjar.", "L-aqwa eżempju", "Mhuwiex tard biex, fil-bidu ta' dan is-sajf, tħajjar 'l uliedek jew lin-neputijiet tiegħek jaqbdu ktieb wieħed mill-eluf li jeżistu ta' kull sura u xeħta, u twebbilhom jaqrawh.", "Għal ħadd m'hu tard.", "Int ukoll tista' taqbad ktieb, b'liema lsien trid, ta' liema lemħa hu, u tħalli lilek innifsek tissaħħar bih.", "Kull żmien tas-sena hu żmien il-ktieb, tassew.", "Imma għal ħafna minna s-sajf aktarx huwa l-aqwa.", "Agħżel ktieb wieħed u għid, 'Dan irrid naqrah das-sajf'.", "Ma jiddispjaċikx.", "Għax il-qari hu bħall-aptit; jikber aktar ma tiekol.", "Malajr issib li, wara ktieb, trid ieħor, u ieħor.", "Qabel ma tintebaħ, b'hekk tkun qbadt waħda mill-isbaħ drawwiet tal-bniedem.", "Min jaf kemm hawn jixtiequ li jkollhom din il-grazzja l-kbira li jaqraw kulma jridu, u ma jistgħux.", "Int tista'.", "Uliedek jistgħu.", "In-neputijiet tiegħek jistgħu.", "Kun int li tagħtihom l-eżempju.", "Aktarx tkun tajthom l-aqwa eżempju ta' ħajtek ... u ħajjithom."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/07/il-martri-l-godda.html", "title": "Il-martri l-ġodda", "text": ["L-ambjentalisti aktarx huma llum l-aktar persuni fid-dinja politikament konxji tagħhom infushom.", "L-ambjent sar il-lok fejn l-oppressjoni umana u dinjija tal-lum qed tidher l-aktar; il-fruntiera fejn qed jiġu l-aktar wiċċ imb'wiċċ l-oppressjur u l-oppressat; il-fus li fuqu aktarx qed iddur l-aktar ir-rota tal-isfruttament li qed joħloq is-suq ħieles globalizzat.", "L-ambjentalisti saru l-martri l-ġodda ta' din l-era umana.", "L-isfreġju tas-suq ħieles", "Is-suq ħieles globalizzat, bil-filosofija neoliberali tiegħu—li ma hu xejn jekk mhux paraventu għall-isfruttament—għamilha dejjem aktar diffiċli li n-nies, individwalment u kollettivament, ikunu konxji tal-qagħda politika li fiha jinsabu tabilħaqq.", "Mogħmija bl-illużjoni ta' libertà u l-manija tal-konsum, bil-gidba tad-demokrazija u l-ħrafa tal-vot, mingħalihom li huma ħaġa meta fir-realtà huma oħra.", "Fir-realtà huma skjavi ġodda ta' sidien anonimi qawwija daqskemm wikkiela, rgħiba u ħattafa li, waqt li jidħqu bil-biċċa l-kbira minna, ġabuna għaġina f'idejhom.", "It-tir tagħhom hija s-setgħa; setgħa fuq kollox u fuq kulħadd; setgħa għall-manipulazzjoni u l-isfruttament; setgħa li ġġiegħel kollox joqgħod għal-leblieba, il-kilba, il-lefliefa tagħhom għall-flus.", "L-aqwa rebħa tan-neoliberaliżmu hu li lilna lkoll li ħakem fuqna kkonvinċiena li aħna dak li m'aħniex; li aħna ħielsa meta fir-realtà mjassra; li ngħixu f'demokrazija meta fir-realtà ngħix f'totalitariżmu; li rajna f'idejna meta fir-realtà nitmexxew minn imneħirna; li d-dinja miexja fuq ir-rubini meta fir-realtà sar minnha sfreġju sħiħ.", "Ambjentalisti maqtula", "Huma l-ambjentalisti li llum huma fost l-aktar nies konxji ta' din ir-realtà u tal-post politiku tagħhom fiha.", "L-ambjentalisti li jaraw f'għajnejhom u jmissu b'idejhom il-ħsara kontinwa fuq skala terrifikanti li qed issir lill-ambjent naturali kullimkien fid-dinja.", "B'saqajhom fl-art u bi ħsiebhom indawwal, huma l-intellettwali li d-dinja għandha bżonn.", "Il-kotba tagħhom jinkitbu bid-demm fuq paġni ta' ġilda umana.", "Fosthom jinsabu l-martri l-ġodda ta' żmienna.", "Skont ir-rapport li l-organizzazzjoni dinjija Global Witness, ibbażata f'Londra, ħaġet ġimgħa ilu, 'Id-Difensuri tad-Dinja', mal-200 ambjentalisti nqatlu s-sena l-oħra biss, madwar 10% aktar milli nqatlu fl-2015.", "Skont l-istess rapport, issa l-qtil tal-ambjentalisti qed isir f'ħafna aktar pajjiżi minn qabel, b'firxa ta' 24 pajjiż fl-2016, tmieja aktar mill-2015.", "Global Witness għandha tagħrif fuq 1,000 assassinji mill-2010 'l hawn, għalkemm dan hu rendikont konservattiv minħabba li ħafna mwiet ma jiġux irrappurtati.", "L-imwiet issoktaw dis-sena, l-2017, u l-intimidazzjonijiet, l-attakki, l-istagmatizzar, is-sorveljanza u l-arresti tal-ambjentalisti baqgħu jsiru mingħajr qtugħ fid-dinja kollha.", "Il-gvernijiet jew ma jagħmlux biżżejjed jew huma saħsansitra kompliċi.", "Id-demm iċarċar", "Carlos Maaz Coc, ta' 27 sena, inqatel fis-27 ta' Mejju li għadda mill-pulizija (ara r-ritratt) ġo El Estor, fil-Gwatemala, fl-Amerika Ċentrali.", "Kien sajjied.", "Flimkien m'oħrajn kien qed jieħu sehem fi protesta paċifika kontra l-mina tan-nikil Fenix.", "Bis-susanzi mniġġsa u valenużi li din qed tixħet fl-għadira kbira ta' Iżabal, qed toqtol kull ħaġa ħajja fl-għadira u lin-nies bil-ġuħ.", "L-agħar industriji fuq l-art li qed jeqirdu l-ambjent huma tal-mini u ż-żejt, il-qtugħ tas-siġar u l-foresti, l-agrikummerċ, il-kaċċa illeġali tal-annimali, il-bini tad-djiegi, u t-tniġġis tal-ilma.", "Skont ir-rapport tal-Global Witness, 40% tal-ambjentalisti maqtula fl-2016 kienu indiġeni, u 60% kienu mill-Amerika Latina.", "L-aktar assassinji saru fl-Indja, il-Filippini, il-Kolumbja u, l-agħar, il-Brażil.", "Il-leħen tal-ġustizzja kontra l-isfruttament tas-suq neoliberali ħieles globalizzat illum bil-kemm kemm jinstema'.", "Il-biċċa l-kbira tal-mexxejja dinjija, bl-eċċezzjoni ta' xi Papa Franġisku, immutaw jew idoqqu d-diska tal-isfruttaturi u r-rikkieba.", "Taħt ġildna l-kankru qed jagħmel festa, u ħafna minna sirna vittmi kuntenti.", "Sadattant, il-martri l-ġodda juruna min għandna nkunu.", "__________________", "Għal aktar tagħrif: www.globalwitness.org"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/09/il-qawwa-tan-natura.html", "title": "Il-qawwa tan-natura", "text": ["L-urugan enormi tant distruttiv fl-Istati Uniti tal-Amerika jċekkinna.", "Aktar minn hekk, jurina kemm, bħala bnedmin, aħna żgħar quddiem il-qilla tal-qawwiet naturali.", "Ilmijiet, irjieħ, nirien, u kull element ieħor li jiġi għal fuqna b'furja devastanti jġibna kważi kważi fix-xejn.", "L-arja kollha tagħna tintemm.", "In-natura hi bħallikieku enerġija moħbija u paċenzjuża li, f'ħin bla waqt, meta l-anqas inkunu qed nistennew, tqajjem is-saħħa tagħha turina snienha.", "L-abbuż li nagħmlu minnha jdur għalina ... jekk mhux għada, pitgħada.", "Qerda sagrilega", "Fil-gżejjer Maltin donnu dan l-abbuż huwa fl-aqwa tiegħu.", "Il-ġerħat tal-qerda tal-wirt naturali tagħna jidhru kullimkien.", "Max-xtajtiet.", "Fir-raba'.", "Fl-ibħra ta' madwarna.", "Mal-widien.", "Fix-xagħri.", "Kulfejn tħares tara l-id tal-qerda li, għall-flus u ħafna drabi għar-rgħiba, għamlet is-sinjal tagħha mingħajr ħniena, ħsieb jew imħabba.", "Dan hu dnub li ma jinħafirx.", "Il-qerda tal-ambjent naturali, li donnha issa saret il-mod normali ta' kif nafu nirrelazzjonaw mad-dinja tagħna, hi l-ordni tal-ġurnata.", "Il-gaffef u l-krejnijiet qishom saru parti mil-linja tas-sema tagħna kulfejn tħares.", "Hija qerda li ma nafux ngħaddu mingħajrha aktar, u li l-firxa mġewħa tagħha qisha ma taf ebda rażan, ilġim jew tmiem.", "Din hija qerda sagrilega.", "Għamilna kullimkien tagħna, u kkonvinċejna lilna nfusna li dan jagħtina l-jedd li nagħmlu li rridu, kif irridu, meta rridu, b'dak li għamilna pussess tiegħu mingħajr ebda kunsiderazzjoni għajr għall-qligħ tagħna nfusna llum.", "Għada donnu ma jeżistix, u ħaddieħor li ġej warajna donnu ebda jedd ma ħallejnilu biex igawdi u jitgħanna mill-ġid naturali tal-ambjent.", "L-illużjoni l-kbira", "Iżda n-natura, infinitament paċenzjuża kif inhi, ma taħfirx.", "Tissaportina iva.", "Tinsa le.", "Għada jew pitgħada titħallas tal-isfreġju li nagħmlu minnha.", "Dan hu s-sabiħ tagħna.", "In-natura tħalli lil min jgħaffeġ, iħawwad u jabbjuża ... imma għada jew pitgħada⸺meta ħadd ma jaf⸺terġa' trodd kollox bħalma kien.", "Tħassar id il-qerda tal-bniedem, u l-bniedem ikollu jħallas.", "Aħna f'dawn il-gżejjer Maltin, kif ukoll milljuni oħaf madwar id-dinja kullimkien, nisfruttaw il-wirt naturali bħallikieku għandna l-ħila nibdlu l-mogħdijiet tiegħu.", "Inħottu u nibnu addoċċ bħallikieku aħna naħkmu fuq in-natura u nġegħluha toqgħod għalina.", "Ngħixu f'din l-illużjoni kuljum u nserrħu ħajjitna u l-ġejjieni tagħna fuqha.", "Imma hi illużjoni xorta waħda.", "U xi darba⸺meta ħadd ma jaf⸺għad trid tagħmel il-kontijiet mar-realtà.", "U r-realtà ma tkun togħġob lil ħadd.", "Għax in-natura, meta titħallas tad-dejn li nagħmlu magħha, ma tħares lejn wiċċ ħadd u ma tqis lil ħadd, Alla jberikha.", "Niket kbir", "L-urugani fl-Amerika ta' Fuq, il-mijiet ta' fenomeni naturali madwar id-dinja kollha kull sena, ifakkruna xi ftit li n-natura ma jiddominha u ma jaħkimha ebda bniedem.", "In-natura hi suprema.", "Għalhekk sabiħa.", "Sabiħa fil-qilla tagħha.", "Sabiħa fil-kefrija tagħha.", "Sabiħa fl-indifferenza tagħha.", "Il-bniedem jgħodd is-sekondi, il-minuti, il-jiem, ix-xhur u s-snin, u jaħseb li għandu idea ċara taż-żmien.", "Iżda ż-żmien tiddeterminah in-natura, li donnha taħseb f'sekli, f'għexieren ta' sekli u f'eluf ta' sekli.", "In-natura ma tħallasx nhar ta' ġimgħa.", "Imma meta titħallas, titħallas waħda u sew.", "Hija l-bluha tar-rgħiba tal-bniedem li fl-aħħar mill-aħħar teqirdu.", "Għax il-ħakma li jaħseb li għandu fuq il-wirt naturali, u l-abbuż li jagħmel minn dan il-wirt, huma għall-qerda tiegħu stess.", "Sadattant, imma, huwa tabilħaqq ta' niket kbir narawna neqirdu 'l wirt naturali sabiħ ta' pajjiżna u tad-dinja meraviljuża tagħna."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/09/min-irid-il-paci.html", "title": "Min irid il-paċi?", "text": ["It-theddid kontinwu tan-Nord Korea kontra l-Ġappun għandu jħasseb lil kulħadd bħalma għandu jħasseb ir-rispons tal-pajjiżi l-qawwija tad-dinja għalih.", "L-attitudnijiet li wieħed jinnota huma aggressivi u ostili.", "Fil-fatt, min mod u min ieħor, kulħadd jhedded lil kulħadd.", "Dan filwaqt li kullħadd, jekk ma tridx, jitkellem fuq il-paċi u kemm irid il-paċi.", "Profitti", "Għandu mnejn nistgħu naħsbu li l-biċċa l-kbira tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn il-pajjiżi, partikularment bejn dawk kbar jew b'saħħithom, għandhom l-iskop li jżommu l-paċi jew għall-anqas in-nuqqas tal-gwerra.", "Dan l-iskop ċertament jiġi mxandar minn fuq il-bjut, jew il-mikrofoni, qisu kien xi kantaliena li kulħadd jafha bl-amment.", "Madanakollu, wieħed jissusspetta li d-diskors fuq il-paċi għandu mnejn hu biss paraventu li jaħbi intenzjonijiet oħra.", "Wieħed ċertament m'għandux jinjora li l-gwerra ġġib il-qligħ għal xi wħud li, għalkemm ma jidhrux fil-beraħ jew jinstemgħu fl-aħbarijiet, ikollhom influwenza qawwija wara l-gvernijiet tagħhom.", "Fost dawn hemm il-kummerċjanti tal-armamenti, biex ma nsemmux ukoll l-uffiċċjali tal-militar.", "Filwaqt li kulħadd jitkellem fuq il-paċi, xi wħud jaħdmu biex ikun hawn il-gwerra.", "Għax bil-gwerra jdaħħlu l-flus, flus kbar, flus ta' dimensjonijiet stellari.", "Il-gwerra minn dejjem kienet biċċa kummerċ, u dan mhuwiex anqas illum.", "Anzi, jista' jkun li llum aktar minħabba l-prezzijiet m'għola s-sema tal-armamenti u ta' dawk kollu li timplika gwerra.", "Qligħ", "Fil-bidu tas-seklu l-ieħor, qabel ma bdiet l-Ewwel Gwerra Dinjija, kulħadd l-istess kien jagħmel.", "Il-pajjiżi l-qawwija kienu jitkellmu fuq il-paċi u kemm iħobbu u jridu l-paċi.", "Madanakollu, minn taħt kulħadd kien qed jaħdem għall-gwerra, b'mod speċjali l-industrijalisti l-kbar, li dejjem għorku jdejhom kulmeta kien hemm il-possibbiltà li jiftaħ is-suq tal-gwerra.", "Agħfas minn hawn u iġbed minn hemm, dawn l-industrijalisti u l-kummerċjanti kien irnexxielhom jikkonvinċu lill-gvernijiet tagħhom jidħlu għal gwerra li taparsi kellha tkun limitata u qasira.", "Dil-gwerra, meta bdiet, mhux biss damet erba' snin, li fiha nqatlu aktar minn 40 miljun ruħ, il-biċċa l-kbira fil-fjur ta' ħajjithom, imma daħħlet fiha d-dinja kollha.", "Kull gwerra ġġib il-qligħ għal min jipprovdi l-elf miljun ħaġa meħtieġa biex tiġi miġġielda, mill-uniformijiet sal-bombi, miż-żraben sal-ajruplani, mill-iżgħar ħaġa sal-akbar.", "Il-gvernijiet jixtru bla rażan għax ikunu jridu jirbħu l-gwerra, u l-bwiet ta' dawk li jipprovdu l-apparat infernali tal-gwerra jiżfnu max-xitan.", "Tixwix", "Fil-Lvant Imbiegħed ilna naraw movimenti ta' gwerra.", "In-Nord Korea, li dejjem ipinġuhielna bħala xi dimonju li jrid jixba bid-demm, mhijiex l-uniku pajjiż involut f'dan.", "Hemm għadd ta' pajjiżi li lkoll, bl-attitudnijiet tagħhom, qegħdin irewħu l-qiegħa bit-tama, milli jidher, li tfaqqa' xi waħda li tista' tinvoli lid-dinja kollha.", "Jidher li wieħed ma jkunx qed jiffantastika wisq meta jgħid li jista' jkun hemm min qed ixewwew bil-kbir u l-ħin kollu biex il-ġnus imorru għall-gwerra.", "L-industrijalisti li jistgħu jgawdu mill-gwerra donnhom qed jaħdmu bis-sħiħ biex iwasslu lill-gvernijiet tagħhom sal-punt li ma jkunux jistgħu jwaqqfu l-inevittabbiltà tal-ġlied.", "Il-gwerer huma kollha ħżiena, kbar jew żgħar, iżda waħda fil-Lvant Imbiegħed li tinvolvi n-Nord Korea u l-Ġappun aktarx ma tkunx tista' tinżamm limitata għal dawk l-inħawi biss.", "Id-dinja kollha tista' tidħol fin-nofs fi ġlieda tal-biża' bħalma kellna darbtejn is-seklu l-ieħor.", "Min irid il-paċi jaħdem għall-paċi, mhux għall-gwerra."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/07/it-telqa-tas-sajf.html", "title": "It-telqa tas-sajf", "text": ["Xi wħud għamlu filosofija sħiħa mill-pessimiżmu.", "Dan is-sentiment, li dejjem iħares lejn l-agħar aspett tal-affarijiet jew jemmen li fil-ħajja jiġru, jew jistgħu jiġru, l-agħar affarijiet, aktarx jitnissel minn telqa psikoloġika u affettiva qawwija li jaħdem ir-ruħ minħabba esperjenzi xejn sbieħ li ġġarrab.", "It-tfittxija", "L-esperjenzi xejn sbieħ jiġru lil kulħadd.", "Għandu mnejn xi wħud jintlaqtu agħar minn ħaddieħor, u x-xorti tagħtihom fuq wiċċhom sa minn kmieni u xi kultant donnha ma titlaqhomx.", "Madankollu, l-esperjenzi weħedhom aktarx m'humiex biżżejjed biex iferu r-ruħ b'mod permanenti u jivvalenawha b'niket li qisu ma jehda qatt.", "L-esperjenzi huma determinanti, bla dubju, iżda magħhom bniedem iżid ċertu telqa li ġġiegħlu jara lilu nnifsu, u saħansitra lill-ħajja kollha, dejjem bħala vittma ta' ċirkustanzi, nies u avvenimenti li ħadd ma jista' jevita.", "Minn hawn jiġi l-pessimiżmu li jonqos mill-fiduċja jew it-tama fil-ġejjieni.", "F'xi waqt jew ieħor, kulħadd iġarrab l-inevitabbli u kulħadd isir vittma, iżda b'daqshekk ma jfissirx li kulħadd jintelaq biex dejjem jibki lilu nnifsu u xortih.", "Id-dinja kerha pesta li xi wħud jistħajlu li qed jaraw kullimkien madwarhom il-ħin kollu donnha tagħtihom raġun.", "Għax il-bniedem li jfittex il-kruha, kruha jsib; u bniedem li jobsor l-agħar, l-agħar jiġi fuqu.", "Il-possibbiltà", "Xi wħud imorru pass lil hinn mill-pessimiżmu biex jemmnu fin-niħiliżmu.", "Din il-kelma għandha għerq Latin, 'nihil', jiġifieri 'xejn'.", "Il-bniedem niħilista jemmen li fid-dinja xejn m'għandu sens.", "Is-sens, tajjeb jew ħażin, jivvintah il-bniedem minn żniedu.", "Il-bniedem niħilista huwa dejjem xettiku, negattiv, ċiniku, pessimist u, fuq kollox, ma jemmen f'ebda Alla.", "In-niħiliżmu huwa l-estrem tat-telqa tar-ruħ.", "Mhux biss f'ebda Alla ma jemmen, imma wkoll f'ebda bniedem u f'ebda possibbiltà li jista' jkun hemm xi hena, xi ħajr, xi ġmiel, b'xi ħaġa li teżisti.", "Xejn, imqar l-iċken tjieba, ma jista' jeżisti.", "Għalih, fil-fatt, ma jeżisti xejn li għandu jew jista' jkollu sens fih innifsu.", "Kollox hu kif inhu, kollox, għax hekk fettillu jivvinta l-bniedem.", "Din hi filosofija qawwija ferm li diffiċli tiġġildilha jew tiqfilha.", "L-oppost tagħha m'huwiex l-ottimiżmu.", "L-oppost tagħha hija l-possibbiltà li ntejbu l-affarijiet.", "L-ottimiżmu m'huwiex xieraq meta hu artifiċjali, u jista' jkun saħansitra perikoluż.", "Madankollu, mhux hekk il-fiduċja u t-tama fil-ġejjieni, ukoll meta ffaċċjat mill-hemm tal-ħajja u l-ħżunija tal-bniedem.", "It-tama", "Il-fiduċja u t-tama fil-ġejjieni jiġi mir-rieda li ma nintelqux, li ma nirrassenjawx lilna nfusna għal dwejjaq paralizzanti, li ma noqogħdux il-ħin kollu nibku lilna nfusna.", "Din hi r-rieda li nagħmlu l-aħjar minn sitwazzjonijiet possibbilment diffiċli u saħansitra disperanti.", "It-telqa li ġġib magħha s-sħana soffokanti tas-sajf għandu mnejn ifakkarna fit-telqa tar-ruħ li xi wħud iħaddnu l-jiem kollha tas-sena.", "Madankollu, ukoll is-sajf fih is-sabiħ tiegħu ... għal min irid jarah.", "Il-frott fl-għelieqi u fuq is-siġar, il-barka tal-baħar, is-seher tal-iljieli u elf miljun ħaġa oħra huma hemm biex igawdi l-ġmiel u l-hena tagħhom kulħadd ... jekk bniedem irid.", "Jekk bniedem ma jridx, ma jara xejn u ma japprezza xejn.", "Igorr biss.", "Imaqdar biss.", "Jintelaq biss.", "Jara l-ikrah biss.", "Jibki biss.", "Hemm tama f'dak kollu li bniedem ikollu, f'dak kollu li jagħmel u f'dak kollu li hu.", "Hemm tama dejjem sakemm hemm il-ħajja.", "It-tama hi l-aħħar li tmut.", "Biex taraha u tħossha teħtieġ biss ir-rieda u t-twemmin fil-ħiliet tagħna nfusna li nagħmlu dejjem l-aħjar ukoll mill-ikrah."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/09/kwistjoni-ta-skruplu.html", "title": "Kwistjoni ta' skruplu", "text": ["Naraha ħasra li sempliċi għażla ta' kap ta' partit għandha tispiċċa kwistjoni ta' tant odju, tnassis u ħdura.", "Tassew, din hijiex l-ewwel darba li ġrat ħaġa bħal din, la f'Malta u lanqas barra.", "Madanakollu, xorta waħda jidhirli li, meta jiġri hekk, la jkun l-akbar ġid tal-partit li jkun qed jiġi mfittex u wisq anqas l-akbar ġid tan-nazzjon.", "Għażla sterili", "Fil-proċess għall-għażla tal-kap il-ġdid tiegħu, jidhirli li l-Partit Nazzjonalista kellu qabel kollox jagħmel analiżi serja ta' x'tip ta' partit irid ikun fis-snin li ġejjin fi ħdan iċ-ċirkustanzi kurrenti tal-pajjiż.", "Parti minn dan il-proċess kellu jkun, naħseb jien, għala l-partit tilef żewġ elezzjonijiet wara xulxin b'mod daqshekk spettakulari.", "Minflok, x'għamel il-partit f'dawn l-aħħar ġimgħat ta' taħwid totali?", "Ħares lejn il-personalitajiet.", "Flok ra x'għandu bżonn il-partit jew x'għandu bżonn il-pajjiż jew in-nazzjon, qagħad iħares lejn l-uċuh tan-nies.", "Flok il-partit kollu ngħaqad qaqoċċa biex jara x'għamla ta' partit hemm bżonn għall-pajjiż u għall-poplu tagħna, il-partit kollu donnu beda jagħmel bħal kelb li jiġġieled ma' siequ jew ma denbu.", "L-għażla ma kinetx feliċi sa mill-bidu.", "Ikkontestaw avukati biss, bħallikieku l-partit ma jistax jeħles mill-idea li hu partit tan-nies tal-liġi, bħalma dejjem kien.", "Bħallikieku pajjiżna, fil-kuntest tas-sitwazzjoni Ewropea tal-lum, nies tal-liġi għandu bżonn biex imexxuh.", "L-aħħar kapitlu politiku", "Milli stajt nifhem, donnu l-partit għadu mhuwiex lest biex jifhem sewwa x'laqtu fl-aħħar żewġ elezzjonijiet li għaddew.", "Donnu għadu mhuwiex lest biex jifhem x'għandu bżonn il-pajjiż, illum u wisq anqas fil-futur qrib.", "Donnu għadu mhedi wisq bih innifsu biex jagħraf jinbidel kemm hemm bżonn skont iċ-ċirkustanzi.", "Dan, narah jien, hu sinjal li l-partit lanqas biss lilu nnifsu ma hu qed jifhem sewwa.", "L-istorja politika tal-lum naraha li bdiet b'Fenech Adami madwar l-1993 meta dan, bi spejjeż tal-politika demokristjana li kellu qabel, addotta biċċa kbira tal-politika neoliberali tal-Komunità Ewropea.", "Din kienet deċiżjoni fundamentali li bidlet ix-xena tal-politika Maltija.", "La Lawrence Gonzi u lanqas Joseph Muscat ma biddlu din id-direzzjoni l-ġdida.", "Anzi, filwaqt li Gonzi narah li ħaddimha mingħajr immaġinazzjoni, Muscat għamilha tiegħu, ipperfezzjonaha u mexxieha 'l quddiem b'ħila akbar minn Fenech Adami nnifsu.", "Kien għalhekk, nifhimha jien, li rnexxielu jirbaħ lin-Nazzjonalisti darbtejn wara xulxin b'riżultati fenomenali.", "Lil hinn minn Muscat", "X'kellu Muscat li Fenech Adami ma kellux?", "Kellu skrupli anqas.", "Filwaqt li Fenech Adami ħaddan politika neoliberali proposta mill-Unjoni Ewropea, il-formazzjoni demokristjana tiegħu wikkietu b'ħafna skrupli li rażżnuh milli jersaq lejn il-konklużjonijiet loġiċi ta' dik l-għażla.", "Muscat kellu anqas skrupli minnu biex jagħmel dan, u għamlu.", "Minkejja dan, Muscat ukoll kellu l-iskrupli tiegħu, l-aktar dawk ġejjin mill-kuntest storiku tal-Partit Laburista.", "Dawn rażżnuh ukoll, fortunatament; ġibduh lura milli jieħu deċiżjonijiet li n-neoliberaliżmu jitlob mingħajr rażan jew ħniena għaż-żgħir u l-batut.", "Grazzi għal Mintoff, il-kuxjenza soċjali fil-politika Maltija għadha xi ftit jew wisq qawwija.", "Għat-tajjeb jew għall-ħażin, politika nazzjonalista li trid tegħleb lil Muscat jeħtiġilha jkollha anqas skrupli minnu.", "Sakemm ir-regoli tal-logħba politika li beda Fenech Adami madwar l-1993 jibqgħu f'posthom⸺kif jidher li se jibqgħu fil-futur qrib⸺il-Partit Nazzjonalista ma jistax jagħmel mod ieħor għajr li jilgħab skont dawn ir-regoli.", "Jeħtieġlu wkoll, iżda, li jmur lil hinn mill-iskrupli ta' Muscat u jfittex li jersaq aktar lejn il-konklużjonijiet loġiċi li din il-logħba tiddetta.", "Jekk ma jagħmilx dan, aktarx li jibqa' jitlef.", "U dan ma jidhirx li lest li jagħmlu."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/09/l-air-malta-ta-darba.html", "title": "L-Air Malta ta' darba", "text": ["Il-problema tal-Air Malta donnha dejjem ittella' mill-qiegħ akkużi ta' min hu tabilħaqq il-ħtija li l-linja nazzjonali tagħna tal-ajru spiċċat fi stat ta' problema hekk gravi.", "Ovvjament, l-akkużi ma jservu għal xejn għajr biex isaħħnu l-irjus.", "Dan jagħmel is-soluzzjonijiet għall-problema aktar diffiċli għax, flok ma nfittxu l-ġid li jagħmel tajjeb għal kulħadd, ninfexxew f'battibekki politiċi li jkomplu jżidu mal-problema.", "Kumpanija ta' ġieħ", "L-Air Malta hi aktar minn sempliċiment linja tal-ajru.", "Hemm relazzjonijiet sentimentali marbutin magħha.", "Min għadu jiftakar jaf tajjeb x'jum ta' ġieħ kbir kien għan-nazzjon Malti l-31 ta' Marzu tal-1974 meta l-Air Malta ġiet inawgurata.", "Qabbli jiftakar ukoll meta, fil-21 ta' Marzu ta' sena qabel, Mintoff fil-parlament tkellem b'mod tant elokwenti fit-tħabbira tal-Air Malta u fl-approvazzjoni tal-att għat-twaqqif tal-kumpanija tagħha.", "Aktar minn hekk, jiftakar, aktarx b'nostalġija, bit-tkabbir, ftit ftit, li minn sena għal sena bdiet tagħmel l-Air Malta, kif ukoll bil-qligħ li bdiet tagħmel kull sena f'idejn tmexxija għaqlija bl-isforzi ta' nies bħal Albert Mizzi.", "U aktarx jiftakar ukoll ma' dan, din id-darba b'niket, meta, fid-29 ta' Ġunju tal-1983, is-Sur Mizzi safa vittma politika ta' bomba mar-residenza tiegħu f'San Ġiljan.", "It-tifkiriet marbuta mal-Air Malta ma jeqfux; mumenti sbieħ daqskemm xi kultant koroh.", "Bħal meta nħataf ajruplan tal-Air Malta minn żewġ Torok f'Ġunju tal-1997.", "Jew bħal meta l-linja ġiet marbuta mad-diżastru ta' Lockerbie lejn tmiem l-1989.", "Jew ukoll bħal meta, sa nofs l-2003, l-Air Malta kienet twasslet li ġġarrab telf ta' għaxar miljun lira Maltija.", "Soluzzjonijiet slavaġ", "Kulħadd donnu jaqbel li kien hemm żmien meta l-Air Malta kienet intrapriża ta' suċċess kbir.", "Imbagħad qisu qabdet it-triq tan-niżla.", "Għala ħadd li jidher li jaf bl-eżatt.", "Jista' jkun li kien minħabba amministrazzjoni ħażina.", "Għandu mnejn kien minħabba l-politika.", "Għax, ngħiduha kif inhi, imqar l-Air Malta ġibdet l-għira, bħalma ġibditha wkoll it-Tarzna.", "Minkejja li t-tifkiriet u n-nostalġiji ma jiswew kważi għal xejn biex tissolva l-problema bl-Air Malta llum, jgħoddu biss bħala tfakkira li din il-linja tal-ajru trid tiġi salvata bl-anqas dannu possibbli għal dawk kollha involuti fiha.", "Din hi kumpanija għażiża u importanti għan-nazzjon Malti.", "Iva, jeħtieġ tiġi salvata.", "Ukoll, jekk hu diżrazzjatament meħtieġ, b'soluzzjonijiet ħorox.", "Madanakollu, hemm differenza bejn soluzzjonijiet ħorox u soluzzjonijiet slavaġ.", "Fl-aħħar erba' snin, il-gvern jidher li għamel sforz qawwi ħafna biex isib tarf il-kankru li qed jiekol lill-Air Malta.", "Evidentement, dan l-isforz ma rnexxiex.", "Floku, hemm it-tentazzjoni li jittieħdu miżuri slavaġ, jiġifieri li ma jagħtu każ ras ħadd.", "Miżuri bħal dawn ma jagħmlu ġid lil ħadd, lanqas lil min jagħmilha, aħseb u ara lil min ibatihom.", "Il-ħaddiem iż-żgħir", "Xi wħud jiftakru l-ħsara, tista' tgħid għalxejn, li saret meta, f'Ġunju tal-2011, aktar minn 500 impjegati ġew imneħħija f'salt minn mal-Air Malta.", "Kien iż-żgħir li kielha dak in-nhar.", "U hekk jiġri meta jittieħdu deċiżjonijiet ta' malajr, bla għaqal u b'mod salvaġġ.", "Il-ħaddiem iż-żgħir m'għandu qatt iħallas l-ispejjeż ta' min hu paxxut fuq peltruna.", "L-anqas m'għandu l-ebda ħaddiem, mal-Air Malta jew mhux, isir ċippitatu f'idejn dawk li jridu vantaġġ politiku ta' malajr u ħafif minn sitwazzjoni diffiċli ta' niket li ilha takkumula l-għexieren ta' snin.", "Il-gvern jagħmel sewwa li jsalva l-Air Malta.", "Jagħmel sewwa li jieħu deċiżjonijiet ħorox biex isalvaha.", "Iżda mhux għas-spejjeż tal-ħaddiem iż-żgħir jew bis-salvaġiżmu kontrih.", "Tassew, f'din il-kwestjoni bħal f'oħrajn, kulfejn taqta' se joħroġ id-demm.", "Iżda m'għandux ikun id-demm taż-żgħir."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/06/ames-snin-ora.html", "title": "Ħames snin oħra", "text": ["Min jaf fejn se nkunu int u jien f'ħames snin?", "Is-sena tkun 2022.", "Tidher 'il bogħod.", "Imma mhijiex.", "Ħames snin jgħaddu bħal riħ, l-aktar għal min qabeż it-tletin (bħali).", "Nistgħu nkunu mejta.", "Nistgħu nkunu lejlet jew f'kampanja elettorali oħra.", "Min jaf?", "Li aktarx hu żgur hu li dalgħodu lkoll qed naħsbu fil-bidu ta' dal-ħames snin li ġejjin u x'jkun ifisser dal-bidu għalina lkoll.", "Pjanijiet", "Kemm smajna fuq dal-ħames snin li ġejjin fil-ħames ġimgħat li għaddew!", "Sa minn mindu tħabbret l-elezzjoni ġenerali, fl-1 ta' Mejju, kulma smajna kien bi pjanijiet ikkumplikati ta' kif dal-ħames snin se jkunu għalina bħallikieku ġenna fl-art.", "Kull politiku għandu ħabta jaqa' f'dan id-dnub tal-preżunzjoni, qisu l-istorja jmexxiha hu.", "Imma tifhmu wkoll.", "Għax xogħolu hu li jippjana ... u jikkonvinċi lilna li l-pjanijiet tiegħu huma ta' min joqgħod fuqhom.", "Madanakollu, il-verità hi li Alla biss jaf x'jista' jinqala' f'ħames snin.", "Tabilħaqq, il-bniedem jipproponi u mn'alla jkun hekk, imma mbagħad huma l-fatti, speċjalment il-fatti li jibqgħu jinqalgħu minn taħt ir-riħ, li jiddisponu lilna wkoll biex noqogħdu għad-dettat tagħhom.", "Irridu jew ma rridux, ikollna nibdlu l-pjanijiet tagħna għaċ-ċirkustanzi, ukoll jekk il-miri tagħna ma nitilfux għajnejna minn fuqhom.", "Xi wħud minna, lanqas miri ma jipprovaw jagħmlu, għax jobsru li kull żmien fih tiegħu u t-tfixkil mhux se jonqos.", "Iżda miri jrid ikollna, għall-anqas biex jiggwidawna; għall-anqas biex ma nitfixklux wisq.", "Huma dawn il-miri, żgħar jew kbar, li jibqgħu jagħmlulna l-qalb biex nagħfsu 'l quddiem biex intejbu ħajjitna.", "Tamiet", "Illum jibda gvern ġdid b'miri li tkellem fuqhom magħna fit-tul għall-ħames ġimgħat li għaddew.", "Illum, ħafna nies aktarx jixtiequ li kienu attenti ftit aktar tul dawn il-ġimgħat.", "Għax dak li ntqal se jkun xi ftit jew wisq dak li se jlewnu l-ħames snin li ġejjin.", "Dawn, issa, huma mifruxa bħal tapit quddiem il-gvern il-ġdid biex jagħmel minnhom storja kemm jista' jkun sabiħa għal kulħadd.", "Bla dubju, se jkun gvern li se jkollu jħabbat wiċċu ma' dak kollu li jiġri madwarna, kemm fil-Mediterran u fl-Ewropa, kif ukoll fid-dinja.", "Min jista' jgħid dan kollu x'għad ikun?", "Gwerer, kriżijiet finanzjarji, fenomeni naturali ... kollha, u oħrajn magħhom ukoll, jinsabu fuq il-lista tal-possibbiltajiet.", "Aħna nittamaw li l-gvern il-ġdid jaffronta dan kollu b'sidru minn quddiem u b'rasu fuq għonqu.", "Nittamaw ukoll—u b'qalbna kollha—li l-biċċa l-kbira tad-diskors li sar fl-aħħar ħames ġimgħat li għaddew ma kienx għalxejn.", "Anzi, huwa biss xieraq li aħna nżommu l-gvern il-ġdid marbut mal-wegħdiet li għamel, issa li kiseb il-vot tal-maġġoranza tal-elettorat Malti u Għawdxi.", "Huwa l-minimu li aħna għandna nistennew.", "Avventura", "Il-massimu huwa ferm aktar.", "Il-massimu li aħna għandna nistennew huwa li pajjiżna jkompli fuq it-triq ta' suċċess li qabad fl-aħħar erba' snin; li b'ebda mod l-arloġġ ma jitreġġa' lura; li l-ħajja ta' kulħadd tibqa' titjieb u li kulħadd jibqa' jingħata d-dinjità u r-rispett li jixraqlu, anki jekk ma jistħoqqlux.", "Illum jibda kapitlu ġdid fil-ġrajja twila tagħna, wieħed mimli b'opportunitajiet u prospetti possibbilment sbieħ.", "Il-gvern il-ġdid, bil-mandat li kiseb il-bieraħ, se jieħu f'idejh it-tamiet kollha tagħna lkoll biex isarrafhom f'realtajiet li nistgħu nkunu kburin bihom.", "Dal-kapitlu se niktbuh ilkoll flimkien, għax aħna lkoll fl-istess dgħajsa.", "Il-maltemp li jiġi għall-gvern jiġi għalina wkoll.", "Bħalma r-risq li nagħmlu jkun ukoll għalina lkoll.", "Dal-kapitlu l-ġdid jalla, ħames snin oħra, inkunu nistgħu nħarsu lura lejh bil-kburija u l-ftaħir.", "Inkunux għadna hawn int jew jien, il-ħames snin li ġejjin se jkunu avventura."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/10/is-saa-lill-addiem.html", "title": "Is-saħħa lill-ħaddiem", "text": ["Dan il-kliem, \"is-saħħa lill-ħaddiem\", inkiteb fl-Innu Malti madwar mitt sena ilu.", "Fuq livell individwali, għalkemm f'dak iż-żmien kien jinftiehem mod u llum jinftiehem mod ieħor, xorta waħda baqa' ta' siwi.", "Madanakollu, it-tifsir kollettiv li kellu jingħata dan il-kliem wara t-tieni gwerra dinjija donnu ntilef u għandu mnejn illum jenħtieġ li jerġa' jinkiseb.", "Għajja tal-moħħ", "Is-saħħa tal-ħaddiem hija l-qofol li fuqha hi mibnija ċ-ċiviltà u l-ekonomija tagħna.", "Mitt sena ilu, meta kienu jitkellmu fuq is-saħħa individwali tal-ħaddiem, bħalma aktarx ried ifisser Dun Karm Psaila fl-Innu Malti, kienu jifhmu s-saħħa fiżika.", "Il-ħaddiem—kemm irġiel, kif ukoll nisa u saħansitra tfal—kellu biss is-saħħa tiegħu x'joffri lil min iħaddmu.", "Mingħajrha kien jintrema u jitfaqqar.", "Illum mod ieħor.", "Illum, meta nitkellmu fuq is-saħħa tal-ħaddiem, aktarx aktar nifhmu s-saħħa mentali.", "Għalkemm għad fadal ħaddiema li jagħmlu xogħol iebes, il-kundizzjonijiet f'pajjiżna xejn m'għad għandhom x'jaqsmu mat-tbatijiet li kien iġarrab il-ħaddiem mitt sena ilu.", "It-tbatija ta' ħafna, bil-pressjonijiet li hawn u bit-tensjoni li jeżistu, illum hi aktar mentali.", "Is-saħħa mentali tal-ħaddiem hi xi ħaġa aktar delikata mis-saħħa fiżika.", "Minkejja li din tal-aħħar hi ta' siwi kbir f'kull ħaddiem, meta 'l ħaddiem tonqoslu s-saħħa fiżika, u jimtela tilja dipressjoni u wġigħ ir-ras, il-kwalità kollha ta' ħajtu tmur fin-nofs, kif ukoll dik tal-familja kollha tiegħu.", "Intemm il-kollettiv?", "Il-movimenti tal-ħaddiema, barra daqskemm f'Malta, meta bdew jagħmlu t-taqbidiet kbar tagħhom kien qabel xejn is-saħħa fiżika li aktarx kellhom fit-tir tagħhom.", "Iżda llum, dan it-tisħiq jieħu t-tieni post ħdejn is-saħħa mentali.", "Il-pressjonijiet li għandna llum fuq il-postijiet tax-xogħol qed inawru 'l ħaddiem, jagħmluh imdejjaq u jiftħuh għall-isfruttament u l-abbuż.", "Fuq livell kollettiv, mitt sena ilu l-kliem \"is-saħħa tal-ħaddiem\" kellu indirizz trejdjunjonistiku.", "L-għajta 'is-saħħa fl-għaqda' kienet bħallikieku l-kurunella tal-movimenti tal-ħaddiema.", "Illum dan kollu nbidel.", "Il-kultura kapitalista u s-sistema neoliberali xejnet kważi għal kollox is-saħħa tal-junjins b'mod li l-għaqda tal-ħaddiema f'kenn wieħed saret bħallikieku xi ħaġa bla ħajra u bla siwi.", "Ħafna mill-ħaddiema llum, jekk mhux il-biċċa l-kbira tagħhom, iridu jaqdfu għal rashom.", "Għaqda tabilħaqq, għall-anqas għaqda industrijali u trejdjunjonistika, ma teżistix aktar għalihom.", "Għaldaqstant, is-\"saħħa tal-ħaddiem\" sar ikollha tifsir biss fuq livell individwali u mhux aktar fuq livell kollettiv.", "Tensjonijiet", "Din mhijiex xi ħaġa sabiħa.", "Għax ħaddiem ftit għandu saħħa mal-qawwa tas-suq u tas-suqqiena meta jkun jinsab waħdu, irid jaqta' bi snienu jew ibati fis-silenzju tal-frustrazzjoni.", "U hawnhekk ukoll, mhijiex aktar is-saħħa fiżika tiegħu li tiġi mhedda—anzi, din aktarx titpaxxa b'mod li tista' tiġi mmanipulata aħjar—iżda s-saħħa mentali.", "Illum, diżgrazzjatament, id-dipressjonijiet u t-tensjonijiet tal-ħaddiema, jew tal-biċċa l-kbira tagħhom, tista' kważi kważi tmissha b'idejk.", "Ma' dawn, tista' tilmaħ ukoll madwarna ħafna nervożiżmi u aġir, imqar ta' divertiment, li jista' jitqies kompulsiv u sa newrotiku.", "Il-ħaddiem m'għadux b'saħħtu.", "La individwalment u wisq wisq anqas kollettivament.", "B'dan mhux hu biss qed imur minn taħt, imma s-soċjetà kollha u l-pajjiż kollu.", "Din il-mixja 'l isfel għad ma tħalli nifs lil ħadd u jkollna nerġgħu nibdew nirrevedu dak li ħallejna warajna.", "Il-movimenti tal-ħaddiema jkollhom jerġgħu jqumu biex jintradd dak li ntilef.", "Dan ikum il-mument meta, mhux aktar is-saħħa fiżika waħedha jew is-saħħa mentali waħedha tibda titfittex, iżda t-tnejn flimkien.", "U lanqas is-saħħa kollettiva waħedha jew is-saħħa individwali waħedha, iżda t-tnejn li huma.", "AGĦFAS FUQ IR-RITRATT"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/06/id-diversita-ta-pajjiz.html", "title": "Id-diversità ta' pajjiż", "text": ["Fost il-ħafna u ħafna kummentarji li kien hemm dan l-aħħar fuq il-kampanja elettorali, l-elezzjoni ġenerali u r-riżultati tal-votazzjonijiet, ftit li xejn kien hemm, għall-anqas minn dak li rajt jien, min impressjona ruħu wisq mid-diversità enormi li sar għandu l-poplu ta' dawn il-gżejjer.", "Dan deher biċ-ċar fl-attivitajiet kemm tal-Partit Laburista u kemm tal-Partit Nazzjonalista.", "Reżistenza għad-diversità", "Id-diversità ta' nies tista' tkun fatt li, għalkemm ikun jeżisti fost poplu, ma jiġix magħruf biżżejjed.", "Ġieli jinħeba wkoll, bħallikieku kien xi tebgħa kerha fuq il-pajjiż.", "Meta ngħid diversità, inkun qed infisser l-aktar l-istati differenti ta' ħajjet in-nies, l-oriġini etniċi tagħhom, l-għażliet politiċi li jkollhom u l-fehmiet diversifikati li jħaddnu.", "Ilkoll nafu li għad hawn min donnu dan ma jridx jaċċettah, u jqis id-diversità, kif ukoll l-integrazzjoni, bħala dnubiet kbar.", "Saħansitra kien hemm il-ftit, fost dawk li kkontestaw l-elezzjoni, li wkoll parlaw pubblikament kontra dawn il-fenomeni, anki jekk il-ħanqa tagħhom ma telgħetx is-sema.", "Id-diversità, speċjalment fuq l-iskala li għandna f'pajjiżna llum, hija fenomenu relattivament reċenti.", "Għalkemm hi evidenti f'ħafna oqsma tas-soċjetà, ma tidhirx li għadha qabdet fl-oqsma kollha.", "Anzi, għad għandna oqsma, speċjalment dawk magħluqa u konservattivi, li d-diversità ma ħallewhiex tmisshom.", "Dawn, għalkemm iridu aktar żmien biex jaċċettaw l-inevitabbli, ikollhom bħall-oqsma oħrajn jintmessu wkoll.", "Minoranzi esklużi", "Minkejja d-diversità hija aktarx evidenti bħala fenomenu f'diversi oqsma tal-ħajja soċjali, mhux daqstant hija l-firxa tagħha fil-livelli stratifikati tagħhom.", "Jidher li hemm diversità akbar fil-livelli li jiġu 'l isfel fl-iskala soċjali, u anqas u anqas aktar ma titla' 'l fuq fl-iskala.", "Dan irid jinbidel, u jinbidel żgur, għalkemm bil-mod.", "Ngħidu aħna, l-oriġini etnika tal-kandidati kollha li kkontestaw l-elezzjoni kienet omoġenja u fiha ma kienx hemm wisq diversità; anzi, xejn.", "Min jaf ħames snin oħra l-istampa tkunx diġà bdiet tinbidel?", "Naturalment, dan jista' jingħad ukoll fuq il-kompożizzjoni tal-parlament u tal-kabinett.", "Għalkemm il-partiti politika (tista' tgħid kollha, kbar u żgħar) jitkellem ħafna dwar id-diversità, ma jidhirx, għall-anqas s'issa, li fi ħdanhom hemm wisq diversità ta' ċertu tip.", "Ngħidu aħna, saru jafu jagħtu spazju lil persuni LGBTIQ, u anki lil persuni separati, divorzjati jew li jgħixu fi stat ta' koabitazzoni, iżda mhux, imbagħad, lil persuni ta' oriġini etnika Afrikana, Balkana, Ażjatika jew ukoll Ewropea.", "Dawn għadhom mhumiex rappreżentati, la fil-partiti u wisq anqas fil-parlament.", "Sforz għad-diversità", "Id-diversità, fil-firxa kemm orizzontali tagħha daqskemm f'dik vertikali, hija plier kruċjali ta' soċjetà b'saħħitha.", "Aktar minn hekk, l-għarfien tagħha, kemm bħala fenomenu u kemm bħala fatt pożittiv, huwa essenzjali għal kull politika ta' inklużjoni.", "Dan għandu jwassal għal miżuri prattiċi u effettivi biex id-diversità ssir parti mill-istrutturi operattivi tal-istituzzjonijiet, partikularment dawk ta' dimensjoni nazzjonali.", "Dawn l-istrutturi, mhux biss iridu jitkellmu għal ħaddieħor, imma, aktar minn hekk, iridu jinkludu lil ħaddieħor ħalli jitkellem għalih innifsu.", "Il-parteċipazzjoni trid tkun sħiħa, u għal dan huwa meħtieġ li jsir sforz speċjali għall-inklużjoni u l-integrazzjoni konkreta.", "Dan hu meħtieġ għax, għall-anqas il-partiti politiċi, għadhom mhumiex għal kollox rappreżentattivi tad-diversità soċjali li għandna.", "Dan hu nuqqas strutturali serju li qed jaffettwa ħafna l-istituzzjonijiet amministrattivi, leġislattivi u ġudizzjarji ta' pajjiżna.", "Id-diversità mhux biss irridu nippridkawha, imma aktar u aktar inħaddmuha, u għal dan irid isir sforz konxju, ippjanat u organizzattiv."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/06/reba-responsabbilta.html", "title": "Rebħa = Responsabbiltà", "text": ["Ir-rebħa elettorali tal-għaġeb, storika, li għamel il-Partit Laburista l-Ħadd li għadda tqiegħed fuqu u fuq il-Prim Ministru responsabbiltà akbar minn qatt qabel.", "Il-fatt li l-moviment nazzjonali mmexxi mill-partit kiseb, fost tant u tant tfixkil, it-tieni leġislatura, u kisbu b'mandat akbar minn ta' erba' snin ilu, aktarx għandu jfisser li l-partit irid jieħu b'serjetà kbira l-impenn tiegħu li jżomm għajnejn il-gvern fuq l-ideali soċjali li jistqarr, u għandu jfisser ukoll li l-gvern irid ma jħallix is-saħħa enormi li għandu tiġri bih 'il fejn ma jixraqx.", "Ir-responsabbiltà tal-partit", "Ħa nibda l-ewwel bil-partit.", "Għedt li l-partit irid jieħu b'serjetà kbira l-impenn tiegħu li jżomm għajnejn il-gvern fuq l-ideali soċjali li jistqarr.", "Ovvjament, dan mhuwiex id-dmir tal-Partit Laburista biss, imma ta' kulħadd.", "Madanakollu, il-partit aktarx igawdi pożizzjoni privileġġjata f'din l-obbligazzjoni.", "Kemm għax id-deputati tal-gvern jiġu minn ħdanu, kif ukoll għaliex il-Prim Ministru huwa wkoll il-mexxej tiegħu.", "Huwa faċli li, la darba nkiseb il-mandat governattiv, il-partit jintelaq u, minkejja d-diversi mekkaniżmi li għandu fi ħdanu, iħalli għal kollox ir-responsabbiltà tat-tmexxija governattiva f'idejn il-Prim Ministru, il-gabinett tiegħu u d-deputati parlamentari l-oħra tiegħu.", "Dan m'għandux ikun.", "Bħalma l-partit jibqa' jappoġġja lil dawn in-nies fil-karigi rispettivi tagħhom, u hekk għandu jkun, ma jistax jeżonera lilu nnifsu minn kull impenn fit-tmexxija tal-pajjiż.", "Fl-istrateġija politika ġenerali tal-gvern preżenti, li aktarx tfittex li toħloq sintesi bejn programmi ekonomiċi leminin u proċeduri soċjali xellugin, il-mekkaniżmi interni tal-partit huma fid-dmir li dejjem jassiguraw ruħhom li l-bilanċ ġust f'din l-istrateġija ma tintilef qatt.", "Dan hu s-servizz vitali li dawn il-mekkaniżmi, u għandu mnejn oħrajn ġodda, jagħtu lill-gvern Laburista u, għaldaqstant, lill-pajjiż.", "Ir-responsabbiltà tal-gvern", "Min-naħa tal-gvern, li diġà għandu ċerta kuxjenza soċjali, għax uriha bil-fatti fl-erba' snin li għaddew, issa jrid jissaħħaħ l-impenn li l-ġid iġġenerat u li se jkompli jiġi ġġenerat jitqassam fuq l-irjus kollha mingħajr ma jħalli ebda faxxa tas-soċjetà barra jew bin-nieqes.", "Dan hu gvern Laburista li, bħalma wera diġà, hu maħtur għall-qerda tal-faqar jew tal-possibbiltà tiegħu.", "Is-saħħa enormi li għandu issa l-gvern preżenti b'dan il-mandat fenomenali, bla dubju tagħtih fibra aqwa biex jinnegozja.", "Hi saħħa li trid tibqa' mrażżna u mliġġma.", "Bħalma dan l-aħħar tfakkret, bir-raġun, ir-rebħa elettorali ta' wieħed u erbgħin sena ilu, fl-1976—u dik kienet rebħa iżgħar—hekk irid jitfakkar ukoll kif is-setgħa kienet telgħet għal ras xi wħud li, imbagħad, saru kważi inkontrollabbli.", "Dan ma jistax jerġa' jirrepeti ruħu.", "Ma jirrepetix ruħu jekk il-gvern jibqa' ffukat, jibqa' jisma', jibqa' b'għajnejh fuq il-valuri veri tas-suċċess.", "Dawn il-valuri ma jorbtux sempliċiment mat-tkattir tal-ġid, iżda aktar u aktar mat-tqassim ġust u xieraq tal-ġid.", "Filwaqt li l-gvern, bħalma hu maħluf, ikompli bl-impenn tiegħu għat-tkattir, irid jibqa' sensittiv għall-krib sieket u moħbi taż-żgħir u tal-minoranzi.", "Gvern li jibqa' jisma'", "Jien m'għandix għalfejn naħseb li dan mhuwiex se jsir.", "Jekk seta' jsir aħjar fl-aħħar erba' snin, is-sinjali jidher li juru li l-ħames snin li ġejjin, għall-anqas f'dan ir-rigward, sejrin ikunu aħjar.", "Gvern li jibqa' jisma' ma jiżbaljax kif ġieb u laħaq.", "Huwa biss gvern li jingħalaq fil-bozza tal-awtoġustifikazzjonijiet tiegħu u fin-nasba tal-intransiġenzi politiċi tiegħu li jiżbalja ... u jiżbalja bl-ikrah.", "Dan ma rriduhx jiġri.", "Ma jridux il-gvern.", "Ma jridux il-partit.", "Ma jridux il-poplu.", "Ma jridu ħadd.", "Għaldaqstant, partit, gvern u kontributuri għandhom jaraw li ma jiġrix billi jħarsu 'l quddiem flimkien f'ħidma li tikkumplimenta l-ideali soċjali daqskemm ekonomiċi.", "Din, tabilħaqq, hija rebħa ta' responsabbiltà kbira għal kulħadd."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/10/dinja-mgaggla.html", "title": "Dinja mgħaġġla", "text": ["Bil-baġit tal-ġimgħa li għaddiet jidher li l-gvern fetaħ idu.", "Konna ilna ma nisimgħuha din in-nota, iżda issa, wara ħafna snin, jidher li setgħet terġa' tibda titwettaq.", "U wkoll, minn żmien Mintoff 'l hawn: baġit mingħajr taxxi ġodda.", "Ħaġa li konna rrassenjajna lilna nfusna biex qatt aktar ma jkollna.", "Imma issa seħħet tassew ukoll.", "Madanakollu, għandu mnejn li l-aktar messaġġ mhux mismugħ ta' dan il-baġit li ħaseb għad-dinja mgħaġġla li qed ngħixu fiha.", "Kulħadd għaddej bil-gass mal-pjanċa, kif jgħidu.", "Ritmu dejjem jiżdied", "Il-ħajja li ġejna biex nidraw hija waħda frenetika.", "Sirna nies imgħaġġla u għaġġiela.", "Jeħtiġilna nlaħħqu ma' elf miljun ħaġa f'salt: xogħol, tfal, taħriġ, studju, trobbija, rikreazzjoni, divertiment, safar ...", "Il-familja li darba kienet tissejjaħ 'tal-ġabra' donnha sparixxiet mill-eżistenza tal-biċċa l-kbira tan-nies.", "Ħafna jridu jgħaġġlu u jgħaġġlu u jgħaġġlu ħa jlaħħqu ma' kollox ... u xorta waħda ma jlaħħqux.", "Din il-ħajja ma kinetx teżisti sa ftit għexieren ta' snin ilu.", "Iżda r-ritmu kien dejjem qed jiżdied.", "Għandu mnejn li dawn l-aħħar snin sploda.", "Minħabba t-teknoloġija, minħabba l-pressjoni, minħabba l-impenji ... minħabba ħafna affarijiet.", "Il-fatt jibqa' li sirna qisna lkoll imġienen.", "Ħadd m'għandu ħin.", "Kulħadd mgħaġġel.", "Kulħadd irid ilaħħaq.", "Il-ġejjieni aktarx ma jidhirx aħjar.", "Ir-ritmu għandu mnejn ikompli jiżdied.", "U aħna lkoll irridu nkomplu nlaħħqu miegħu.", "Hu ritmu għali.", "Jitlob prezz.", "U aħna niġru biex inħallsuh.", "U wkoll: il-prezz tiegħu qiegħed dejjem jogħla.", "Mhux biss f'termini monetarji jew finanzjarji, iżda wkoll f'termini fiżiċi, mentali u, jekk trid, spiritwali.", "Ħin għal ħadd", "Fil-baġit li nqara dil-ġimgħa ma ssibhiex għax ma nkitbitx.", "M'hemm xejn fuq ir-ritmu frenetiku tal-ħajja.", "Madanakollu, jekk taqrah jew smajtu sew, tintebaħ li dan il-ħoss qiegħed hemm fl-isfond il-ħin kollu, iżarżar wara kull sentenza u minn ġo kull paġna.", "Kien baġit li jrid jaħseb għar-ritmu mgħaġġel ta' ħajjitna.", "Irid jgħinna nlaħħqu.", "Iridna la nippanikjaw, iżda lanqas nitrażżnu.", "Iridna nżommu r-ritmu.", "Dan m'hemmx tajjeb jew ħażin fih.", "Hemm ir-realtà li ħloqna lkoll kemm aħna.", "Din hija d-dinja ġdida tagħna.", "Tħobbha jew ma tħobbhiex, din għandna.", "U rridu nagħmlu l-aħjar fiha.", "Ninżlulha aktarx ma nistgħux.", "Ninjorawha wisq anqas.", "Nistgħu biss ngħaġġlu l-pass bit-tama li ma nitgerrbux.", "Biss dal-pass mgħaġġel ma jħalliniex inħarsu biżżejjed madwarna.", "Iżommna milli nistaqsu.", "Kważi kważi saħansitra jrażżanna milli naħsbu.", "Qisna magni għaddejjin b'kemm għandhom saħħa biex iżommu mal-ħtieġa tad-domanda u l-produzzjoni.", "Jekk il-magna ta' maġenbna tieqaf bil-kemm kemm nintebħu.", "Donnu ma baqgħalna ħin għal ħadd.", "Nistgħu nerbħulu", "Din id-dinja mgħaġġla żżejjed għandha l-ħila teqridna.", "Jiġifieri teqred xi ħaġa sabiħa li għad għandna.", "Hija l-attenzjoni lejn xulxin.", "Il-gost tal-kalma.", "L-hena tas-skiet.", "Il-pjaċir tat-taħdid ras imb'ras.", "Is-siwi tal-kumpanija ta' xulxin.", "Is-serħan tal-qari.", "Il-qies tal-affarijiet iż-żgħar.", "Tabilħaqq, ir-ritmu li sar għandna ħajjitna ma nistgħux inrażżnuh għal kollox jew ukoll innaqqsuh.", "Nistgħu biss, aktarx, insibu rkejjen fejn ma jikkmandaniex u ma jagħfasx fuqna.", "Nintelqu għalih mingħajr ħsieb jew rażan, iġorrna miegħu.", "M'għandna qatt inħalluh ikun sidna.", "Aħna sidien tiegħu mhux hu tagħna.", "L-għerf tal-Malti minn dejjem kien li jfendi taħt kull sid li jkollu.", "Is-sid tal-lum hu l-għaġġla, imqiegħed fuqna bħal arkużin mis-suq ħieles.", "Hu ħakkiem qalil.", "Jekk irridu nerbħulu, irridu nsibu kif.", "Kif hemm dejjem.", "Nerbħulu nistgħu.", "Agħfas fuq l-istampa t'hawn isfel"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/10/il-niena-lis-sid.html", "title": "Il-ħniena lis-sid", "text": ["Dan il-kliem, \"Il-ħniena lis-sid\", jagħmel sehem mill-innu nazzjonali.", "Huwa kliem li nkiteb qabel it-tibdiliet industrijali tal-moviment tal-ħaddiema f'Malta u Għawdex.", "Illum, kważi mitt sena wara li nkiteb l-innu, dawn il-kliem donnu se qed ikollu jerġa' jibda jintuża frisk frisk, qisu l-mitt sena ta' bejnu u bejnna ma swew għal xejn.", "Mhux ħniena rridu, iżda jeddijiet.", "Kisbiet mitlufa", "Meta nkiteb l-innu Malti minn Dun Karm Psaila fl-1921, id-drittijiet li mbagħad inkisbu mill-moviment tal-ħaddiema f'Malta u Għawdex kienu għadhom 'il bogħod.", "Kellu raġun Dun Karm biex f'dan l-innu mill-isbaħ idaħħal dan il-kliem.", "Għax l-uniku paraventu tal-ħaddiem f'dak iż-żmien kienet il-ħniena.", "Din kienet il-linja li tofroq il-miżerja minn xi ftit tal-kuntentizza fil-ħajja ta' eluf ta' ħaddiema.", "Imdakkrin mill-kisba tad-drittijiet industrijali f'pajjiżi qrib tagħna, speċjalment fl-Italja u fl-Ingilterra, iżda f'inħawi oħra wkoll, il-ħaddiem Malti u Għawdxi beda bil-mod il-mod iqum biex jagħraf min hu u x'kienu l-jeddijiet legali li għalihom kellu d-dritt.", "Il-bidla tassew bdiet isseħħ mis-snin erbgħin tas-seklu l-ieħor 'il quddiem u laħqet il-quċċata fis-sebgħinijiet.", "Iżda fid-disgħinijiet, bejn wieħed u l-ieħor f'dawn l-aħħar ħamsa u għoxrin sena, dawn id-drittijiet reġgħu bdew jitnaqqru.", "Mhux neċessarjament b'mod formali jew legali, iżda aktar konkretament u fil-prattika.", "Ir-raġunament u l-prattiki tas-suq ħieles, li jimla l-qlub tas-sidien tax-xogħol b'kilbiet ta' regħba, raw kif jagħmlu u reġgħu bdew jagħasru 'l ħaddiem.", "Il-ħaddiem magħsur", "Jagħasru 'l ħaddiem!", "Din x'kelma hi fl-2017?", "F'pajjiż li fih għeriqna l-għaraq tad-demm biex tajna l-ġieħ lill-ħaddiema kollha!", "Dan il-kliem ma jixraqx lil żmienna!", "U tabilħaqq, ma jixraqx, imma jgħodd.", "Għax illum, minkejja l-miljun liġi li teżisti fuq il-kotba, u bl-iżvilupp kollu li għamilna, il-ħaddiem qed jiġi magħsur bħal lumija ... u bi qrusa daqsha.", "Huwa tassew riżq ħażin, jew pjan imxajtan, li bil-qajla l-qajl il-ħaddiema qed jerġgħu jibdew iridu jiddependu fuq il-ħniena tas-sidien u mhux fuq il-protezzjoni tal-liġi.", "Il-kisbiet tal-imgħoddi qed jinġiebu fix-xejn bil-mod il-mod, mingħajr ħadd ma jintebaħ, u l-ħaddiema qed jerġgħu jispiċċaw mingħajr ħitan ta' kenn.", "Illum lil ebda ħaddiem ma tarah imċerċer jew, agħar minn hekk, jittallab, bħalma diżgrazzjatament kellna fl-imgħoddi.", "Iżda b'daqshekk ma jfissirx li l-ħaddiem qiegħed sew, li għandu l-jeddijiet tiegħu mħarsa jew li ħajtu hija fiż-żgur.", "Dan jagħmel lis-sitwazzjoni aktar perikoluża u mkabra minn qabel, għax qabel il-faqar kont tarah u tmissu, mentri llum hu mistur u moħbi.", "Ġustizzja, mhux ħniena", "L-agħar ħaġa f'dan kollu hu l-ħaddiem qed ikollu jibqa' jaqdef waħdu.", "Kien kontra dan li l-kisbiet tal-moviment tal-ħaddiema ħadmu u stinkaw.", "Biex il-ħaddiem ikun magħqud u ma jibqax mifrud minn sħabu.", "Għax l-għaqda kellha s-saħħa u s-solidarjetà kellha l-forza tal-bidla.", "Il-ħaddiem li jbati waħdu għandu triq iebsa wisq biex ma taqtagħlux qalbu.", "Ħafna ħaddiema llum f'kull settur, pubbliku daqskemm privat, qatgħu qalbhom li l-istituzzjonijiet jistgħu jgħinuhom.", "Jew li tistgħu jgħinuhom il-jedd u l-liġi.", "Ħafna ħaddiema qed jipperswadu lilhom infushom, u ma tagħtihom tort, li m'għandhomx min jaqbeż għalihom jew jiddefendihom.", "Allura jridu jaħsbu għal rashom.", "Din is-sitwazzjoni dejjem aktar gravi mhijiex sies tajjeb li fuqu tinbena l-ekonomija tal-pajjiż jew il-kuntentizza tal-poplu.", "Biha l-prosperità titnawwar u tisfronda l-qiegħ tagħha.", "Pajjiż tabilħaqq b'saħħtu ma jistax jippermetti li l-ħaddiema tiegħu jridu jerġgħu jirrikorru għall-ħniena tas-sid.", "Ġustizzja.", "Mhux ħniena."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/06/garukaza-ta-rtk.html", "title": "Għarukaża ta' RTK", "text": ["Jidhirli li għadda biżżejjed żmien mill-kampanja elettorali biex wieħed jikkummenta fuq l-organizzar u l-aġir tar-radju tal-Knisja Kattolika Maltija, l-RTK, fi żmien l-istess kampanja elettorali.", "Illum jew għada ridt nikkummenta fuq dan minħabba l-ħafna sentimenti li smajt m'għand in-nies u, biex ħadd ma jaħseb li d-dnub ta' xi ħadd għandu jorqod.", "'Il barra mill-partiġġjaniżmu", "Ngħiduha mill-ewwel kif inhi, mingħajr tidwir mal-lewża: l-organizzar u l-aġir tal-RTK waqt il-kampanja elettorali li għaddiet ma kienet xejn anqas minn għarukaża sħiħa.", "Għarukaża u tal-mistħija l-organizzar tal-amministrazzjoni tal-RTK, u għarukaża u tal-mistħija l-aġir ġenerali tiegħu.", "Dan jirriżulta mill-partiġġjaniżmu evidenti muri f'dan l-għodda pastorali tal-Knisja Kattolika Maltija, li ma kellu xejn pastorali, iżda kellu biss sfaċċaġni, arroganzi u insolenza.", "Jien m'iniex wieħed li nemmen li l-Knisja għandha tibqa' 'l barra mill-politika, anki għax naħseb li dan fil-prattika ma jistax ikun, iżda ċertament nemmen li l-Knisja għandha tibqa' 'l barra mill-politika partiġġjana.", "Dan jgħodd kemm għall-ogħla amministraturi tal-Knisja, jiġifieri l-isqfijiet, kemm għall-ġerarkija tagħha, inkluż is-saċerdoti, kif ukoll għall-organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet li jirrappreżentawha, partikularment dawk li jwettqu l-atti uffiċjali tagħha, inkluż dawk liturġiċi.", "Il-politika partiġġjana m'hijiex qasam tal-Knisja li hu kompatibbli mal-missjoni tagħha.", "Indħil u tbagħbis f'dan il-qasam iħammiġha, iċekkinha u, agħar minn kollox, jiddiskretitaha.", "Għażla vergonjuża", "Fl-imgħoddi, speċjalment fi żmien l-Arċisqof Gonzi, imma wkoll qabel, fi żmien Manwel Dimech u Ġeraldu Strickland, il-Knisja ħammret wiċċha bl-indħil tagħha fil-politika partiġġjana, u dan wassal għad-diżastru soċjali tagħha nnifisha, li llum qed inħossuh bl-għeruq u x-xniexel.", "Possibbli li minn dawn l-okkażjonijiet infamja, biex ma nsemmix oħrajn ukoll, il-Knisja ma tgħallmet xejn?", "Ħafna nies ilmentaw miegħi bil-partiġġjaniżmu tal-għażla, apparentement mill-Arċisqof Scicluna nnifsu, tal-amministraturi tal-RTK eżatt fi żmien għall-kampanja elettorali.", "Ngħiduha bla tlaqliq, l-għażla kienet waħda aktarx maħsuba speċifikament biex taġevola lill-Partit Nazzjonalista u toskura lill-Partit Laburista.", "Jekk inhu hekk, din hi vergonja li suppost il-Knisja ħalliet warajha snin ilu.", "Agħar u agħar minn hekk, iżda bħala konsegwenza ovvja, l-aġir kontinwu tal-RTK b'xandiriet partiġġjani tul il-kampanja elettorali kollha u anki wara, kien tal-mistħija u ta' diżunur kbir għall-Knisja nnifisha.", "Ebda intervent", "L-istrateġija redikola li ntużat biex l-RTK ixandar il-partiġġjaniżmu pro-Nazzjonalista fi żmien hekk sensittiv ta' kampanja juri l-immaturità politika grassa ta' min wettaqha fil-prattika daqskemm ta' min oriġinaha.", "Immaturità u puwerilità skandaluża.", "Għall-informazzjoni pubblika ngħid li jien naf biċ-ċert li kien hemm diversi nies, inkluż diversi saċerdoti, li ilmentaw u pprotestaw mal-kurja tal-arċidjoċesi biex l-arċisqof jintervjenti u jrażżan dan il-partiġġjaniżmu infantili u diżgustanti.", "Iżda, mid-dehra, kien kollu ta' xejn.", "Inżid ngħid li, jekk jeżisti xi għaref li għadu jaħseb li, b'dan l-għarukaża ta' atteġġjament tal-RTK, għamel xi opra brillanti jew xi servizz lill-Knisja, jista' jibqa' mija fil-mija ċert li m'għamilx għajr ħsara ma' dak li diġà kien hemm, u għajb li se jkompli jirrendi din il-Knisja Maltija irrelevanti aktar milli diġà hi.", "Niket", "Dan l-atteġġjament ħoloq ħafna niket fija personalment u f'ħafna lajċi, reliġjużi u saċerdoti li jħobbu l-Knisja Kattolika, niket li jiġi, prinċipalment, mill-istinazzjoni tal-istess Knisja lokali li tibqa' inkomprensibbilment tħaffer il-qabar tagħha stess.", "Il-Knisja Kattolika Maltija għandha tant x'tagħti lis-soċjetà Maltija li mhuwiex partiġġjan jew settarju!", "Għandha missjoni pastorali tant importanti għall-poplu tagħna!", "Fuq kollox, il-poplu tagħna għandu tant u tant bżonn Knisja Kattolika li tirrifletti l-valuri sbieħ tal-Imgħallem tagħha!"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/10/il-kbir-luteru.html", "title": "Il-kbir Luteru", "text": ["Nhar it-Tlieta, il-31 t'Ottubru tal-2017, miljuni ta' nies madwar id-dinja kollha se jfakkru flimkien avveniment li ġrat 500 sena ilu.", "F'dan il-jum fl-1517, patri Agostinjan ta' 33 sena, weħħel mal-bibien tal-knejjes f'raħal ċkejken fil-Ġermanja, Wittenberg, stedina għal diskussjoni bbażata fuq 95 punt duttrinali.", "Dan kien il-bidu umli ta' riforma ġiganteska li kellha theżżeż id-dinja sal-lum.", "Il-patri żagħżugħ kien Martin Luteru.", "Eretiku min jagħmlu", "Ebda ġrajja, waħedha waħedha, u ebda bniedem, waħdu waħdu, ma jistgħu qatt ibiddlu l-istorja.", "Dan jistgħu jidhru li jagħmluh jekk wieħed jinjora il-qtajja bla qies ta' ċirkustanzi, ġrajjiet u nies oħra li jkunu taw lil dik il-ġrajja jew lil dak il-bniedem appoġġ, sosten u sustanza.", "Hekk ukoll il-31 t'Ottubru tal-1517.", "U hekk ukoll Luteru.", "Kemm x'kien ġara dak in-nhar, kif ukoll x'seħħlu jagħmel Luteru, ħadu t-tifsira sħiħa tagħhom b'dak kollu li ġara wara fuq medda ta' bosta snin, inkluż fatturi li juru li Luteru inzerta kien bniedem furtunat ħafna.", "Luteru la kien ta' karattru diżubbidjenti, u wisq anqas ta' moħħ ribell.", "Kien bniedem kuxjenzjuż, esiġenti miegħu nnifsu daqskemm ma' ħaddieħor.", "Eretiku?", "Luteru ma kellu xejn mill-ereżija.", "Għamlu eretiku min, għall-kumdità, il-korruzzjoni u l-konvenjenza tal-interessi politiċi tiegħu nnifsu, ma qabillux li Luteru jiġi mismugħ, li jingħata widen jew li jitwettqu l-bidliet li kien ta bidu għalihom.", "Bidla ta' mentalità", "Kważi kważi mingħajr ma jaf kif u għala, Luteru u l-moviment bla qies li ta sehem biex jibda biddel il-mentalità tal-kontinent Ewropew, imbagħad tad-dinja, għal dejjem.", "Huma xejnu bil-mod il-fasla tal-ħsieb medjevali u ta' bidu għal fasla ġdida ta' ħsieb, waħda li tat sehem qawwi għall-fasla ta' ħsiebna llum.", "Kienu tlieta l-oqsma ewlenin li tbiddlu.", "Bit-tisħiq ta' Luteru fuq il-ġustifikazzjoni bil-fidi, lil hinn is-sempliċi ħarsien tal-liġi, huwa biddel il-ħsieb minn waħda skjavista għal oħra liberatorja.", "Bit-tisħiq tiegħu fuq l-abbużi bl-indulġenzi, huwa biddel il-ħsieb minn waħda li taħrab ir-responsabbiltajiet għal oħra ta' fraternità u kooperazzjoni.", "Bit-tisħiq tiegħu fuq il-qari tal-Bibbja mill-poplu, huwa biddel il-ħsieb minn waħda soċjalment ġerarkika għal oħra egalitarja.", "Għalkemm dawn il-bidliet ma nistgħux infissruhom fit-tul hawnhekk, nistgħu nżidu din biss: li fil-punent, direttament jew indirettament, KULL moviment li ppromova l-libertajiet u/jew il-jeddijiet ċivili u politiċi, u kull moviment li ppromova l-iżvilupp xjentifiku u/jew teknoloġiku—biex ma nsemmux kull moviment reliġjuż jew spiritwali, inklużi dawk kattoliċi—għat-tajjeb kif ukoll għall-ħażin, tnebbħu minn Luteru.", "Apprezzament imġedded", "Hu għalhekk li l-jum tal-31 t'Ottubru tal-1517 hu wieħed ikonografiku, għax jissimbolizza l-bidla kbira li seħħlu jibda fid-dinja.", "Dak in-nhar, Luteru mhux sammar fuq il-bibien, imma fetaħhom għal dinja isbaħ ... għalija, għalik u għall-bnedmin kollha.", "M'għandniex xi ngħidu, l-għedewwa ta' Luteru ħammġuh u żebilħuh kemm felħu mingħajr riżervi.", "X'tistenna?", "Imma llum dan-nies m'għadx għandhom kontroll fuq l-informazzjoni u t-tagħlim, u lil dan il-ġgant tas-seklu 16 nistgħu nibdew, jekk għadna ma bdejniex, nitgħallmu napprezzawh kif inhu xieraq tal-bniedem kbir li kien.", "Dan qed tagħmlu l-Knisja Kattolika nnifisha, mhux biss fuq livell prattiku bid-djalogu kontinwu mal-Insara 'Protestanti', iżda wkoll fuq livell teoloġiku.", "Il-mibegħda lejn Luteru, ir-riforma tiegħu u t-tagħlim li ppromova, illum ma jagħmilx sens aktar.", "Luteru għad għandu ħafna u ħafna x'jgħallimna, bħalma kellu tul l-aħħar ħames sekli.", "Jalla nhar it-Tlieta, għandu mnejn fis-skiet u l-ġabra ta' ruħek, tizzi ħajr 'il Alla li 500 sena ilu ta lid-dinja 'l dan ir-raġel hekk kbir.", "U tgħid talba wkoll biex is-sinċerità u l-onestà, mal-bnedmin u ma' Alla, jirbħu fuq kollox."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/10/gali-gall-mewt.html", "title": "Għali għall-mewt", "text": ["X'għali għall-mewt għandi għat-tmiem inġust, godard u qarrieq ta' Daphne Caruana Galizia!", "Kienet x'kienet il-fehma politika tagħha, kien x'kien il-mod kif titkellem u tikteb, il-qerda terribbli tagħha hija telfa għal Malta u Għawdex kollha, telfa għad-diċenza tagħna, telfa għaċ-ċiviltà tagħna, telfa għal-libertà tal-espressjoni.", "Daqqa lil pajjiżna", "Meta nhar it-Tnejn li għadda, 16 t'Ottubru, smajt bil-qtil attroċi ta' Caruana Galizia, ħassejtni nimrad.", "Mhux għax kont naqbel ma' xi fehma tagħha, mhux għax kont nafha mill-qrib, mhux għal xi raġuni personali, daqskemm għax in-nazzjon tagħna ġie fuqu dan l-għajb kbir li ġurnalista bħalha tintemm b'dan il-mod.", "Dan hu pajjiż ħieles, pajjiż li jħalli lil kulħadd jgħid li jrid, pajjiż li fih kulħadd jista' jgħid dak li jrid kif irid, pajjiż li jħobb, jippromovi u jiddefendi d-dritt tal-espressjoni.", "Caruana Galizia kienet teżerċita dan id-dritt sal-limiti tiegħu, u forsi lil hinn ukoll.", "Imma kien dan id-dritt, sagrosant għal kull demokrazija u ċiviltà, li n-nazzjon tagħna ggarantielha għas-sigurtà tagħha.", "Ma jeżisti ebda dritt tal-espressjoni mingħajr sigurtà.", "Min jitkellem irid ikun fiż-żgur li ma jaqlagħhiex.", "Imma din is-sigurtà ġie ivvjolata t-Tnejn li għadda.", "Dan id-dritt ġie mogħti daqqa kerha ta' mannara li ma jixraq lil ħadd f'pajjiż iċċivilizzat.", "Il-qalb imġerrħa tan-nazzjon", "L-indinjazzjoni li ħassejt din il-ġimgħa għal dan l-assassinju viljakk jirrifletti biss l-għożża li lkoll għandu jkollna għad-dritt tal-espressjoni li d-demokrazija ta' pajjiżna jissejjes fuqu.", "Caruana Galizia kienet eżempju sabiħ u rari ta' kemm dan id-dritt jista' jittieħed sal-limiti tiegħu.", "Hi x'inhi l-fehma tagħna fuq il-ġurnaliżmu tagħha, konniex naqblu jew ma naqblux ma dak li kienet tgħid u kif tgħidu ... ilkoll kemm aħna konna, għadna u nibqgħu niddefendu d-dritt tagħha li tgħidu.", "Li ġurnalista bħal din, estrema kemm kienet estrema, tintemm hekk, b'din il-krudeltà, indifferenza u stmerrija kollha, huwa insult lilna lkoll li nħobbu d-demokrazija, lil pajjiżna u ċ-ċiviltà tagħna.", "It-Tnejn li għadda, b'dak l-att aħdar u insensittiv, kienet il-qalb tan-nazzjon Malti u Għawdxi li ġiet imġerrħa.", "Nibki—emminni—meta nġib f'moħħi dak it-tmiem terrifikanti li jitfa' fl-għajb lilna lkoll u jħammeġ l-isem ta' pajjiżna u tan-nazzjon tagħna.", "Ġudizzji mgħaġġla", "Ħafna għaġġlu biex mill-ewwel jibdew jagħmluha tal-ġudikanti u jitfgħu l-ħtija fuq naħa jew fuq oħra.", "Għaġġlu għax il-politika tibqa' tagħma lil min hu ffissat biha.", "Imma xogħlna din il-ġimgħa ma kinetx li niġġudikaw jew li nasla għal xi konklużjoni bl-amment u bl-addoċċ.", "Kienet li nitnikktu—bil-kbir—għal dan l-oltraġġ li sar lil pajjiżna.", "Jien nagħli għal Caruana Galizia personalment ukoll.", "Iva.", "Nagħli għall-inġustizzja aħħarija li saret magħha f'dan l-att hekk beżżiegħ.", "Nagħli għax ebda persuna, partikularment ġurnalista bħal din, m'għandha jkollha tmiem bħal dan.", "Nagħli għaliha, għal uliedha, għall-familja tagħha, ... imma l-aktar għan-nazzjon Malti u Għawdxi.", "Is-sigurtà tal-ġurnalisti, huma min huma, jgħidu x'jgħidu fil-qadi ta' xogħolhom, huwa imperattiv f'pajjiż demokratiku u ċivilizzat.", "Mingħajr il-ġurnalisti, speċjalment ta' dawk li huma l-aktar kuraġġużi, imprudenti u vokali, iċ-ċiviltà demokratika tagħna taqa' biċċiet.", "U magħha jaqgħu l-libertajiet tagħna kollha.", "Minn hawn hekk nixtieq nagħti l-kondoljanzi minn qiegħ qalbi lil ulied Caruana Galizia u lill-familja tagħha.", "Nibki magħhom għal din it-telfa terribbli.", "Bħalma nibki man-nazzjon imġerraħ tagħna."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/02/demokrazija-u-liberta.html", "title": "Demokrazija u libertà", "text": ["Jekk hu tabilħaqq minnu li l-gvern preżenti hu ta' theddida għad-demokrazija u l-libertà ta' pajjiżna, allura għandna għalfejn ninkwetaw.", "Jekk le, allura kif għandna naqraw l-isfrattarija kollha li qed issir madwarna?", "Kif għandna niżnu l-kliem li jingħad, l-akkużi li jsiru u l-attentati ta' paniku ġenerali?", "Il-kisba storika", "Li gvern ikun ta' theddida għad-demokrazija u l-libertà ta' pajjiżu hija ħaġa serja ħafna.", "Dawn huma valuri li tgħallimna nħobbu u ngħożżu.", "Huma valuri, ma ninsewx, li ma kinux jeżistu f'pajjiżna qabel ma l-gvern Laburista ta' Mintoff tal-1955-58 ma ħoloqhomx b'rieda kważi ossessjonata.", "U ħoloqhom, għandna nżidu malajr, bil-kooperazzjoni tat-tmexxija kolonjali Britannika, imma kontra l-antagoniżmu u l-ostilità kważi fanatika tal-oppożizzjoni Nazzjonalista u l-oskurantiżmu tal-Knisja Kattolika lokali.", "Dan, fih innifsu, ifisser u ma jfissirx.", "'Ifisser' għax spiss jintesa li dak li għandna llum ma waqax bħal bajtra mis-sħab, imma saru sagrifiċċji kbar għalih.", "'Ma jfissirx' għax id-demokrazija u l-libertà mhumiex affarijiet li jinkisbu darba għal dejjem qishom kienu xi biċċa għamara, imma jeħtieġu ħarsien kontinwu, attent u impenjat.", "Illum, li għaddew mas-sittin sena minn meta saret il-qabża ta' kwalità taż-żmien ħamsin, ngħożżu dawn il-valuri bl-istess qawwa u għożża ta' dejjem.", "Naqblu lkoll li l-ħarsien tagħhom hu l-akbar dmir tal-gvern u ta' kulmin għandu xi setgħa f'pajjiżna.", "Naqblu li ma rriduhomx jiġu mbagħbsa, immermra jew traskurati.", "Tifkiriet preġudikati", "Għalhekk, hu serju ħafna meta tixxejjer mal-erbat irjieħ tad-dinja, speċjalment mill-oppożizzjoni politika, l-akkuża li l-gvern hu ta' theddida għal dawn il-valuri għeżież.", "Wieħed m'għandux jieħu akkuża bħal din ħafif.", "Għandu jagħtih l-akbar attenzjoni u jixtarrha sew.", "Għax, jekk hi minnha, allura għandna għalfejn ninkwetaw.", "Kif għandna ninterpretaw din l-akkuża?", "Qabel xejn, wieħed għandu jinnota li hi l-midja tal-oppożizzjoni stess li qed tagħti l-kulur lin-natura tal-akkuża.", "Dan qed tagħmlu billi żżeffen fin-nofs episodji politiċi antiki mis-snin sebgħin u tmenin li għadhom jeħtieġu interpretazzjoni storika bierda u newtrali, jiġifieri mhux partiġġjana.", "Il-fatt hu li dawn l-episodji qed jissemmew proprju b'orjentament partiġġjan—u wieħed qawwi wkoll—li, magħġun mas-solita preġudizzji u mitoloġiji popolari, jappellaw għas-sentimenti u l-emozzjoni.", "Ilkoll nafu li akkuża moħmija b'dan il-mod ma tikkwalifikax bħala leġittimament aċċettabbli.", "Akkuża hi valida meta msejsa fuq il-fatti, mhux fuq l-emozzjoni.", "Dan diġà jwaqqgħalna s-susspett li hawnhekk qed ikollna x'naqsmu ma' xi ħaġa li qed issir għall-gallerija u mhux għal ġudizzju bilanċjat.", "Il-fatti tal-akkuża", "Biex nissoktaw fl-istħarriġ tagħna, ħa nassumu li dan mhuwiex minnu.", "Niġu għall-fatti li suppost qed jitimgħu din l-akkuża.", "Meta wieħed iħares lejhom mill-qrib aktarx isib li, aktar milli provi konkreti, huma għadd ta' insinwazzjonijiet, ukoll jekk inkwetanti.", "L-effett sensazzjonali tagħhom hu akkumulattiv.", "Hu b'hekk li joħolqu arja ta' paniku kważi isteriku.", "Li kieku kienu provi konkreti u ekwivoċi, allura mhemmx tama għall-gvern.", "Iżda l-impressjoni qawwija hi li d-diskors kollu li qed isir, imdagħdagħ kif inhu minn emozzjoni preġudikata u minn nuqqas ta' evidenza pożittiva, huwa mxandar biss għall-vantaġġ politiku.", "Dan ma jistax ikun xieraq.", "Il-fatt li l-akkuża serja li qed issir—li l-gvern preżenti hu ta' theddida għad-demokrazija u l-libertà ta' pajjiżna—tidher iperbolika, jew sproporzjonata, għandu jwassalna biex nifhmu li hi kkargata aktar b'passjoni għall-gwadann partiġġjan milli għal xi kisba tal-ġustizzja.", "Dan ma jfissirx li l-gvern m'għandu jagħmel xejn dwarha.", "Itfa' llum u itfa' għada, xi ftit tajn dejjem jeħel.", "Il-poplu, huwiex favur jew huwiex kontra l-gvern, għandu jserraħ moħħu li d-demokrazija u l-libertà tiegħu tabilħaqq mhumiex mhedda.", "Ktieb ġdid ta' Mark Montebello li se joħroġ dalwaqt.", "Ippubblikat mill-SKS"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2019/03/", "title": "M'aħniex ħielsa!", "text": ["\"La aħna ħielsa u lanqas m'hawn xi moviment favur il-ħelsien.\"", "Din kienet is-sustanza ta' dak li qal Dr Alfred Sant f'laqgħa li jien attendejt dil-ġimgħa li għaddiet.", "Għalkemm din l-istqarrija tidher sorprendenti, jekk wieħed joqgħod jaħseb ftit fuqha, malajr jintebaħ li hemm verità fiha aktar milli xi wħud minna lesti li nammettu.", "Taħt Brussell", "Illum, f'Jum il-Ħelsien, erħilhom xi wħud jagħmlu l-isbaħ diskorsi li kapaċi joħorġu minn fommhom; diskors imqanqlin b'patrijottiżmu jaħraq u jbaqbaq; diskorsi li jġegħluk tħossok kburi li inti Malti ħieles.", "Imma fihom sugu dad-diskorsi?", "Jew huma ħafna arja vojta li ma tfisser xejn fil-konkret?", "Tassew aħna ħielsa?", "Jew taparsi?", "Jekk noqogħdu fuq il-kliem ta' Dr Alfred Sant, għandna għalfejn ninkwetaw.", "F'laqgħa ta' diskussjoni li saret dil-ġimgħa, nhar il-Ħamis li għadda, organizzata l-Belt mill-fergħa tat-tagħrif tal-Partit Laburista, SKS, Sant saħaq li mhux veru aħna ħielsa llum, u mhux veru jeżisti xi moviment favur il-ħelsien ta' pajjiżna!", "G..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2019/01/", "title": "L-Amerika wiċċha mal-ħajt", "text": ["Waqt li fl-Ewropa l-ħsieb ta' kulħadd qed idur madwar il-qtugħ tar-Renju Unit minn mal-Unjoni Ewropea, fuq in-naħa l-oħra tal-Atlantiku l-Istati Uniti tal-Amerika tinsab fi dwell ta' saħħa bejn il-President Trump u l-Kungressisti Demokratiċi fuq il-finanzjament tal-'ħajt' ta' bejn l-Istati Uniti u l-Messiku.", "Ħajt komplut", "Qabel ma wieħed jibda jaħseb fuq din il-biċċa tal-ħajt, tajjeb li jikkunsidra żewġ affarijiet li jistgħu jixħtu dawl fuq is-sitwazzjoni.", "L-ewwel ħaġa hi din: diġà jeżisti xi tip ta' ħajt f'partijiet tal-frontiera ta' bejn l-Istati Uniti u l-Messiku; Trump irid biss li jżid il-firxa tiegħu.", "Ftit jaf li ħajt diġà hemm bejn l-Istati Uniti u l-Messiku.", "Iva.", "Mhuwiex ħaġa ġdida.", "Meta jien kont il-Messiku fi żmien il-President Obama, fil-belt ta' Ciudad Juarez fejn kont, il-ħajt kien parti mill-ħajja ta' kuljum.", "Dan għax il-preżenza tiegħu f'din il-parti tal-fruntiera kkaratterizza ħafna affarijiet oħra, bħal transport, kummerċ, traffiku ta' nies u l-bqija.", "Bħalissa hemm mal..."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/05/flieles-magduda.html", "title": "Flieles magħduda", "text": ["Kemm jagħmel ħażin min jgħodd il-flieles qabel ma jfaqqsu!", "Ċert kemm wieħed jista' jkun ċert minn xi ħaġa, ma jiswielu qatt li jagħmilha fatta qabel ma x-xilep ikun ġewwa.", "Dejjem għarralu min kanta l-glorja bla ma kellu s-sabar jistenna sakemm il-ġirja tintemm.", "Fuq kollox, wieħed irid jibqa' jaqdef b'saħħtu kollha, mingħajr serħan, sal-barkun.", "Il-ġirja sal-barkun", "Il-kampanja elettorali għaddejja b'ritmu qawwi u għad fadal ġimagħtejn twal sa ma tiġi fi tmiemha.", "Nies imħeġġa żżejjed fuq iż-żewġ naħat tal-iskjerament politiku diġà qed jgħajtu l-hallelujah bħallikieku llum kien l-4 ta' Ġunju.", "Il-ħeġġa tagħhom tagħmilhom.", "Jagħmlu bħal dak l-iblah ċorma jaħsibha ġgajta u għadira baħar.", "Iblah hu min jitlaq idejh u jserraħ moħħu għax jistħajjel li diġà qed iħoss fuq rasu r-rand tar-rebħa.", "Il-palju jista' jkun f'idejk biss meta t-tellieqa tispiċċa u ebda stħajjil ma jista' jġib dak il-waqt eqreb lejk.", "Xi wħud hekk qed jagħmlu għax, għandu mnejn, jobsru li l-kompetituri tagħhom waqgħu lura diġà jew qatgħu qalbhom.", "Xejn minn dan m'hu aktar 'il bogħod mir-realtà.", "F'kampanja elettorali għad irid jitwieled il-kompetitur li jċedi l-armi qabel ma jkun ċert li l-linja qabiżha ħaddieħor.", "Ta' stinat li hu, jibqa' jirsisti sal-aħħar u ebda nifs ma jagħti 'l min qed jiġri miegħu jekk mhux biex jingannah u jġiegħlu jaqa' lura.", "Il-waqt tal-indeċiżi", "Min qed jaħseb, fuq iż-żewġ naħat tal-iskjerament, li l-kampanja ta' xi naħa jew oħra hija passiġġata jew li l-ġimagħtejn li fadal huma biss formalità żejda, qed jitqarraq bil-kbir.", "Attitudni bħal din hija tipika tat-telliefa u tal-boloh, li jintebħu bl-iżball kbir tagħhom meta jkun tard wisq u meta jkunu qed jilagħqu t-trab.", "Min irid jirbaħ ma jistax ikollu attitudni bħal din.", "Irid jibqa' jissielet sal-aħħar b'saħħtu kollha u bil-qawwa tiegħu kollha.", "Ħadd m'hu se jċedilu xejn.", "Ħadd m'hu se jħallih jagħmel rebħa ħafifa.", "Ħadd m'hu se jieħu l-iċken vantaġġ biex jgħaddi qabel jew biex jasal l-ewwel.", "Il-kampanja issa qiegħda fi żmien meta l-indeċiżi jonqsu dejjem aktar.", "Għax jibdew jiddeċiedu.", "Dan hu ż-żmien, fis-saħna li qed tikkarga ruħa, meta d-dubji tagħhom tagħhom idubu.", "Dan hu ż-żmien, tant delikat, meta l-pendlu tagħhom jibda jistrieħ lejn naħa jew oħra.", "Min jaħseb li 'l dawn in-nies kisibhom għalih diġà, jagħmel l-iżball li jgħodd il-flieles qabel ma jfaqqsu.", "L-agħar ġimagħtejn", "Fadal ġimagħtejn oħra.", "Mhumiex ftit.", "F'kampanja elettorali, u waħda qasira u intensiva bħalma hi din, huma twal ħafna u ħafna.", "Fihom jista' jiġri minn kollox.", "L-attenzjoni ma tistax taqa' mqar b'farka waħda f'min irid ikanta vittorja.", "Huma ġimagħtejn kruċjali li fihom kull fibra trid taħdem ma' oħra biex l-isforz ikun wieħed solidu, qawwi u ffukat.", "Xejn f'dan il-waqt ma jista' jitħalla għall-każwalità.", "L-aqwa ta' kull tellieqa hija fl-aħħar waqtiet tagħha meta l-ġerrej juri kemm għandu l-ħila jġib flimkien il-forzi kollha tiegħu għal tir wieħed li jitlob mingħandu kollox jew xejn.", "F'dan il-waqt trid issaltan il-kalma, il-moħħ ċar, il-konċentrazzjoni, iżda fuq kollox il-ħsieb li ħaddieħor, li qed itellaq kontrik, hu determinat daqsek, irid jirbaħ bħalek, u m'għandu ebda intenzjoni li jċedilek l-iċken millimetru tat-triq.", "Għaldaqstant, kulmin qiegħed f'din it-tellieqa feroċi m'għandux ifittex mistrieħ jew iċedi għat-telqa'.", "Fuq kollox, m'għandu jagħmel xejn fatta, imma jsus 'il quddiem b'ruħu kollha bħallikieku kull ġerrej ieħor jinsab ma' saqajh ras imb'ras miegħu.", "Ir-rebħa mhijiex rebħa qabel tkun rebħa."]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/05/il-kalma-metiega.html", "title": "Il-kalma meħtieġa", "text": ["Dawn huma żminijiet li jeħtieġu l-kalma.", "Faċli jisħnu l-irjus.", "Faċli n-nies jgħaġġlu.", "Faċli l-emozzjonijiet jisplodu.", "Iżda dak li jiġi faċli, għall-anqas fis-soċjetà Maltija lejlet elezzjoni ġenerali, ma jgħin xejn meta dik li hi meħtieġa hija r-raġuni.", "Il-mument jgħaddi.", "Li jibqa' hu x-xogħol bieżel u għaqli.", "Il-ferneżija tal-mument", "Dan hu l-mument meta kulħadd se jgħid tiegħu.", "Jipprova jbigħ min jgħajjat l-aktar.", "L-arja timtela b'messaġġi konflinġenti u kontradittorji; bi ħsejjes igiddbu 'l xulxin; b'pika ta' kliem u xejn anqas b'tgħajjir.", "Tisma' mingħajr ma trid.", "Ukoll jekk tipprova tittarrax.", "Kulħadd jipprova jimpressjonak; jiġbidlek l-attenzjoni; ikaxkrek miegħu.", "Għall-ewwel tibda tisma' xi ħaġa.", "Imbagħad, meta jistorduk, tkompli tisma' anqas u anqas.", "Meta fl-aħħar tispiċċa b'moħħ vojt li qisu laqtitu sajjetta: imtarrax u mnemnem.", "Il-ferneżija tal-mument f'kampanja elettorali ma taħfirha lil ħadd.", "Għada jew pitgħada, waqt li s-saħna tiħrax, kulħadd jinqabad fiha.", "Iżda hu mument li ma jdumx wisq.", "M'għandux wisq sustanza.", "Iċaqlaq l-arja, imma l-arja tiqaflu u, fl-aħħar mill-aħħar, twarrbu u teħodlu postu.", "Huwa mument li jgħaddi bħalma għaddew ħafna oħrajn qablu u bħalm jgħaddu ħafna oħrajn warajh.", "L-aħħar linja tal-kont", "Filwaqt li l-mument jgħajjat qisu miġnun, il-ġejjieni jibqa' sieket jistenna.", "Huwa l-ġejjieni li jgħodd.", "Is-sustanza għandu qiegħda.", "Jiġi mingħajr ma jisforza lilu nnifsu.", "Jirkibna mingħajr ma nsejħulu.", "Jiġi żgur u ma jiddawwarx.", "Il-kontijiet miegħu rridu nagħmluhom.", "Biex nilqgħu għalih, biex nilqgħu l-ġejjieni, jeħtiġilna naħsbu b'rasna.", "Ma nħallux id-dagħdigħa tal-mument jnixxfilna d-demm li rridu naħsbu bih.", "Il-qalb għaġġiela teċita l-moħħ, imma ma tħalliehx jaħseb.", "Aħna għandna bżonn il-ħsieb, jeħtiġilna naħsbu, jaqblilna naħsbu għal meta l-ferneżija tal-mument tintemm u kollox jaqa' f'postu.", "Biex niġġudikaw dak il-mument fil-ġejjieni, huwa l-mument tal-imgħoddi li rridu nqisu.", "Għax min se jkun fir-ras u r-riedni għada, huwa fuq id-dmir li wettaq fl-imgħoddi, u mhux imgħoddi 'l bogħod, li rridu nqisuh.", "Żamm kelmtu?", "Għamel dak li wiegħed?", "Użah tajjeb iż-żmien?", "Radd dak li kellu jrodd?", "L-aħħar linja tal-kont fuq id-dħul u l-ħruġ ta' qabel tinħadem.", "Fuqhom toqgħod tiġix ħamra jew ħadra.", "Il-kalma meħtieġa", "Meta tagħmel il-kontijiet teħtieġ il-kalma, ir-ras fuq għonqha, id-demm biered.", "Xi ftit jew wisq, insomma.", "Għax, fiċ-ċirkustanzi, dan mhuwiex se jkun possibbli għal kollox.", "Madanakollu, xorta waħda tibqa' meħtieġa, u meħtieġa bil-wisq u bil-kbir, il-kalma.", "Jeħtieġ nibqgħu lkoll nies razzjonali, jekk jista' jkun.", "Għax ħafna huma dawk f'Malta u Għawdex li, meta jitkellmu fuq politika—u fuq reliġjon ukoll—ma jibqgħux jirraġunaw, isiru isteriċi u demmhom jibda jbaqbaq.", "Dan ma jixraq lil ħadd, l-aktar l-aktar 'l-elettorat li jrid jagħmel il-kontijiet miegħu nnifsu u mal-ġejjieni ta' pajjiżu.", "Fuq kollox, żgur li m'għandu jkun hemm—xejn, xejn, xejn—vjolenza min-naħa ta' ħadd.", "U jekk xi ħadd jirrikorri għaliha, għax imġienen hawn kemm trid, hu d-dmir ta' kull bniedem sensat li ma jirritaljax.", "Il-vjolenza dejjem għamlet aktar ħsara lil min jagħmilha milli lil min saret.", "Tabilħaqq, dħalna għal żmien diffiċli, żmien ta' prova, żmien in-nervoziżmu, iżda wkoll żmien li jitlob l-aktar kwalitajiet ċivili m'għand kulħadd.", "Huwa f'dan iż-żmien, speċjalment f'dan iż-żmien, li lkoll irridu nuru l-maturità politika u r-responsabbiltà ċivili tagħna.", "GĦALL-BEJGĦ MILL-ĦWIENET EWLENIN TAL-KOTBA", "T I T I L F U X !"]} {"url": "http://markmontebello.blogspot.com/2017/05/partitizmi-wegdiet-u-bizgat-ora.html", "title": "Partitiżmi, wegħdiet u biżgħat oħra", "text": ["Aktar ma l-folol jiskjeraw irwieħhom f'partiti tribali aktar jitbiegħdu mir-realtà.", "Wara biss ġimagħtejn ta' kampanja elettorali intensa, it-trunċieri diġà tħaffru hekk fil-fond li, minn ġo fihom, wieħed jista' jara anqas dak li hemm fil-madwar, mhux biss fil-bogħod, imma wkoll fil-qrib.", "Għalkemm nisimgħu dwar prijoritajiet, dak li jingħad fil-mikrofoni diġà beda jsir hekk sempliċi—anzi, sempliċistiku—li kull sfumatura jew ħajra għal argumentazzjonijiet sensata qed tintefa dejjem aktar biex jibqa' biss karikatura bħal dik li jħażżu t-tfal tan-nuna.", "Il-folol jitolbu mill-kelliema l-A, B, Ċ, u l-kelliema jagħtuhom preċiżament dak.", "Kampanja elettorali ma tippermettix l-iċken sofistikazzjonijiet għax il-partitiżmu mhuwiex dwar x'naħsbu imma dwar li ma naħsbux.", "Għalhekk hija magħmula l-aktar minn slogans kważi inkomprensibbli, repetizzjonijiet kważi ipnotiċi u emozzjonijiet kważi paranojċi.", "Il-maniġġjar tal-biżgħat", "Fuq kollox, kampanja elettorali hi taħriġ fil-maniġġjar ta' biżgħat mistura.", "Tal-biża' mit-telfa.", "Tal-biża' mir-raġun li jistgħu jkollhom tal-partit l-ieħor.", "Tal-biża' li jista' jinkixef wisq.", "Tal-biża' li jistgħu jingħadu affarijiet żbaljati li jagħtu vantaġġ lill-oħrajn.", "Tal-biża' li l-voti l-ġodda u l-voti indeċiżi se jmorru għand ħaddieħor.", "Qabel kollox, tal-biża' li se nispiċċaw bla setgħa.", "Dawn il-biżgħat m'huma xejn aktar minn uċuh differenti mill-biża' tal-mewt.", "Il-mewt tar-riedni.", "Il-mewt li nibqgħu minn fuq.", "Il-mewt tal-aċċess għall-għejun tal-ġid.", "Il-mewt li jien nieħu r-raġun.", "Il-mewt li tal-partit l-ieħor jibqa' sottomess.", "Ix-xogħol ewlieni tal-politiku f'kampanja elettorali hija li l-wegħdiet tiegħu jnessu dawn il-biżgħat.", "Li jostor il-biża' tal-mewt.", "Li jpinġi l-biżgħat bħala opportunitajiet.", "Li jwemmen lill-folol fl-immortalità tal-eżistenza.", "Li jwebbel lill-partitarji u 'l kulmin qed jagħti widen li hemm futur, u li l-futur hu marbut miegħu, u li m'hemmx futur mal-partit l-ieħor, li mal-partit l-ieħor hemm il-mewt.", "L-addizzjoni tal-kampanja", "Kampanja elettorali hi addittiva għax, bla ħadd ma jkun irid, iġġib il-pika tal-ġlied għar-rebħa 'l fuq mill-kooperazzjoni tal-ftehim għat-tmexxija.", "Fil-fatt, trikkeb 'il dik fuq din, tant li din tal-aħħar kważi kważi tisfuma fix-xejn.", "Il-kapaċità tibda trid tintwera fis-sengħa tal-gwerra mhux f'dik tat-tmexxija.", "Il-punt ta' min għandu jmexxi jitlef il-post ewlieni tiegħu u jsir għal kollox sekondarju.", "Għaldaqstant, minflok ma jitqiesu sewwa l-kwalitajiet meħtieġa għat-tmexxija għaqlija, jibdew jitqiesu biss il-potenzjalitajiet distruttivi tal-armi ballistiċi li jintużaw.", "Il-qalba tal-kampanja kollha ma tibqax aktar l-għażla ta' min għandu jmexxi imma biss min se jkollu l-ħila jeqred lill-għadu u jirbaħlu.", "Dan hu enormement addittiv għax jersaq ħafna lejn speċi ta' diżordni mentali maħkum minn ħtieġa kompulsiva għal eċċitament li jġib gost momentarju li ma jqis ebda konsegwenza dannuża.", "F'kampanja elettorali bħal tagħna l-addizzjoni hi kollettiva, u dan iżid fil-perikolużità u l-prekarjetà tagħha.", "Tgħib ir-realtà", "Dan kollu, intenni, huwa mill-aktar imbiegħed mir-realtà.", "Għax kemm l-addizzjoni, kemm il-wegħdiet illusorji, kemm il-biżgħat mistura u kemm il-partitiżmi tribali m'għandhomx x'jaqsmu xejn ma governanza.", "Anzi, huma l-maqlub tagħha.", "Mhux biss il-karra jinġieb quddiem il-ħmar, imma saħansitra l-ħmar għotor xi mkien fit-triq.", "Sakemm il-kampanja tintemm tliet ġimgħat oħra, ir-realtà tkun għabet għal kollox.", "Flokha jieħu postha il-ferq manikew tal-aħmar u l-blu.", "Xejn aktar.", "Li hu agħar hu li l-irrazzjonalità tal-biċċa xogħol kollha tkun tidher bħala l-aktar ħaġa razzjonali u sensata li tista' teżisti.", "Il-vot, imbagħad, meta jiġi, ma jkunx dwar il-materjalità ta' xi ħaġa imma biss dwar immaġinarju fantastiku li jippoża ta' xi ħaġa konkreta.", "Dan għaliex l-unika ħaġa essenzjali li tibqa' f'moħħ il-folol hija min se jiċċelebra fl-4 ta' Ġunju."]}